- Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- Nista’ nibgħat talba direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta' assistenza f’art twelidi)?
- B’liema lingwa(i), l-awtoritajiet li jridu jagħtu kumpens, jaċċettaw:
- Jekk l-awtorità li trid tagħti kumpens tittraduċi dokumenti tat-talba/ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
- Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas dawn?
- Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min irrid nikkuntattja?
- Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
- Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba mill-pajjiż fejn għandi r-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti, jew is-saħħa tiegħi/korriment ikun irid jiġi eżaminat minn esperti mediċi t’hemmhekk stess?
- Ser ningħata lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Kemm tieħu żmien biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?
- B’liema lingwa nista’ nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
- Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
L-awtorità Rumena li tieħu d-deċiżjonijiet maħtura skont l-Artikolu 3(2) hija:
Il-Qorti Distrettwali ta’ Bucharest (Tribunalul București)
Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati (Comisia pentru acordarea de compensații financiare victimelor infracțiunilor)
Bulevardul UNIRII, nru 37, settur 3, Bucharest, kodiċi 030823
Tel. +40 214083600, +40 214083700
Fax +4021 3187731
Posta elettronika: tribunalul.bucuresti@just.ro
Sit web: http://www.tmb.ro/
Nista’ nibgħat talba direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta' assistenza f’art twelidi)?
Iva.
B’liema lingwa(i), l-awtoritajiet li jridu jagħtu kumpens, jaċċettaw:
- it-talba? Bir-Rumen
- id-dokumenti ta’ sostenn? Bir-Rumen
Jekk l-awtorità li trid tagħti kumpens tittraduċi dokumenti tat-talba/ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
Le, mhux applikabbli.
Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas dawn?
Le.
Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min irrid nikkuntattja?
Il-preżenza fiżika mhijiex meħtieġa.
L-għajnuna legali tkopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar meta l-preżenza fiżika tkun meħtieġa mil-liġi jew mill-qorti u meta l-qorti tiddeċiedi li ma hemm l-ebda possibbiltà oħra li l-persuni rispettivi jinstemgħu kif meħtieġ.
Il-qorti tiddeċiedi jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu jew le u tinforma lill-parti dwar kif għandha tikruprahom.
Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
Il-preżenza fiżika mhijiex meħtieġa.
L-għajnuna legali tkopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar meta l-preżenza fiżika tkun meħtieġa mil-liġi jew mill-qorti u meta l-qorti tiddeċiedi li ma hemm l-ebda possibbiltà oħra li l-persuni rispettivi jinstemgħu kif meħtieġ.
Il-qorti tiddeċiedi jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu jew le u tinforma lill-parti dwar kif għandha tikruprahom.
Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba mill-pajjiż fejn għandi r-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti, jew is-saħħa tiegħi/korriment ikun irid jiġi eżaminat minn esperti mediċi t’hemmhekk stess?
Dan huwa eżaminat mill-awtorità Rumena maħtura għat-teħid tad-deċiżjonijiet, jiġifieri l-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati tal-Qorti Distrettwali ta’ Bukarest.
Ser ningħata lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Il-qorti tiddeċiedi jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu jew le u tinforma lill-parti dwar kif għandha tikruprahom.
Kemm tieħu żmien biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?
Bejn sena u sentejn.
B’liema lingwa nista’ nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
Bir-Rumen.
Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
Meta tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens finanzjarju jew it-talba għal ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju, il-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati, li jikkonsisti f’bord ta’ żewġ imħallfin, tista’ tagħti waħda mis-soluzzjonijiet li ġejjin f’deċiżjoni:
- li taċċetta t-talba, tiddetermina l-valur tal-kumpens finanzjarju jew, fejn applikabbli, tal-ħlas bil-quddiem li jsir minnha;
- li tirrifjuta t-talba jekk ir-rekwiżiti taħt din il-liġi għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju jew, fejn applikabbli, il-ħlas bil-quddiem li jsir minnha ma jkunux ġew sodisfatti.
Id-deċiżjoni dwar it-talba għal kumpens finanzjarju jew it-talba għal ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju tiġi nnotifikata lill-vittma.
Id-deċiżjoni tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qorti tal-appell fi żmien 15-il jum min-notifika.
Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
Tista’ tirċievi għajnuna legali pubblika skont il-liġi Rumena (l-Artikolu 14 et seq. tal-Liġi Nru 211/2004 rigward ċerti miżuri li jipprovdu għal informazzjoni, appoġġ u protezzjoni lill-vittmi ta’ reati).
tingħata għajnuna legali bla ħlas, fuq talba, lill-kategoriji ta' vittmi li ġejjin:
- il-persuni li kontrihom ikunu twettqu r-reati li ġejjin: tentattiv ta’ omiċidju, omiċidju involontarju, offiża fuq il-persuna, offiża fuq il-persuna, reat volontarju li jirriżulta f’offiża fuq il-persuna tal-vittma, stupru, attakk sesswali, konġunġiment karnali ma' minorenni, korrompiment sesswali ta’ minorenni;
- il-konjuġi, it-tfal u l-persuni dipendenti fuq il-persuni li mietu bħala riżultat tat-twettiq tar-reati ta’ omiċidju volontarju, omiċidju involontarju u reati volontarji li rriżultaw fil-mewt tal-persuna.
Tingħata għajnuna legali bla ħlas lill-vittmi msemmija hawn fuq jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju tar-Rumanija jew, meta r-reat ikun twettaq barra mit-territorju tar-Rumanija, jekk il-vittma tkun ċittadin Rumen jew barrani li jirrisjedi legalment fir-Rumanija u l-proċedimenti kriminali jitmexxew fir-Rumanija.
Tingħata għajnuna legali bla ħlas, fuq talba, lill-vittmi ta’ reati oħra jekk id-dħul ta’ kull xahar tal-vittma għal kull membru tal-familja ma jaqbiżx is-salarju bażiku minimu gross nazzjonali għas-sena li fiha l-vittma ppreżentat ir-rikors tagħha għal għajnuna legali bla ħlas.
L-għajnuna legali bla ħlas tingħata biss jekk il-vittma tkun irreferiet lill-korpi tal-prosekuzzjoni jew lill-qorti fi żmien 60 jum mit-twettiq tar-reat jew mid-data meta l-vittma tkun saret konxja mit-twettiq tar-reat. Jekk il-vittma ma tkunx kapaċi, fiżikament jew mentalment, li tirrapporta lill-korpi tal-prosekuzzjoni, il-limitu ta' żmien ta' 60 jum jiġi kkalkulat mid-data meta l-inkapaċità tkun waqfet.
Il-vittmi li ma jkunux laħqu l-età ta' 18-il sena u dawk li jitqiegħdu taħt ordni ta' projbizzjoni ma għandhomx l-obbligu li jirrappurtaw lill-korpi ta' prosekuzzjoni jew lill-qorti b'rabta mat-twettiq tar-reat. Ir-rappreżentant legali tal-minorenni jew tal-persuna li titqiegħed taħt l-ordni ta' projbizzjoni jista' jirrapporta lill-korpi ta' prosekuzzjoni b'rabta mat-twettiq tar-reat.
Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-vittma hija domiċiljata u tiġi deċiża minn żewġ imħallfin tal-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi permezz ta’ konklużjoni fi żmien 15-il jum mid-data tas-sottomissjoni. Kopji tad-dokumenti ta’ sostenn għall-informazzjoni li tinsab fir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas, kif ukoll kwalunkwe dokument ieħor fil-pussess tal-vittma, li huma utli biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors, għandhom jiġu annessi ma’ dak ir-rikors.
Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas jiġi deċiż in camera, fejn il-vittma tissejjaħ tidher.
Jekk il-vittma ma tkunx għażlet avukat, id-deċiżjoni favur l-aċċettazzjoni tar-rikors għall-għajnuna legali bla ħlas għandha tinkludi wkoll il-ħatra ta’ avukat ex officio skont il-Liġi Nru 51/1995 dwar l-organizzazzjoni u l-eżerċitar tal-professjoni ta’ avukat, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u supplimentata, u skont ir-Regolamenti dwar il-professjoni ta' avukat.
Il-vittma tiġi nnotifikata bil-konklużjoni dwar ir-rikors għall-għajnuna legali bla ħlas. Il-konklużjoni li tiċħad ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas hija soġġetta għal stħarriġ mill-qorti distrettwali, li lilha tappartjeni l-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati, fuq talba tal-vittma, fi żmien 15-il jum min-notifika. L-istħarriġ isir minn bord magħmul minn żewġ imħallfin.
Għajnuna legali bla ħlas tingħata lil kull vittma għad-durata tal-proċedimenti sa limitu ta’ ammont ekwivalenti għal żewġ salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali, kif stabbiliti għas-sena li fiha l-vittma tkun ippreżentat ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas. Il-fondi meħtieġa għall-għoti ta’ għajnuna legali bla ħlas jingħataw mill-baġit tal-Istat, permezz tal-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jiġu applikati wkoll kif xieraq għall-għoti tal-ammonti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza dwar l-għoti ta’ kumpens ċivili lill-vittma ta’ reat.
Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas u t-talba għall-ammont meħtieġ biex tiġi eżegwita d-deċiżjoni li tat kumpens ċivili lill-vittma ta’ reat jistgħu jiġu ppreżentati wkoll mir-rappreżentant legali tal-minorenni jew tal-persuna li tkun taħt l-ordni ta’ projbizzjoni. Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas u t-talba għall-ammont meħtieġ biex tiġi eżegwita d-deċiżjoni li tat kumpens ċivili lill-vittma ta’ reat huma eżentati mit-tariffa tal-boll.
Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas u t-talba għall-ammont meħtieġ għall-eżekuzzjoni tas-sentenza li tagħti kumpens ċivili lill-vittma tar-reat jistgħu jiġu ppreżentati wkoll minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li l-attività tagħhom tinvolvi l-protezzjoni tal-vittmi jekk ikunu ffirmati mill-vittma, jekk jinkludu l-informazzjoni kollha u jkunu akkumpanjati mid-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.