- Kif nista’ nagħmel talba għal ħsarat jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur tar-reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?
- F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?
- X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħax)?
- Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?
- Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?
- Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra relatati mat-talba tiegħi?
- Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?
- Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li taġġudika t-talba tiegħi kontra t-trażgressur?
- Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?
- Jekk ningħata kumpens għall-ħsarat mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Kif nista’ nagħmel talba għal ħsarat jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur tar-reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?
Tista’ ssir talba għal kumpens fi proċedimenti kriminali. Jekk tixtieq titlob kumpens mis-suspettat f’każ kriminali, tista’ timla l-formolarju għat-Talba għall-kumpens (Verzoek tot schadevergoeding). Informazzjoni u pariri dwar kif timla l-formolarju jinsabu fis-sit web ta’ Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland). Is-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands jista’ jgħinek tispeċifika t-telf jew id-dannu.
Huwa wkoll possibbli li jintalab kumpens mingħand it-trażgressur fi proċedimenti ċivili. Tali proċedimenti normalment jinbdew biss meta jkun impossibbli li jinkiseb kumpens b’modi oħra.
F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?
Jekk il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li jibda proċedimenti kriminali kontra l-persuna suspettata, ikun hemm proċess kriminali. Int se tintbagħat l-formularju tal-Applikazzjoni għall-Kumpens bil-posta. Is-Servizz għall-Prosekuzzjoni Pubblika jistaqsik biex tirritorna l-formularju kkompetat fi żmien 14-il jum. Jekk ma tistax tirritorna l-formularju fi żmien 14-il jum, jenħtieġ li tikkuntattja l-Uffiċċju ta' Appoġġ għall-Vittmi (Slachtofferloket) biex titlob estenżjoni.
Informazzjoni u pariri dwar dan is-suġġett jistgħu jinkisbu fuq is-sit web tal-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.
X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħax)?
Int għandek tispeċifika t-telf li int soffrejt fuq il-formularju tal-Applikazzjoni għall-kumpens. It-telf materjali, jiġifieri t-telf li jista’ jiġi espress f’termini finanzjarji, għandu jiddaħħal fil-mistoqsija 4a tal-formola. Jekk tbati wkoll minn ilmenti psikoloġiċi u/jew fiżiċi, tista’ titlob kumpens għal danni mhux materjali kkawżati mill-uġigħ u t-tbatija wara l-inċident. Tali dannu mhux materjali għandha tiġi rrappurtata fil-mistoqsija 4b. Fil-mistoqsija 4c tal-formolarju għandek tirrapporta dannu emozzjonali. Dan jirreferi għall-uġigħ, għan-niket u għat-telf ta’ kumdità mġarrba minn persuna meta individwu viċin tagħha jkun miet jew korra. F’xi każijiet, l-eqreb qarib ta’ vittma li mietet jew qarib ta’ vittma li jsofri dannu serju u permanenti jista’ jikseb kumpens għal dannu emozzjonali.
Aktar informazzjoni dwar kif timla l-formolarju tista’ tinsab fis-sit web ta’ Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland). Is-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands jista’ jgħinek tispeċifika t-telf jew id-dannu.
Jekk ma tkunx il-vittma inti stess, iżda tkun ġarrabt l-ispejjeż għall-vittma (pereżempju spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż mediċi jew fattura għal tiswijiet), tista’ wkoll tuża l-formolarju biex tiddikjara dawn l-ispejjeż. F’dak il-każ, jenħtieġ li dan “id-dannu spostat” ma jkunx iddikjarat fuq il-formularju ta’ applikazzjoni tal-vittma; minflok int għandek titlob formolarju mill-Uffiċċju lokali ta' Appoġġ għall-Vittmi.
Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?
Jekk tixtieq titlob kumpens mis-suspettat f’każ kriminali, tista’ timla l-formolarju għat-Talba għall-kumpens. Aktar informazzjoni dwar kif timla l-formolarju tista’ tinsab fis-sit web ta’ Victim Support Netherlands (Slachtofferhulp Nederland).
Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?
Informazzjoni u pariri dwar dan is-suġġett jistgħu jinkisbu fuq is-sit web tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands.
Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra relatati mat-talba tiegħi?
L-informazzjoni dwar it-tariffi tal-qorti u spejjeż oħra tista’ tinsab fuq is-sit web tas-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.
Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?
L-informazzjoni dwar l-għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċedimenti tista’ tinsab fuq is-sit web tas-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.
Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li taġġudika t-talba tiegħi kontra t-trażgressur?
Informazzjoni u pariri dwar dan is-suġġett jistgħu jinkisbu fuq is-sit web tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands.
Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?
Iva, int tista’ tappella mit-tali deċiżjoni.
Jekk ningħata kumpens għall-ħsarat mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?
L-infurzar tas-sentenza jibda minn meta l-kundanna kontra t-trażgressur tkun waħda finali. Jekk it-trażgressur ikun mitlub li jħallas kumpens, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika jordna lill-Aġenzija Ċentrali Ġudizzjarja għall-Ġbir ta’ Ħlas) (AĊĠĠĦ) biex tiġbor il-kumpens f’ismek. Jekk it-trażgressur ikun għadu ma ħallasx l-ammont dovut tmien xhur wara d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku jew tal-qorti, il-gvern jista’ jħallaslek parti mill-kumpens fil-forma ta’ avvanz. L-AĊĠĠĦ għandu jiktiblek dwar dan. Jekk għandek xi domandi dwar ir-riċeviment ta’ avvanz, ikkuntattja lis-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.