Claiming damages from the offender

Information on how to claim compensation from the offender of the crime

The relevant instrument of EU law is directive 2012/29/EU of the European Parliament and of the Council of 25 October 2012 establishing minimum standards on the rights, support and protection of victims of crime, and replacing Council Framework Decision 2001/220/JHA (Victims` Rights Directive).

Article 16 of the Victims` Rights Directive requires that all victims of crime have a right to decision on compensation from the offender in the course of criminal proceedings.

Here you find information about how to claim compensation from the offender during a trial (criminal proceedings).

To find information which is relevant to your case you should look at information for the EU country in which the criminal proceedings will take place.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 08/10/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Bulgarija

Kif nista’ nitlob kumpens għad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon mingħand trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Nakazatelno-procesualen kodeks) tar-Repubblika tal-Bulgarija jistabbilixxi l-proċedura biex il-vittmi ta’ reat iressqu rikorsi għad-danni fi proċedimenti kriminali. Jekk il-vittma ma titlobx kumpens għad-danni fil-proċedimenti kriminali jew iħoss li l-kumpens mogħti ma jkoprix id-danni kollha li jkun ġarrab, il-vittma hija intitolata li tressaq rikors għad-danni skont l-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti (Zakon za zadalzheniata i dogovorite) quddiem qorti ċivili, li teżamina l-każ skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Grazhdanski procesionalen kodeks).

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Talba ċivili għad-danni u biex il-kawża ċivili tal-vittma tingħaqad mal-proċedimenti ġudizzjarji trid titressaq qabel il-bidu tas-smigħ preliminari quddiem il-qorti tal-prim’istanza. Il-qorti tibgħat notifika tas-smigħ preliminari. Fi żmien sebat (7) ijiem minn meta jirċievu n-notifika, il-vittma jew is-suċċessuri tagħha jistgħu jagħmlu rikors biex il-kawża ċivili jew il-prosekuzzjoni privata tagħhom jingħaqdu flimkien, filwaqt li l-persuni ġuridiċi jistgħu jagħmlu dan bħala parti ċivili.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (indika ammont totali u/jew speċifika t-telf individwali, il-profitti jew l-imgħaxijiet mitlufa)?

It-talba ċivili tista’ tiġi ppreżentata mill-vittma jew mill-avukat tal-vittma. Ir-rikors jista’ jkun orali jew bil-miktub. It-talba ċivili trid tinkludi: l-isem sħiħ tar-rikorrent u tal-persuna li kontriha titressaq il-kawża; il-każ kriminali li fih tkun qiegħda titressaq it-talba ċivili; ir-reat kriminali li kkawża d-danni u n-natura u l-ammont tad-danni mitluba. It-talba ċivili fi proċedimenti kriminali tista’ titressaq kontra l-imputat u kontra kwalunkwe persuna oħra li jkollha responsabbiltà ċivili għad-danni kkawżati mir-reat.

Hemm formola speċifika għal dawn it-talbiet?

Le, m’hemmx.

Liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

L-evidenza trid tiġi ppreżentata fil-proċedimenti ġudizzjarji. Il-parti li tressaq il-kawża ċivili għandha d-dritt li: tipparteċipa fil-proċedimenti ġudizzjarji; titlob miżura protettiva biex tiżgura t-talba ċivili; tirrieżamina l-materjal fil-każ u tikseb is-siltiet meħtieġa; tissottometti evidenza; tippreżenta talbiet, noti, u oġġezzjonijiet u tikkontesta d-deċiżjonijiet tal-qorti li jiksru d-drittijiet u l-interess leġittimu tal-parti.

Hemm xi tariffi tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Il-vittma mhijiex meħtieġa li tħallas tariffi tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mal-kawża ċivili tal-vittma.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ niksibha jekk ma nkunx qiegħed ngħix fil-pajjiż fejn isiru l-proċedimenti?

Il-vittma jew il-parti li tressaq il-kawża ċivili tista’ taħtar avukat. Jekk il-vittma/parti ċivili tipprovdi evidenza li ma tistax taffordja avukat iżda tkun tixtieq wieħed u dan ikun fl-interessi tal-ġustizzja, il-qorti tal-prim’istanza taħtar avukat.

Il-qorti kriminali meta tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

Il-qorti tal-prim’istanza tiddeċiedi dwar it-talba ċivili f’deċiżjoni li titħabbar fis-smigħ preliminari. Jekk il-qorti tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba, hija trid tagħti r-raġunijiet tagħha. Ir-rifjut mhuwiex miftuħ għall-appell.

Nista’ nappella kontra deċiżjoni bħal din jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Ir-rifjut ta’ qorti kriminali li tiddeċiedi dwar talba ċivili mhuwiex miftuħ għall-appell. Il-vittma għandha d-dritt li tressaq rikors għad-danni quddiem qorti ċivili, bil-każ jinstema’ skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Jekk il-proċedimenti kriminali jkunu għadhom għaddejjin, it-talba ċivili quddiem qorti ċivili tiġi sospiża sakemm jintemmu l-proċedimenti kriminali.

Jekk ningħata d-danni mill-qorti, kif niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ nikseb sabiex niżgura dan?

Ladarba t-trasgressur ikun ġie kkundannat, il-vittma tista’ tippreżenta rikors lill-qorti għal mandat ta’ eżekuzzjoni. Mandat ta’ eżekuzzjoni jippermetti lill-vittma li tagħti struzzjonijiet lil uffiċjal ġudizzjarju għall-finijiet li tikseb il-kumpens mogħti mill-qorti.

L-aħħar aġġornament: 25/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Iċ-Ċekja

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Għandek id-dritt li titlob li t-talba tiegħek għall-kumpens tingħaqad mal-prosekuzzjoni kriminali tal-awtur tar-reat. F’dan il-każ, fid-deċiżjoni finali tagħha l-qorti tista', minbarra l-piena, tobbliga wkoll lill-awtur tar-reat li jħallas id-danni. Barra minn hekk, tista’ wkoll tinvoka d-dritt tiegħek għall-kumpens b’mod separat f’litigazzjoni ċivili.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Fi kwalunkwe ħin qabel l-ewwel smigħ fil-qorti, qabel il-kumpilazzjoni tax-xhieda.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

Jeħtieġ li t-talba tispeċifika fid-dettall x’qed titlob il-persuna bħala kumpens għad-danni li tkun ġarrbet flimkien ma’ dikjarazzjoni u evidenza tal-inġurji individwali.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Le.

Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Għandek diskrezzjoni assoluta fuq liema evidenza tippreżenta biex isostni t-talba tiegħek. Naturalment, sabiex id-deċiżjoni tinqata’ favur tiegħek hemm bżonn li l-evidenza ppreżentata tkun sħiħa u konvinċenti.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħrajn marbuta mat-talba tiegħi?

Le.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

iva, għas-spejjeż tiegħek.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra min wettaq ir-reat?

Jekk ma tkunx ipprovdejt evidenza tal-ammont tal-ħsara jew jekk il-kumpilazzjoni tax-xhieda ttawwal il-proċedimenti kriminali. F’dan il-każ, il-qorti tirrinvija t-talba għal kumpens għad-danni tiegħek għal rikors ċivili.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Għandek id-dritt li tappella sakemm tinqata’ s-sentenza dwar id-danni.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra min wettaq ir-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Jekk l-awtur tar-reat ma jagħmilx dak li jkun ġie ordnat jagħmel, tista’ tippreżenta rikors quddiem il-qorti sabiex id-deċiżjoni tiġi eżegwita minn uffiċjal ġudizzjarju.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Danimarka

Kif nista’ nitlob id-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjoni mingħand awtur ta’ reat li għaddej proċess (proċedimenti kriminali) u lil min għandi nindirizzaha t-talba?

It-talba tal-applikant għall-kumpens tista’ tiġi nkluża fil-proċedimenti kriminali fil-qrati. F’dan il-każ, l-imħallef jista’ jagħżel li jew jikkunsidra t-talba jew jiċħadha. Dan jiddependi mill-awtur tar-reat jekk hux qiegħed jikkontesta t-talba jew le, kif ukoll mill-fatt jekk hemmx dokumentazzjoni għat-talba, anke minħabba l-importanza tagħha.

It-talba trid issir quddiem il-qorti fir-rigward tal-awtur tar-reat bil-miktub jew oralment, ħalli l-awtur tar-reat ikun jista’ jwieġeb għat-talba. Dan jista’ jsir billi wieħed jidher personalment matul il-proċess jew permezz ta’ rappreżentant (tipikament avukat ad litem).

It-talba tista’ tiġi sottomessa wkoll lill-pulizija, li mbagħad tinkludi t-talba fil-proċedimenti l-qorti.

Għalkemm it-talba tkun ġiet mismugħa mill-qrati waqt il-proċedimenti kriminali, l-applikant xorta jista’ jissottometti l-applikazzjoni quddiem il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż. Dan huwa partikolarment rilevanti f’każijiet fejn l-awtur tar-reat ma jħallasx kumpens skont is-sentenza.

F’liema stadju tal-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta t-talba?

It-talbiet għal kumpens jistgħu jiġu ppreżentati kmieni, sa mill-ewwel intervista mal-pulizija u jenħtieġ li jiġu ppreżentati mhux iktar tard mis-seduta ta’ smigħ ewlenija l-qorti.

Għal xiex nista’ nistaqsi fit-talba u kif għandi nippreżentaha (għandi nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-qligħ mitluf u l-interessi)?

Jekk sofrejt telf li għalih huwa responsabbli l-awtur tar-reat, inti tista’ titlob kumpens għal dan it-telf. L-Att Daniż dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens fih, fost affarijiet oħra, diversi affarijiet li għalihom l-applikant jista’ jitlob kumpens.

Dawn jinkludu:

  • lLispejjeż għat-trattament
  • Id-dħul mitluf
  • L-uġigħ u t-tbatija
  • Korriment permanenti
  • It-telf tal-kapaċità ta’ qligħ
  • It-telf tal-persuna li kienet taqla l-qligħ prinċipali
  • L-ispejjeż tal-funeral
  • Tort
  • Ksur serju
  • Dannu lill-propjetà
  • Telf monetarju

Hemm formola speċifika għal dawn it-talbiet?

Wieħed jista’ juża l-formola ta’ applikazzjoni provduta mill-Bord Daniż għall-Kumpens minħabba Korrimenti Kriminali. Il-Bord jirrakkomanda li bħala applikant tuża l-formola, iżda dan mhux rekwiżit.

Liema provi rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Dan jiddependi fuq il-kumpens li qed tapplika għalih. It-telf għandu jkun raġonevoli, u għal xi oġġetti hemm rekwiżit għal dokumenti rigward l-ammont tat-telf.

Id-dokumentazzjoni tista tinkludi, pereżempju, irċevuti għal spejjeż imġarrba b’rabta ma reat kriminali. Barra minn hekk, ir-rekords u r-rapporti mediċi frekwentement jintużaw b’rabta mad-determinazzjoni tal-firxa tal-korriment. Rigward it-telf tal-qligħ u tal-kapaċità ta’ qligħ, l-applikant jenħtieġ li jissottometti dokumentazzjoni rigward il-qligħ tiegħu, kemm qabel u wara l-korriment, permezz ta’ payslips, kontijiet annwali u, jekk applikabbli, dikjarazzjoni mill-impjegatur tiegħu.

Jekk il-qorti ssib li t-talba mgħandix dokumentazzjoni xierqa, u l-konvenut jikkontesta l-ħlas tal-kumpens, ir-rikorrent jispiċċa jirriskja li l-qorti ma tinkludix it-talba għad-danni fil-proċedimenti kriminali.

Hemm xi tariffi tal-qortu jew spejjeż oħra relatati mat-talba tiegħi?

Le. Jekk it-talba ssir b’rabta mal-kawża kriminali, mhemmx spejjeż marbuta ma dan għar-rikorrent.

Għandi dritt għall-għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċedimenti? Għandi dritt għaliha jekk ma ngħix fil-pajjiż fejn qed isiru l-proċedimenti?

Iva. Bħala rikorrent, inti għandek il-possibiltà, skont ċertu kundizzjonijiet, li l-qorti taħtar avukat ad litem għalik mingħajr ħlas.

Il-qorti kriminal meta tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

F’kull ħin matul il-proċedimenti kriminali il-qorti tista’ tirrifjuta li tisma’ kawża ċivili jekk issib li l-kunsiderazzjoni tagħha matul il-proċedimenti kriminali ma jistgħux isiru mingħajr inkonvenjent sinifikanti.

Jekk il-qorti ssib li l-informazzjoni b’sostenn tat-talba mhix kompluta jew li l-kundanna jew il-ħelsien li sseħħ rigward ir-reat kriminali ma jirriżultax f’deċiżjoni li tappoġġja t-talba, it-talba ma tiġix ikkunsidrata.

Nista nappella minn din id-deċiżjoni jew nuża mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Id-deċiżjoni tal-qorti li ma tinkludix it-talba għad-danni matul il-proċedimenti kriminali ma tistax tiġi appellata.

Minflok, ir-rikorrent irid iressaq it-talba għal kumpens permezz ta’ kawża ċivili jew iressaqha quddiem il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż.

Jekk nirbaħ id-danni mingħand qorti, kif niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u liema għajnuna nista’ nikseb għal dan il-għan?

Inizjalment tista’ tikkuntattja lill-awtur tar-reat, li jista’ jkun iħallsek immedjatament. B’hekk, tkun tista’ tirċievi kumpens malajr u l-każ jintemm.

Jekk l-awtur tar-reat ma jħallsekx b’mod volontarju, jew hemm aktar talbiet għal kumpens li jeħtieġu proċedimenti itwali, inti tista’ tissottometti t-talbiet tiegħek lill-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż.

Biex kollox ikun ċar għandu jingħad li mhix rekwiżit li inti l-ewwel għandek tipprova tiġbor il-kumpens mingħand l-awtur tar-reat qabel tissottometti applikazzjoni quddiem il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż.

Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż imbagħad jiftaħ talba għal ħlas kontra l-awtur tar-reat.

L-aħħar aġġornament: 05/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Ġermanja

Kif nista’ nressaq talba għal danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali) u lil min għandi nindirizza din it-talba?

L-uniku prerekwiżit huwa “talba ta’ adeżjoni” [talba tad-dritt ċivili fi proċedimenti kriminali] li fiha s-suġġett u r-raġunijiet tat-talba huma deskritti b’mod sħiħ (ara l-mistoqsija 3 għad-dettalji). It-talba tista’ tiġi indirizzata lill-pulizija, lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew lill-qorti kompetenti (ara l-mistoqsija 2).

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nressaq talba?

It-talba tista’ tiġi ppreżentata bil-miktub meta r-reat jiġi rrappurtat lill-pulizija. Tista’ wkoll tiġi sottomessa aktar tard bil-miktub lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew lill-qorti, jew reġistrata mill-iskrivan tal-qorti (fir-Rechtsantragsstelle (dipartiment fil-qrati Ġermaniżi fejn jistgħu jiġu sottomessi talbiet u dikjarazzjonijiet oħra)). Talba tista’ titressaq wkoll oralment fis-seduta prinċipali.

Ġeneralment huwa rrakkomandat li talba ssir kmieni kemm jista’ jkun, mhux l-inqas biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn ma tittieħed l-ebda deċiżjoni minħabba dewmien proċedurali konsiderevoli.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (indika ammont totali u/jew speċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

It-talba għandha tippreżenta b’mod ċar dak li tixtieq mill-akkużat u għaliex. Bħala regola, jekk teħtieġ ammont ta’ flus biex tikkumpensa għal telf finanzjarju (eż. telf ta’ qligħ, proprjetà bil-ħsara), għandek tikkwantifika dan b’mod preċiż. L-ammont ta’ kumpens għal uġigħ u tbatija (Schmerzensgeld), min-naħa l-oħra, jista’ jitħalla għad-diskrezzjoni tal-qorti. Madankollu, anke f’dak il-każ għandek tagħti figura approssimattiva u tippreżenta l-bażi li fuqha l-ammont ta’ Schmerzensgeld għandu jiġi kkalkulat jew stmat. Trid tippreżenta l-fatti biex tiġġustifika t-talba tiegħek bl-akbar dettall possibbli (eż. deskrizzjoni tar-reat, informazzjoni dwar id-danni u l-ħsara lill-proprjetà li tkun saret).

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Le. Ma hemm l-ebda formola speċifika.

Eżempju ta’ talba skont il-proċedura ta’ adeżjoni jinstab fil-paġna 63 (eżempju 5) tal-“Guide for victims” bl-Ingliż (bil-Ġermaniż: Opferfibel) ippubblikat mill-Ministeru Federali għall-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Il-Guide for victims on the rights of injured parties in criminal proceeding jinstab inter alia fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.hilfe-info.de/ taħt l-intestatura “Publications” fil-verżjoni Ingliża tas-sit web.

Liema evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Għandek telenka jew tippreżenta l-evidenza disponibbli kollha li hi meħtieġa biex tagħti prova u issostni t-talba tiegħek (eż. fatturi, ċertifikati). Tista’ wkoll tirreferi b’mod espliċitu għar-rapporti u d-dikjarazzjonijiet tax-xhieda li inti tajt lill-pulizija jew għall-att tal-akkuża nnifisha.

Hemm tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Jekk int bħala l-applikant ingħatajt il-kumpens mitlub, ma jkollok tħallas l-ebda tariffa tal-qorti; kwalunkwe spiża li kellek iġġarrab, eż. telf ta’ qligħ minħabba l-parteċipazzjoni fi proċedimenti tal-qorti, għandha titħallas mill-akkużat.

Jekk it-talba tiegħek ma tintlaqax jew tintlaqa’ biss parzjalment, jekk inti tirtira t-talba tiegħek jew jekk il-qorti toqgħod lura milli tieħu deċiżjoni, il-qorti tiddeċiedi, wara kunsiderazzjoni xierqa, min għandu jħallas l-ispejjeż tal-qorti u l-ispejjeż tal-partijiet (eż. l-ispejjeż legali).

B’differenza f’kawżi ċivili, anke jekk it-talba għall-kumpens ma tkunx ta’ suċċess, peress li inti l-parti li ġġarrab id-dannu ma għandekx tħallas l-ispejjeż tal-qorti.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew tul il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha jekk jien ma nkunx ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Mhux assolutament neċessarju li wieħed jqabbad avukat, iżda jista’ jkun rakkomandat f’ċerti każijiet. Pereżempju, jekk tkun kawża kumplessa li tinvolvi diversi trasgressuri, jekk ikun hemm kwistjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili diffiċli, jew jekk il-qorti tiddeċiedi li t-talbiet mogħtija (eż. somma ta’ flus) għandhom jiġu infurzati permezz ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni. Jekk il-kundizzjonijiet legali jiġu sodisfatti (partikolarment il-bżonn), tista’ tingħata għajnuna legali biex tkopri l-ispejjeż ta’ avukat.

F’liema każijiet il-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

Il-qorti mhux se tiddeċiedi fuq it-talba għall-kumpens jekk l-akkużat ikun liberat jew il-proċeduri jitwaqqfu, jekk it-talba tkun inammissibbli jew infondata fil-fehma tal-qorti, jew jekk, bħala eċċezzjoni, ma jkunx xieraq li l-qorti tiddeċiedi dwar it-talba bħala parti mill-proċedimenti kriminali.

Nista’ nappella kontra tali deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Jista’ jiġi ppreżentat ilment immedjat kontra d-deċiżjoni tal-qorti li toqgħod lura milli tieħu deċiżjoni dwar it-talba għax tqis li l-kundizzjonijiet għal deċiżjoni dwar it-talba ma ġewx sodisfatti.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Deċiżjonijiet ta’ adeżjoni u soluzzjonijiet milħuqa fil-proċedura ta’ adeżjoni jistgħu jiġu eżegwiti skont ir-regoli ġenerali għall-eżekuzzjoni. L-eżekuzzjoni titwettaq fuq il-bażi ta’ kopja infurzabbli tad-deċiżjoni jew tas-soluzzjoni milħuqa, li tinħareġ mill-iskrivan tal-qorti kriminali.

L-aħħar aġġornament: 06/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Estonja

Kif nista’ nitlob kumpens għad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon mingħand trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Inti għandek id-dritt li tippreżenta azzjoni ċivili għad-danni kontra l-imputat bħala parti mill-proċedimenti kriminali. Korp investigattiv jew l-uffiċċju tal-prosekutur irid jispjega lill-vittma l-proċedura sabiex titressaq azzjoni ċivili, ir-rekwiżit essenzjali għal azzjoni ċivili, l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ azzjoni ċivili, u l-konsegwenzi jekk din l-iskadenza titħalla tinqabeż.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Inti għandek id-dritt li tippreżenta azzjoni ċivili mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li teżamina l-fajl kriminali. Huwa possibbli titlob lill-uffiċċju tal-prosekutur għal estensjoni ta’ din l-iskadenza.

Jekk l-iskadenza tinqabeż, l-azzjoni ċivili tiġi ritornata, iżda f’dan il-każ inti tista’ tippreżenta talba għall-kumpens quddiem qorti ċivili.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti jew l-imgħaxijiet mitlufa)?

F’azzjoni ċivili, inti tista’ tippreżenta talba li l-objettiv tagħha jkun li terġa’ tistabbilixxi jew tirrimedja l-kundizzjoni ta’ benesseri miksura bl-att li jifforma s-suġġett tal-proċedimenti kriminali. Iċ-ċirkustanzi fattwali li fuqhom tkun ibbażata tali talba jridu jikkoinċidu b’mod sostanzjali mal-fatti tar-reat li jkun qiegħed jiġi ttrattat u jrid ikun possibbli wkoll li tali talba tinstema’ fil-proċeduri ta’ qorti ċivili.

Azzjoni ċivili trid titressaq bil-miktub u trid tagħti d-dettalji tar-rikorrent u tal-konvenut u tippreżenta t-talba espressa b’mod ċar tal-vittma u ċ-ċirkustanzi u l-evidenza fattwali li fuqhom tkun ibbażata t-talba tal-vittma. It-talba trid tkun kompluta (jiġifieri trid tinkludi l-ammonti tat-tipi kollha ta’ dannu li għalihom il-vittma tkun qiegħda titlob kumpens). F’azzjoni għall-kumpens ta’ dannu mhux materjali, l-ammont tal-kumpens mitlub jista’ jitħalla mhux speċifikat u jista’ jintalab kumpens ġust fid-diskrezzjoni tal-qorti.

Il-korp li jkun qiegħed imexxi l-proċedimenti jista’ jistabbilixxi skadenza għall-eliminazzjoni tan-nuqqasijiet fl-azzjoni ċivili.

Hemm xi formola speċifika għal dawn it-talbiet?

Ma ġiet stabbilita l-ebda azzjoni speċifika għall-azzjonijiet ċivili.

X’evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Azzjoni ċivili trid tkun akkumpanjata minn prova tal-fatti li jiffurmaw il-bażi tat-talba tal-vittma u li l-vittma jkun beħsiebu jibbaża fuqhom irrispettivament mis-sett ta’ evidenza ppreżentat mill-uffiċċju tal-prosekutur.

Hemm xi tariffi tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Is-smigħ ta’ azzjoni ċivili fi proċedimenti kriminali huwa eżenti mit-tariffi Statali, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni ċivili għall-kumpens ta’ telf mhux finanzjarju, jekk it-talba għal dak il-kumpens tkun ibbażata fuq raġunijiet għajr l-ikkawżar tal-offiża fuq il-persuna jew disturb ieħor tas-saħħa jew il-mewt ta’ fornitur.

Jekk l-azzjoni ċivili tiġi miċħuda, l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti tal-azzjoni ċivili jew il-prova tat-talba fil-liġi pubblika jitħallsu mill-vittma. Jekk l-azzjoni ċivili tingħata b’mod parzjali, il-qorti taqsam l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti tal-azzjoni ċivili bejn il-vittma, l-imputat u l-konvenut, wara li tqis iċ-ċirkustanzi kollha. Il-qorti tista’ tiddeċiedi wkoll li l-ispejjeż tal-vittma relatati mal-proċedimenti tal-azzjoni ċivili għandhom jitħallsu b’mod sħiħ jew parzjali mill-vittma, jekk l-ordni ta’ ħlas tal-ispejjeż mill-parti opposta tkun estremament inġusta jew mhux raġonevoli fir-rigward ta’ din tal-aħħar.

Jekk il-qorti tirrifjuta li tisma’ l-azzjoni ċivili minħabba sentenza ta’ ħelsien mill-akkużi jew it-terminazzjoni tal-proċedimenti kriminali, l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti tal-azzjoni ċivili jitħallsu mill-Istat. Jekk il-qorti tirrifjuta li tisma’ l-azzjoni ċivili għal kwalunkwe raġuni oħra, il-qorti taqsam l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti tal-azzjoni ċivili bejn il-vittma u l-Istat, wara li tqis iċ-ċirkustanzi kollha.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ niksibha jekk ma ngħixx fil-pajjiż fejn isiru l-proċedimenti?

Inti tingħata għajnuna legali mill-Istat jekk ikunu jeżistu r-raġunijiet previsti fl-Att dwar l-Għajnuna Legali mill-Istat. Jekk il-qorti ssib li l-interessi essenzjali tiegħek jistgħu ma jkunux protetti b’mod suffiċjenti mingħajr l-assistenza ta’ avukat, il-qorti tista’, fuq inizjattiva proprja tagħha, tiddeċiedi li tagħtik għajnuna legali mill-Istat fuq il-bażi ta’ u skont il-proċedura prevista fl-Att dwar l-Għajnuna Legali mill-Istat.

Persuna tista’ tirċievi għajnuna legali mill-Istat jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fil-mument li tkun teħtieġ l-għajnuna legali tkun tali li ma tkunx kapaċi tħallas għas-servizzi legali kompetenti jew li tkun kapaċi tħallas għas-servizzi legali biss b’mod parzjali jew f’pagamenti parzjali jew jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha ma tippermettilhiex li tissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi ta’ sussistenza wara li tħallas għas-servizzi legali.

L-għajnuna legali mill-Istat tingħata lil persuni li, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna mill-Istat, ikollhom ir-residenza fir-Repubblika tal-Estonja jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew ikunu ċittadini tar-Repubblika tal-Estonja jew ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Persuni oħra jingħataw l-għajnuna legali biss jekk din tirriżulta minn obbligu internazzjonali li jorbot lill-Estonja.

L-Att jistabbilixxi r-raġunijiet għar-rifjut tal-għoti ta’ għajnuna legali mill-Istat. Ma tingħatax għajnuna legali mill-Istat jekk, pereżempju, l-applikant ikun jista’ jipproteġi d-drittijiet tiegħu waħdu; jekk l-applikant ikollu proprjetà li tkun tista’ tinbiegħ mingħajr diffikultà kbira biex tkopri l-ispejjeż tas-servizzi legali; u jekk l-ispejjeż tas-servizzi legali ma jkunux preżumibbilment aktar mid-doppju tal-introjtu medju ta’ kull xahar tal-applikant, tnaqqas minnu t-taxxi u l-pagamenti tal-assigurazzjoni obbligatorja, l-ammonti allokati għall-issodisfar ta’ obbligu ta’ manteniment li jirriżulta mil-liġi kif ukoll spejjeż raġonevoli tal-akkomodazzjoni u tat-trasport. L-għajnuna legali mill-Istat ma tingħatax lanqas jekk, fiċ-ċirkustanzi partikolari, ikun b’mod ċar mhux probabbli li l-applikant se jkun kapaċi jipproteġi d-drittijiet tiegħu; jekk l-applikazzjoni għall-għajnuna legali mill-Istat issir sabiex tiġi ppreżentata talba għal telf mhux finanzjarju u ma jkunx hemm raġunijiet pubbliċi prevalenti fil-każ; jew jekk il-kisbiet possibbli għall-applikant mal-aġġudikazzjoni tal-każ ikunu żgħar b’mod mhux raġonevoli, meta mqabbla mal-ispejjeż tal-għajnuna legali stmati tal-Istat.

L-għajnuna legali mill-Istat tingħata abbażi tal-applikazzjoni tal-persuna. Jekk persuna tapplika għall-għajnuna mill-Istat bħala vittma fi proċedimenti kriminali, l-għoti tal-għajnuna legali mill-Istat lill-persuna jiġi deċiż mill-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kawża jew, matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess ta’ każ kriminali, il-qorti li jkun se jkollha l-ġurisdizzjoni biex tisma’ l-każ kriminali.

L-applikazzjoni għall-għajnuna legali mill-Istat trid tiġi ppreżentata bl-Estonjan, billi tintuża l-formola tal-applikazzjoni rilevanti. L-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll bl-Ingliż jekk l-għajnuna legali tkun qiegħda titfittex minn persuna fiżika li jkollha r-residenza fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew li tkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

Persuna li tapplika għall-għajnuna legali mill-Istat trid tehmeż mal-applikazzjoni tagħha dikjarazzjoni debitament esegwita u ffirmata tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant, u jekk ikun possibbli, evidenza oħra ta’ din is-sitwazzjoni. Jekk ir-residenza ta’ persuna ma tkunx fl-Estonja, mal-applikazzjoni tagħha hija trid tehmeż dikjarazzjoni dwar l-introjtu tagħha u l-introjtu tal-membri tal-familja tagħha matul l-aħħar tliet snin, maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ residenza tal-persuna. Jekk din id-dikjarazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ppreżentata għal raġunijiet indipendenti mill-applikant, l-għoti tal-għajnuna legali mill-Istat jista’ jiġi deċiż mingħajr id-dikjarazzjoni.

Il-qorti kriminali meta tiddeċiedi li twarrab jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

B’mod partikolari, qorti tista’ tirrifjuta li tisma’ azzjoni ċivili jekk l-azzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti, jekk il-proċedimenti kriminali jiġu tterminati, jew jekk tingħata sentenza ta’ ħelsien mill-akkużi. Qorti tista’ tirrifjuta wkoll li tisma’ azzjoni ċivili jekk il-vittma jew il-konvenut ċivili ma jidhrux fis-seduta u l-każ ma jkunx jista’ jinstema’ mingħajr il-preżenza tagħhom. Barra minn hekk, qorti tista’ tirrifjuta li tisma’ azzjoni ċivili jekk tingħata kundanna kriminali.

Azzjoni ċivili tiġi miċħuda jekk ma jkunx hemm raġunijiet sabiex tingħata.

Nista’ nappella kontra deċiżjoni bħal din jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Jekk il-qorti tirrifjuta li tisma’ l-azzjoni ċivili tiegħek, inti tista’ titlob id-danni f’qorti ċivili. Inti għandek id-dritt li tressaq appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-prim istanza quddiem qorti distrettwali.

Jekk ningħata d-danni mill-qorti, kif niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ ningħata sabiex niżgura dan?

Jekk it-trasgressur ikkundannat jonqos milli jħallas l-ammont mogħti bis-sentenza, inti għandek id-dritt li tirrikorri għand uffiċjal ġudizzjarju fuq il-bażi tas-sentenza, u l-uffiċjal ġudizzjarju jieħu ħsieb il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni.

L-aħħar aġġornament: 15/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Greċja

Kif nista’ nressaq talba għall-ħlas tad-danni jew għal mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Fl-istadju ta’ qabel il-proċess tal-proċedimenti kriminali, għandek tiddikjara li tixtieq tkun parti mill-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili (politikós enágon) meta tagħmel kwerela lill-prosekutur pubbliku jew lill-awtoritajiet tal-pulizija xierqa, u f’dan il-każ għandek tagħmel dikjarazzjoni fil-kwerela stess. Tista’ wkoll tagħmel tali dikjarazzjoni waqt l-investigazzjoni tar-reat, f’dokument separat (dikógrafo) li jinnotifika lill-pulizija, lill-prosekutur pubbliku jew lill-awtoritajiet investigattivi, u tista’ wkoll tagħmel dikjarazzjoni direttament lill-qorti sakemm il-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tkunx bdiet (l-Artikoli 63, 82 u 83 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

F’liema punt tal-proċedimenti kriminali għandi nressaq talba?

A) Fl-istadju ta’ qabel il-proċess, kif spjegat hawn fuq (l-Artikolu 83 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

B) Fil-qorti, b’dikjarazzjoni orali sempliċi qabel il-bidu tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, mingħajr il-ħtieġa ta’ proċedura bil-miktub qabel il-proċess, jekk tkun qed titlob kumpens għal uġigħ u tbatija u danni morali mġarrba kaġun tar-reat imwettaq kontrik, jew b’notifika lill-persuna akkużata mill-inqas ħamest ijiem qabel id-data tas-smigħ, jekk qed titlob kumpens għal danni materjali (l-Artikoli 66, 67 u 83 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika l-ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-interessi mitlufa)?

B’mod ġenerali, id-dikjarazzjoni li tixtieq tkun parti mill-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili trid tinkludi sommarju tal-kawża, ir-raġunijiet għaliex temmen li għandek dritt tkun parti mill-proċedimenti, u l-ħatra ta’ rappreżentant ad litem fil-post fejn il-qorti għandha s-sede tagħha, jekk ma tkunx residenti b’mod permanenti hemmhekk.

Jekk id-dikjarazzjoni li tixtieq tkun parti mill-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili tikkonċerna talba għal kumpens għal uġigħ u tbatija u danni morali, ma hijiex meħtieġa proċedura bil-miktub. F’dawn il-każijiet, il-parti ċivili normalment titlob somma simbolika u mhux l-ammont kollu tat-talba. Jekk il-qorti tiddikjara lill-akkużat ħati, din tordna li inti titħallas din is-somma simbolika bħala kumpens. Għall-bqija tas-somma, ikollok tressaq kawża separata quddiem il-qrati ċivili. Jekk it-talba tiegħek tirrigwarda l-irkupru ta’ danni materjali kkawżati lilek mir-reat, trid tinnotifika lill-intimat mill-inqas ħamest ijiem qabel il-proċess, fejn tagħti rendikont tal-elementi individwali.

Hemm xi formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Ma hemm l-ebda formola speċifika. Id-dikjarazzjoni tiegħek trid tinkludi dak kollu msemmi hawn fuq. Kif indikat hawn fuq, proċedura speċifika ta’ qabel il-proċess tkun meħtieġa biss meta l-qorti kriminali tintalab tagħti rimedju għad-danni materjali, u f’dan il-każ l-avviż għandu jiġi nnotifikat lill-akkużat ħamest ijiem qabel is-smigħ.

Xi provi rrid inressaq biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Qabel is-smigħ tal-kawża, għandek tipproduċi kwalunkwe dokument li jissostanzja bil-provi t-talba tiegħek, jiġifieri ċertifikati mediċi, dikjarazzjonijiet, xhieda u kwalunkwe prova oħra.

Hemm tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Trid tħallas tariffa tal-azzjoni ċivili ta’ EUR 40 (l-Artikolu 63 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, kif fis-seħħ).

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ nikseb l-għajnuna jekk ma nkunx residenti fil-pajjiż fejn isiru l-proċedimenti?

Il-liġi (l-Artikolu 41 et seq. tal-Liġi 4689/2020) tipprevedi għajnuna legali lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE b’introjtu baxx, ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat jekk dawn ikunu residenti legalment jew ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Unjoni Ewropea. F’kawżi ċivili u kummerċjali, iċ-ċittadini b’introjtu baxx huma dawk li l-introjtu annwali tal-familja tagħhom ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tal-introjtu personali annwali minimu stabbilit fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Fil-każ ta’ tilwima domestika, l-introjtu tal-parti l-oħra fit-tilwima ma jiġix ikkunsidrat. Il-vittmi tar-reati msemmija fl-Artikolu 41(3) tal-Liġi 4689/2020 huma wkoll intitolati għall-għajnuna legali, u dan fir-rigward ta’ kwalunkwe talba kriminali jew ċivili.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

Jekk il-qorti kriminali tiddeċiedi li l-prosekuzzjoni kriminali ma għandhiex tkompli jew għandha tiġi miċħuda għal kwalunkwe raġuni, ma tistax tikkunsidra l-azzjoni ċivili. Din tiċħad ukoll azzjoni ċivili jekk din ma tkunx ġiet ippreżentata legalment kif deskritt hawn fuq, jew jekk tkun infondata fid-dritt, jew jekk it-talba ma tkunx fondata fuq il-merti, pereżempju għaliex ma tkunx sofrejt direttament b’riżultat tar-reat jew ma tkunx id-detentur tal-interess legali kkonċernat.

Nista’ nappella kontra deċiżjoni bħal din jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Tista’ tressaq appell ordinarju (éfesi) kontra liberazzjoni mill-qorti kriminali distrettwali, mill-qorti tal-prim’istanza b’membru wieħed jew bi tliet membri jew mill-qorti tal-appell għal reat ta’ gravità intermedja (plimmélima) jekk tiġi ordnat tħallas kumpens u spejjeż, u sa dak il-punt biss (l-Artikolu 486(1b) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali). Tista’ wkoll tressaq appell ordinarju kontra sentenza li tikkundanna lill-akkużat jekk u sakemm din tkun ċaħdet it-talba tiegħek għar-raġuni li ma tkunx fondata fid-dritt jew tkun tatek kumpens finanzjarju jew materjali, sakemm l-ammont totali mitlub ikun qabeż il-EUR 100 jekk l-appell isir kontra sentenza tal-qorti kriminali distrettwali, EUR 250 jekk isir kontra sentenza tal-qorti tal-prim’istanza b’membru wieħed jew tal-qorti tal-minorenni b’membru wieħed, jew EUR 500 jekk isir kontra sentenza tal-qorti tal-prim’istanza bi tliet membri jew tal-qorti tal-minorenni bi tliet membri. Tista’ tressaq appell fuq punt tad-dritt (anaíresi) kontra sentenza li tikkundanna lill-akkużat sakemm din tkun ċaħdet it-talba tiegħek għar-raġuni li ma tkunx fondata fid-dritt (l-Artikolu 505 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) jew kontra liberazzjoni jekk tkun ġejt ordnat tħallas kumpens u spejjeż (l-Artikolu 506 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ ningħata biex dan niżgurah?

Il-kumpens mogħti mill-qorti kriminali huwa essenzjalment deċiżjoni li tilqa’ talba ċivili. Għalhekk din tiġi eżegwita bil-proċess tal-eżekuzzjoni għal sentenzi ċivili (anankastikí ektélesi).

L-aħħar aġġornament: 25/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Spanja

Kif nista’ nitlob danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Fil-liġi Spanjola, il-proċedura normali biex jintalab kumpens għad-danni mġarrba hija dik ta’ proċedimenti kriminali, fejn jiġu analizzati responsabbiltajiet ċivili kif ukoll dawk kriminali. Għal din ir-raġuni, il-qorti kriminali lokali (Juzgado de Instrucción) toffri kawża ċivili lill-parti leża, sabiex tkun tista’ tiddikjara jekk tkunx tixtieq tagħmel talba matul il-proċedimenti kriminali jew tirriżerva d-dritt li tagħmel talba għall-korriment imġarrab matul il-proċedimenti ċivili.

Jekk il-parti leża tiddikjara li tkun tixtieq tagħmel talba fil-proċedimenti kriminali, hija tista’ jew tagħżel li tiftaħ kawża ċivili f’isimha mill-prosekutur pubbliku (dan iseħħ ukoll jekk ma tagħżilx preferenza) jew, jekk tkun tixtieq, tattendi personalment (permezz ta’ avukat jew ir-rappreżentant tal-qorti).

Jekk il-parti leżi tagħżel li tagħmel talba għal danni barra mill-proċedimenti kriminali, hija trid tiftaħ proċedimenti ċivili skont ir-regoli għal dawn il-proċedimenti.

Konsegwentement, il-vittma tista’ tippreżenta talba għal kumpens għad-danni lill-qorti, kemm personalment fuq id-dikjarazzjoni li tkun irċeviet meta ġiet offruta l-possibbiltà li tiftaħ il-proċedimenti bħala parti privata, jew bil-miktub fejn tiddikjara t-talba tagħha, jew permezz ta’ avukat jew rappreżentant tal-qorti. Din ir-rappreżentanza bil-miktub mhijiex essenzjali: jekk ma ssirx, il-prosekutur pubbliku jiftaħ proċedimenti ċivili kif ukoll kriminali.

Inti tista’ tgħin fit-tħejjija tal-applikazzjoni mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità (Oficinas de Asistencia a las Víctimas del delito) li jinsabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha u anki fi bliet oħrajn; għal reati ta’ terroriżmu tista’ tingħata għajnuna mill-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali (Oficina de Información y Asistencia a Víctimas del Terrorismo de la Audiencia Nacional).

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Tista’ tippreżenta talba fi kwalunkwe punt fil-proċedimenti sakemm ikun qabel il-bidu tal-proċess orali. Il-qorti kriminali lokali toffrilek il-possibbiltà li tagħmel it-talba matul l-istadju tal-investigazzjoni ladarba tiġi nnotifikata bl-eżistenza ta’ parti leża.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, it-telf fil-profitti u interessi)?

It-talba għandha tispeċifika d-danni kkawżati – l-ammont - u jkun fiha l-fatturi jew l-istimi rilevanti li jsostnu t-talba tiegħek, li aktar tard jiġu eżaminati mill-espert tal-qorti.

Hemm formola speċifika għal tali talbiet?

Le.

X’evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Insostenn tat-talba għal danni għandek tipprovdi l-fatturi jew l-istimi rilevanti li jsostnu t-talba tiegħek. Jekk applikajt għal għajnuna legali, se tkun meħtieġ(a) tipprovdi evidenza tad-dħul u l-assi tiegħek.

Hemm spejjeż tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Le.

Nista’ ningħata għajnuna legali qabel u / jew matul il-proċedimenti? Nista’ ningħata din l-għajnuna jekk m’iniex ngħix fil-pajjiż fejn qed isiru l-proċedimenti?

Bħala applikant vittma, miż-żmien tal-ewwel kuntatt tiegħek mal-awtoritajiet u l-uffiċjali inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni biex tikseb parir u difiża legali, u jekk applikabbli l-kundizzjonijiet biex tiksibhom mingħajr ħlas. L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek ukoll din l-informazzjoni.

Bħala applikant vittma inti tkun tista’ tissottometti t-talba tiegħek sabiex ikollok id-dritt tiegħek għall-għajnuna legali rrikonoxxut lill-uffiċjal jew lill-awtorità li tawk l-informazzjoni dwar il-proċedura sabiex tikseb pariri u difiża legali u, fejn applikabbli, sabiex tiksibhom mingħajr ħlas. L-uffiċjal jew l-awtorità jibagħtuha, flimkien mad-dokumentazzjoni pprovduta, lill-kamra tal-avukati rilevanti.

It-talba tiegħek tista’ tiġi sottomessa wkoll lill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, li jibagħtuha lill-kamra tal-avukati rilevanti.

B’mod ġenerali, bħala applikant vittma inti tista’ tibbenefika minn servizzi ta’ gwida legali li joffru informazzjoni dwar il-liġi liċ-ċittadini kollha. Dawn is-servizzi huma organizzati mill-kmamar tal-avukati f’kull qasam ġudizzjarju.

Biex taċċessahom, għandek timla formola li tista’ tinstab fil-qrati, fil-Ministeru tal-Ġustizzja u f’uffiċċji oħrajn tal-Istat u tagħti prova li l-mezzi ta’ għajxien tiegħek mhumiex biżżejjed. Inti trid tissottometti t-talba tiegħek lill-kamra tal-avukati fil-qasam tal-qorti rispettiva jew fil-qorti fiż-żona fejn tirrisjedi, jekk il-proċedimenti kriminali jkunu għadhom ma bdewx. Ladarba jibdew il-proċedimenti kriminali, inti tista’ tikseb għajnuna legali mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin, sakemm bħala vittma inti tidher personalment fil-proċedimenti.

Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, ma hemmx bżonn li l-ewwel tagħti prova li l-mezzi tiegħek huma insuffiċjenti sabiex tikseb għajnuna legali.

Jekk inti vittma ta’ terroriżmu, tista’ tikseb ukoll għajnuna legali.

Bħala vittma ta’ reat inti tista’ tapplika għal għajnuna legali fi Spanja jekk inti ċittadin(a) ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-UE u turi li r-riżorsi tiegħek mhumiex adegwati.

Irrispettivament mill-eżistenza tar-riżorsi sabiex jinbdew proċedimenti legali, id-dritt tiegħek għall-għajnuna legali se jiġi rrikonoxxut u din l-għajnuna se tiġi pprovduta lilek minnufih jekk tkun vittma ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, terroriżmu jew traffikar tal-bnedmin fi kwalunkwe proċediment li huwa marbut ma’, idderivat minn jew riżultat tal-istat tiegħek bħala vittma, jew jekk inti minorenni jew għandek diżabbiltà intellettwali jew mard mentali meta tkun il-vittma ta’ sitwazzjonijiet ta’ abbuż jew trattament ħażin.

Dan id-dritt japplika wkoll għall-benefiċjarji ta’ kwalunkwe tip ta’ għajnuna fil-każ ta’ mewt tal-vittma, sakemm ma kinux involuti fl-atti.

Għall-finijiet tal-għoti ta’ għajnuna legali, bħala applikant inti titqies bħala vittma meta jiġi ppreżentat ilment jew titressaq kawża, jew meta jinbdew proċedimenti kriminali, għal kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija, u inti żżomm dan l-istatus sakemm il-proċedimenti kriminali jkunu fis-seħħ jew meta jkun inħareġ verdett ta’ ħtija wara l-konklużjoni tal-proċedimenti.

Id-dritt għall-għajnuna legali jintilef ladarba l-liberazzjoni ssir finali, jew wara s-sospensjoni temporanja jew iċ-ċaħda tal-proċedimenti minħabba li l-atti kriminali ma tkunx ingħatat prova tagħhom, mingħajr l-ebda obbligu li titħallas lura l-ispiża tal-benefiċċji li jkunu tgawdew mingħajr ħlas sa dak il-punt.

Fil-proċedimenti differenti li jistgħu jinbdew bħala riżultat tal-istatus tiegħek bħala vittma tar-reati identifikati u, b’mod partikolari, fi proċedimenti ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, irid jassistik l-istess avukat, sakemm dan id-dritt ta’ difiża tiegħek ikun b’hekk debitament garantit.

Inti għandek id-dritt għal għajnuna legali jekk l-introjtu annwali tiegħek u l-introjtu għal kull unità tal-familja ma jaqbżux:

  • Darbtejn aktar mill-Indikatur tal-Introjtu għal Diversi Skopijiet (Indicador Público de Renta de Efectos Múltiples – IPREM) fis-seħħ fil-mument li ssir it-talba, meta l-persuni inkwistjoni ma jkunux parti minn xi unità tal-familja. L-IPREM huwa indiċi li jiġi ffissat kull sena u jintuża sabiex jiddetermina l-ammont ta’ ċerti benefiċċji jew il-livell limitu għall-aċċess għal ċerti benefiċċji, intitolamenti jew servizzi pubbliċi.
  • Darbtejn u nofs aktar mill-IPREM fis-seħħ fil-mument li ssir it-talba, meta l-persuni inkwistjoni jkunu parti minn kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ unità tal-familja b’anqas minn erba’ membri.
  • Tliet darbiet aktar mill-IPREM meta l-unitajiet tal-familja inkwistjoni jkunu fformati minn erba’ membri jew aktar.

Jekk bħala vittma inti tingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali, ma jkollokx bżonn tħallas l-ispejjeż li ġejjin:

  • Parir legali minn qabel.
  • It-tariffi tal-avukat u tar-rappreżentant tal-qorti.
  • L-ispejjeż li jirriżultaw mill-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti uffiċjali.
  • Id-depożiti meħtieġa sabiex jiġu ppreżentati ċerti appelli.
  • Il-ħlasijiet għall-esperti.

Barra minn hekk, inti tibbenefika minn tnaqqis ta’ 80 % fuq il-kost tal-atti notarili u taċ-ċertifikati mir-reġistri tal-artijiet u tal-kummerċ.

Il-qorti kriminali meta tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

B’mod ġenerali, fil-każ ta’ reati vjolenti u reati sesswali, il-qorti teħtieġ li tivvaluta l-eżistenza ta’ reat vjolenti jew reat sesswali intenzjonali u tistabbilixxi dan fid-deċiżjoni ġudizzjarja li ttemm il-proċedimenti kriminali. F’din id-deċiżjoni ġudizzjarja finali fil-proċedimenti kriminali, ir-relazzjoni kawżali bejn ir-reati u l-korrimenti jew id-danni għas-saħħa jew, jekk applikabbli, il-mewt, trid tiġi ddeterminata b’mod ċar.

Huwa possibbli wkoll li d-deċiżjoni ġudizzjarja li ttemm il-proċedimenti kriminali tista’ tordna s-sospensjoni temporanja tal-proċedimenti jew l-għeluq tal-proċedimenti.

Skont il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-kwistjonijiet kriminali, is-sospensjoni temporanja tal-proċedimenti tkun xierqa jekk it-twettiq tar-reat li rriżulta fil-kawża tal-qorti ma tingħatax prova tiegħu kif xieraq, jew jekk jiġi konkluż li twettaq reat iżda m’hemmx biżżejjed raġunijiet biex persuna/i partikolari tiġi akkużata/jiġu akkużati bħala awturi, kompliċi jew persuni involuti.

L-għeluq tal-proċedimenti jkun xieraq jekk ma jkunx hemm indikazzjoni raġonevoli li twettaq l-att li jwassal għall-kawża tal-qorti, jekk l-att ma kkostitwixxiex reat jew jekk dawk imtella’ l-qorti bħala awturi, kompliċi jew persuni involuti jidhru li jkunu eżentati minn responsabbiltà kriminali.

Fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu, b’mod ġenerali huwa meħtieġ li l-qorti tivvaluta jekk hemmx responsabbiltà ċivili għall-atti u d-danni previsti fil-leġiżlazzjoni applikabbli. L-għoti tal-għajnuna u l-benefiċċji rrikonoxxut skont il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar it-terroriżmu huwa soġġett għall-prinċipji dwar il-kumpens stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati Vjolenti.

Nista’ nappella kontra tali deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju / sodisfazzjon?

Jekk il-maġistrat tal-eżaminazzjoni (f’qorti jew entità ġudizzjarja) jiddeċiedi li jagħlaq il-proċedimenti - jiġifieri, jordna ċ-ċaħda tal-kawża - il-vittma tista’ tappella jekk tkun dehret personalment fil-proċedimenti u tkun prosekuzzjoni privata.

Skont il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar il-kwistjonijiet kriminali, sospensjoni temporanja tal-proċedimenti tkun xierqa jekk it-twettiq tar-reat li rriżulta fil-kawża tal-qorti ma tingħatax prova tiegħu kif xieraq, jew jekk jiġi konkluż li twettaq reat iżda m’hemmx biżżejjed raġunijiet biex persuna/i partikolari tiġi akkużata/jiġu akkużati bħala awturi, kompliċi jew persuni involuti.

L-għeluq tal-proċedimenti jkun xieraq jekk ma jkunx hemm indikazzjoni raġonevoli li twettaq l-att li jwassal għall-kawża tal-qorti, jekk l-att ma kkostitwixxiex reat jew jekk dawk imtella’ l-qorti bħala awturi, kompliċi jew persuni involuti jidhru li jkunu eżentati minn responsabbiltà kriminali.

Fil-każ ta’ reati vjolenti u reati sesswali, deċiżjoni ġudizzjarja li ttemm il-proċedimenti kriminali u li ma jkun hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli fil-konfront tagħha tkun ġeneralment meħtieġa sabiex wieħed ikun jista’ japplika għal tipi differenti ta’ għajnuna prevista legalment. Għal dak l-għan, id-deċiżjoni finali tal-proċedimenti kriminali tista’ tiġi appellata fi żmien terminu stabbilit u billi l-appelli jiġu ppreżentati kif indikat f’dik id-deċiżjoni.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ ningħata biex niżgura dan?

L-Istat iħallas l-għajnuna kollha jew parti minnha jekk it-trasgressur ikun ġie ddikjarat parzjalment insolventi.

L-Istat jissurroga lilu nnifsu għad-drittijiet tiegħek fil-konfront tal-parti ċivilment responsabbli għar-reat, sal-ammont sħiħ tal-għajnuna proviżorja jew finali li tkun ingħatajt bħala vittma jew benefiċjarju.

L-Istat jista’ jressaq kawża għall-irkupru kontra l-parti ċivilment responsabbli għall-att kriminali sabiex jitlob ir-rimborż sħiħ jew parzjali tal-għajnuna mogħtija.

Din il-kawża titwettaq, fejn xieraq, permezz tal-proċedura ta’ rkupru infurzat amministrattiv u tapplika fil-każijiet li ġejjin, fost l-oħrajn:

  • Fejn id-deċiżjoni ġudizzjarja finali tiddeċiedi dwar l-assenza ta’ reat.
  • Fejn wara l-ħlas tal-għajnuna, kemm inti bħala l-vittma kif ukoll il-benefiċjarji tiegħek ksibtu, għal kwalunkwe raġuni, rimedju sħiħ jew parzjali għad-danni mġarrba fit-tliet snin wara l-għoti tal-għajnuna.
  • Fejn l-għajnuna tkun inkisbet abbażi tal-forniment ta’ informazzjoni falza jew deliberatament inkompleta jew bi kwalunkwe mezz frodulenti ieħor, kif ukoll l-ommissjoni deliberata ta’ ċirkustanzi li jwasslu għar-rifjut jew it-tnaqqis tal-għajnuna mitluba.
  • Fejn il-kumpens mogħti fis-sentenza jkun anqas mill-għajnuna proviżorja.

Din il-kawża titressaq mill-Istat li jidher fil-proċedimenti kriminali jew ċivili li jkunu qegħdin jitwettqu, mingħajr preġudizzju għall-kawża ċivili li tista’ titressaq mill-prosekutur pubbliku.

Il-vittmi jistgħu jiġu assistiti permezz tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, jew fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu, permezz tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali, bi kwalunkwe informazzjoni li jkunu jeħtieġu dwar dawn il-kwistjonijiet bħala vittmi ta’ reat.

L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdu informazzjoni dwar il-possibbiltà li għandek bħala vittma li tipparteċipa fis-sentenza ta’ priġunerija u jwettqu kwalunkwe attivitajiet ta’ assistenza li jkunu meħtieġa sabiex inti tkun tista’ teżerċita d-drittijiet irrikonoxxuti mil-liġi.

Jekk inti vittma ta’ terroriżmu, l-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali jipprovdilek il-mezzi ta’ informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ ssib dak kollu li huwa relatat mal-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ priġunerija sal-mument li l-pieni jkunu ġew skontati kompletament, speċjalment f’każijiet fejn jingħataw benefiċċji jew jinħelsu l-persuni kkundannati. Barra minn hekk, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ipproċessar ta’ każijiet ta’ kumpens dan jipprovdi informazzjoni lilek bħala vittma dwar il-ksib ta’ ċertifikati tas-sentenzi finali, ordnijiet biex ma jiġux infurzati responsabbiltajiet ċivili u dokumenti oħra meħtieġa biex tiġi pproċessata l-għajnuna stabbilità legalment.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Franza

Kif nista’ nitlob għad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon mingħand awtur ta’ reat waqt proċess (proċedimenti kriminali) u lil min għandi nindirizzaha din it-talba?

Jekk inti vittma ta’ danni kkważati minn reat, inti tista’ tressaq it-talba tiegħek quddiem qorti sabiex l-awtur tar-reat jiġi ordnat iħallsek kumpens għall-korriment ikkawżat lilek. B’hekk tingħata d-danni. It-talba tiegħek tista’ titressaq fi proċedimenti ċivili jew kriminali.

  • Proċedimenti ċivili

Inti tista’ tressaq it-talba tiegħek quddiem qorti ċivili irrispettivament mill-fatt jekk il-persuna responsabbli għad-danni hix ħatja ta’ reat kriminali jew le.

It-tip u l-ammont tat-talba jiddetermina l-qorti kompetenti:

- għal talba ta’ inqas minn EUR 10,000, hija l-qorti distrettwali (tribunal d’instance).

- għal talba ta' 'l fuq minn EUR 10,000, hija l-qorti reġjonali (tribunal de grande instance) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju).

  • Proċedimenti kriminali

Jekk il-persuna responsabbli għad-danni tkun ħatja ta’ reat, inti tista’ titlob għad-danni fil-proċedimenti kriminali. Tista’ titlob li tiġi rikonoxxut bħala parte civile fil-proċedimenti kriminali (partie civile) billi tagħmel talba lill-investigaturi, lill-prosekutur pubbliku (procureur de la République), lill-imħallef inkwirenti (juge d’instruction) jew lill-qorti.

Trid tkun sofrejt dannu personali kkawżat direttament mir-reat li għaddej proċess.

Minuri ma jistax japplika għar-rikonoxximent bħala parte civile fi proċedimenti kriminali f’isem stess; dan iridu jagħmluh il-ġenituri tiegħu f’ismu.

Hekk kif id-danni jingħataw f’somma mill-qorti ċivili jew kummerċjali, il-vittma għandha pretensjoni fuq il-persuna misjuba ħatja, li ssir responsabbli għaliha. Il-pretensjoni hija dritt li l-vittma tista’ teżegwixxi.

F’każ ta’ diffikultà fl-irkupru tas-somom, huwa possibbli:

  • li ssir petizzjoni lill-qorti sabiex tordna ordni għal ħlas;
  • jitqabbad marixxall li jkun jista’ jissekwestra l-propjetà.

Is-Servizz ta’ Għajnuna fl-Irkupru għall-Vittmi tal-Kriminalità (Service d’aide au recouvrement des victimes d’infractions — SARVI) tal-Fond ta’ Garanziija għall-Vittmi tat-Terroriżmu u Reati Oħra (Fonds de garantie des victimes d’actes de terrorisme et d’autres infractions — FGTI) jistgħu jgħinuk biex tirkupra d-danni mogħtija mill-qorti fl-aħħar tal-proċess kriminali biss.

Huwa maħsub għal vittmi li jkunu sofrew korriment personali minuri jew ċerti tipi ta’ dannu materjali li ma jistgħux jingħataw kumpens mill-Bordijiet ta’ Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Commissions d’indemnisation des victimes d’infractions — CIVIs).

F’liema stadju tal-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta t-talba tiegħi?

Inti tista' tippreżenta t-talba tiegħek matul l-investigazzjoni preliminari mmexxija mill-prosekutur pubbliku u mbagħad matul l-investigazzjoni mill-imħallef inkwirenti.

It-talba tista’ tiġi ppreżentata qabel is-seduta ta’ smigħ il-qorti bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiktub (l-ittra trid tasal 24 siegħa qabel is-seduta).

Tista' tippreżentaha wkoll direttament fis-seduta, matul il-proċess quddiem il-qorti. F'dak il-każ tista' tippreżenta t-talba tiegħek bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiktub jew oralment. Dan trid tagħmlu qabel ma l-prosekutur jindirizza lill-qorti biex jippreżenta l-fehma tiegħu u jipproponi sentenza.

X’nista' nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (indikazzjoni ta’ ammont totali u/jew speċifikazzjoni tat-telf individwali, tal-qligħ mitluf u tal-interessi)?

It-talba tiegħek għandha titlob kumpens għad-dannu kollu li ġarrabt. Jista' jingħata kumpens għal tliet tipi ta’ danni:

  • korriment personali, li huwa dannu għas-saħħa ta’ xi ħadd jew l-integrità fiżika jew mentali;
  • dannu morali, li huwa dannu għall-benessri emozzjonali, l-unur jew ir-reputazzjoni;
  • dannu materjali, li jikkonċerna d-dannu lill-propjetà u l-interessi finanzjarji ta’ xi ħadd.

Id-dannu li ġarrabt irid ikun riżultat ta’ avveniment speċifiku (inċident, żball ta’ konsenja, eċċ.);

il-persuna li qed tfittixha għad-danni trid tkun il-persuna li kkaġunat id-danni u d-dannu jrid ikun reali (l-iżball ikkaġunalek dannu li ma jistax jiġi kkontestat), dirett (jikkonċernak personalment) u speċifiku.

Trid tipprovdi deskrizzjoni preċiża u tagħti prova tiegħu (fatturi, ritratti tal-inċident, eċċ.). It-talba tiegħek trid tispeċifika figura, għaliex m'hemmx minimu jew massimu. Il-qorti ma tistax tordna lill-konvenut biex iħallas ammont ogħla minn dak li qiegħed titlob inti.

It-talba tiegħek tista’ tiġi ppreżenta bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiktub, mingħajr formalitajiet speċifiċi, jew oralment quddiem il-qorti.

Hemm formola speċifika għal dawn it-talbiet?

Le.

Liema provi rrid inġib biex insostni t-talba tiegħi?

Trid tagħti kull informazzjoni li turi d-dannu li sarlek (ritratti, fatturi, dikjarazzjonijiet mix-xhieda, eċċ.) u r-responsabbiltà tal-persuna li qed tfittixha għall-kumpens.

Hemm xi tariffi tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħek?

Fil-prinċipju, m'hemmx spejjeż speċifiċi.

Madankollu, jekk il-prosekutur pubbliku ma jibdiex investigazzjoni anke jekk il-vittma taħseb li ġie kommess reat u tixtieq kumpens, il-vittma tista', taħt ċertu kundizzjonijiet, tagħmel talba diretta lill-imħallef inkwirenti, billi tippreżenta kwerela flimkien ma' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarikors għar-rikonoxximent bħala parte civile fil-proċedimenti kriminali. Hekk jibdew il-proċedimenti kriminali u dawk ċivili biex b’hekk ikun possibbli tikseb kumpens mill-awtur tar-reat.

L-imħallef inkwirenti mbagħad jista' jsaqsi lill-kwerelant biex jiddepożita somma ta’ flus, liema somma tiġi stabbilita mill-imħallef skont id-dħul tal-kwerelant. Is-somma depożitata tissejjaħ kapparra. Trid titħallas sad-data stabbilita mill-imħallef taħt piena ta’ ċaħda tal-kwerela.

Bl-istess mod, jekk il-prosekutur pubbliku ma jibdiex proċedimenti kriminali, il-vittma tista’ toħroġ “taħrika diretta” (citation directe) quddiem il-qorti kriminali, u tibda proċedimenti ċivili u kriminali kontra l-imputat/konvenut. F’dak il-każ, il-qorti tista’ titlob depożitu.

Għandi dritt għall-għajnuna legali qabel u/jew wara l-proċedimenti? Għandi dritt għaliha jekk ma ngħixx fil-pajjiż fejn qegħdin isiru l-proċedimenti?

Għal persuni b’mezzi limitati, l-għajnuna legali hija possibbiltà, u b’hekk it-tariffi legali u l-ispejjeż tal-qorti matul il-proċess jitħallsu kollha jew parzjalment mill-Istat. . Għal aktar reati serji l-għajnuna legali tingħata mingħajr verifika tal-mezzi (ara l-lista fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 9-2 tal- Liġi Nru 91-647 tal-10 ta’ Lulju 1991 dwar l-għajnuna legali (Loi n° 91-647 du 10 juillet 1991 relative à l’aide juridique)).

Għandek dritt għall-għajnuna legali jekk inti ċittadin Franċiż jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea anke jekk ma tgħixx fi Franza, jew jekk inti ċittadin barrani li abitwalment u legalment tirrisjedi ġewwa Franza.

Ċerti entitajiet għall-aċċess għas-servizzi legali bħal pereżempju ċentri legali (maisons de la justice et du droit) jew is-servizz ta’ informazzjoni legali (points d’accès au droit) jipprovdu konsultazzjonijiet b’xejn fuq kwistjonijiet legali u jistgħu jgħinuk, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħek, biex tissodisfa l-formalitajiet kollha sabiex teżerċita dritt, u jassistuk fil-proċeduri mhux ġudizzjarji.

L-istess japplika għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaassoċjazzjonijiet ta’ sapport għall-vittmi, li b’mod partikolari joffru sapport legali mingħajr ħlas.

Il-qorti kriminali meta tiddeċiedi li ma tilqax jew tirrifjuta li tiddeċiedi fuq it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Il-qorti tista’ tiddeċiedi li r-rikors għar-rikonoxximent bħala parte civile fil-proċedimenti kriminali mhux ammissibbli jekk it-talba ma tikkwalifikax, b’mod partikolari jekk il-qorti tkun tal-fehma li l-persuna ma ġietx affettwata mir-reat li għaddej proċess għalih. Hija tista’ tiddeċiedi dwar il-proċedimenti kriminali (ħtija, sentenza ta’ priġunerija u/jew multa) u dwar il-proċedimenti ċivili (kumpens) fl-istess ħin. Il-qorti tista’ tiddeċiedi wkoll fuq il-proċedimenti ċivili fi stadju ulterjuri jekk tqis li ma għandiex il-fatti kollha quddiemha.

Nista' nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Jekk ma tkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-qorti, inti tista' titlob rieżami tagħha mill-qorti tal-appell li fil-ġurisdizzjoni tagħha taqa’ l-ewwel qorti.

Jekk ningħata d-danni mill-qorti, kif niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u liema għajnuna nista' nikseb għal dan il-għan?

Hekk kif id-danni jingħataw f’somma mill-qorti ċivili jew kummerċjali, il-vittma għandha pretensjoni fuq il-persuna misjuba ħatja, li ssir responsabbli għaliha. Il-pretensjoni hija dritt li l-vittma tista’ teżegwixxi.

F’każ ta’ diffikultà fl-irkupru tas-somom, huwa possibbli:

  • li ssir petizzjoni lill-qorti sabiex tordna ordni għal ħlas;
  • jitqabbad marixxall li jkun jista’ jissekwestra l-propjetà.

Is-SARVI jista’ jgħinek tirkupra d-danni u l-interessi (u s-somom rigward l-ispejjeż legali) mogħtija mill-qorti biss fl-aħħar tal-proċess kriminali. Dan is-servizz iħallas somma lill-vittma (l-ammont jiddependi mis-sentenza li tkun ingħatat) u huwa stess jirkupra s-somom dovuti mill-persuna kkundannata. Is-SARVI huwa servizz kunfidenzjali u mingħajr ħlas.

Huwa maħsub għal vittmi li jkunu sofrew korriment personali żgħir, jew ċertu dannu materjali, li ma jistax jiġi kkumpensat mic-CIVIs.

Tista' tkun intitolat għal għajnuna mingħand is-SARVI jekk:

  • inti individwu u tkun ksibt sentenza mill-qorti kriminali li laqgħet it-talba tiegħek għad-danni u possibbilment l-ispejjeż legali kollha jew parzjalment;
  • ma għandekx dritt għal kumpens mingħand ic-CIVI; u
  • Il-persuna li nstabet ħatja ma ħallsitx is-somom dovuti fi żmien xahrejn mis-sentenza finali.

X’tista' tikseb:

  • Jekk l-ammont tat-talba tiegħek kien inqas minn jew ugwali għal EUR 1,000: is-somma kollha.
  • Jekk l-ammont tat-talba tiegħek kien ogħla minn EUR 1,000:
    • Ø 30% tas-somma, b’minimu ta’ EUR 1,000 u massimu ta’ EUR 3,000;
    • Ø assistenza bl-irkupru, jiġifieri s-SARVI jikseb il-bqija dovut mill-persuna kkundannata f’ismek. Inti tiġi nnotifikat kull tliet xhur bl-eżitu tal-passi li jkunu qegħdin jittieħdu f’ismek. B’hekk, din il-proċedura ma tħallikx tqabbad marixxall. Is-SARVI juża l-għodda legali mogħtija lilu mil-liġi. L-attivitajiet tiegħu madankollu jibqgħu limitati minħabba l-kapaċità ta’ ħlas tal-persuna li twaħħalha multa.

Il-porzjon imħallas mis-SARVI jiġi riżolt fi żmien xahrejn mil-wasla tal-fajl komplut.

Kemm għandi żmien biex nippreżenta t-talba tiegħi?

  • It-talba tiegħek trid tiġi ppreżentat mhux aktar tard minn sena wara l-wasla tas-sentenza finali.
  • Jekk it-talba għall-kumpens tiegħek ġiet miċħuda mic-CIVI, għandek sena, min-notifika taċ-ċaħda biex tikkuntattja lis-SARVI.

Hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola għal talbiet ta’ rkupru. Ir-rappreżentazzjoni legali mhix obbligatorja.

Fil-formola li trid tibgħat hemm lista ta’ dokumenti ta’ sostenn li jridu jiġu mehmuża mat-talba tiegħek u mibgħuta lil:

Fonds de Garantie - SARVI
TSA 10316
94689 VINCENNES CEDEX

Tista tikseb dettalji addizzjonali minn fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.fondsdegarantie.fr/sarvi/

Is-SARVI jista’ jiċħad it-talba tiegħek għall-irkupru kontra l-persuna kkundannata, jew jirrifjuta li jieħu deċiżjoni, jekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - il-Kroazja

Kif nista' nressaq talba għal danni jew mezz ta' rimedju/sodisfazzjon ieħor mingħand awtur ta' reat f'kawża (proċedimenti kriminali) u lil min jenħtieġ li nindirizza din it-talba?

Talba għad-danni li jirriżultaw minn delitt tinstema' fil-qafas tal-proċedimenti kriminali fuq proposta tal-parti li sofriet id-danni jekk dan ma jdewwimx il-proċedimenti b'mod sinifikanti. (L-Artikolu 153(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Zakon o kaznenom postupku))

Il-parti li sofriet id-danni tista’ tippreżenta talba għad-danni bħala parti mill-proċedimenti kriminali. (L-Artikolu 154(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

Talba għad-danni ppreżentata bħala parti mill-proċedimenti kriminali tista’ ssir jew għand l-entità li tkun ittrattat id-denunzja kriminali jew għand il-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża. (L-Artikolu 155(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

F'liema punt tal-proċeduri kriminali jenħtieġ li nressaq it-talba tiegħi?

Talba għad-danni tista’ tiġi ppreżentata fi kwalunkwe mument qabel it-tmiem tal-proċedura tal-kumpilazzjoni tal-provi quddiem il-qorti tal-ewwel istanza. (L-Artikolu 155(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

X'nista' nitlob fit-talba u kif jenħtieġ li nippreżentaha (bl-indikazzjoni ta' ammont totali u/jew speċifikazzjoni tat-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħax)?

Ilment b'kostituzzjoni bħala parti ċivili fi proċedimenti jista' jirreferi għal talba mressqa fil-qafas tal-kawża. (L-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

Hemm forma speċifika għat-talbiet ta' dan it-tip?

M'hemmx forma speċifika għat-talbiet ta' dan it-tip.

Liema evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Il-persuna awtorizzata biex tissottometti t-talba jeħtiġilha tindika x'qed titlob u tippreżenta l-evidenza. (L-Artikolu 155(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) It-tip u l-ammont ta' evidenza mhuwiex speċifikat bil-liġi.

Hemm spejjeż tal-qorti jew spejjeż oħrajn b'rabta mat-talba tiegħi?

Ma hemm l-ebda tariffi tal-qorti jew spejjeż oħrajn marbuta mal-preżentata ta’ talba għad-danni bħala parti ċivili f’kawża kriminali.

Nista' nikseb għajnuna legali qabel u/jew tul il-proċedimenti? Nista' nikseb għajnuna legali jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn jitwettqu l-proċedimenti?

Il-vittmi ta’ delitt punibbli b’terminu ta’ priġunerija ta’ aktar minn ħames snin li jbatu konsegwenzi serji minħabba r-reat kriminali, huma intitolati għal konsulenza legali bla ħlas meta jippreżentaw talba għad-danni. (L-Artikolu 43(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) Dan id-dritt mhuwiex limitat skont il-post tar-residenza tal-parti li tkun sofriet id-danni.

F'liema każijiet il-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi t-talba tiegħi kontra t-trażgressur?

Jekk il-qorti ssib lill-imputat ħati, hija tkun tista’ tordna li jitħallsu l-ispejjeż kollha tal-parti li sofriet id-danni jew tordna li jitħallsulha parti mill-ispejjeż u tagħtiha l-parir li tiftaħ kawża ċivili. Jekk l-informazzjoni disponibbli waqt il-proċedimenti kriminali ma tkunx biżżejjed biex il-qorti tordna l-ħlas tad-danni kollha jew ta’ parti minnhom, il-qorti tagħti l-parir lill-parti li sofriet id-danni biex tiftaħ kawża separata.

Meta l-qorti ssib lill-imputat mhux ħati jew ma jintlaqgħux l-akkużi jew ittemm il-proċedimenti kriminali, hija tagħti parir lill-parti li sofriet id-danni biex tiftaħ kawża separata għad-danni. Jekk il-qorti tiddikjara li ma tkunx kompetenti, hija tagħti l-parir lill-parti li sofriet id-danni biex tiftaħ jew tkompli l-proċedimenti kriminali quddiem qorti kompetenti u tiftaħ kawża għad-danni hemmhekk. (L-Artikolu 158(2) u (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

Nista' nappella kontra tali deċiżjoni jew infittex mezzi oħrajn ta' rimedju/sodisfazzjon?

Il-parti li sofriet id-danni tista’ tappella kontra l-parti tas-sentenza li tikkonċerna l-ispejjeż tal-qorti u kontra l-parti li tikkonċerna t-talba għad-danni. Jekk l-avukat ġenerali qiegħed imexxi l-prosekuzzjoni flok il-parti li ġarrbet id-danni, din tal-aħħar tista’ tappella fuq kwalunkwe bażi li tista’ tiġi appellata sentenza fuqha. (L-Artikolu 464(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra t-trażgressur u x'għajnuna nista' nikseb biex dan jiġi żgurat?

Jekk il-persuna awtorizzata titlob hekk, jistgħu jiġu imposti miżuri kawtelatorji waqt il-proċedimenti kriminali (fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni rilevanti) sabiex tiġi ggarantita t-talba għad-danni li tirriżulta mid-delitt.

Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu ta' hawn fuq tingħata mill-maġistrat inkwirenti. Wara l-att tal-akkuża, tingħata deċiżjoni mill-awla istruttorja jew, waqt is-seduta, mill-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża. Appell kontra l-miżura kawtelatorja ma jiddifferix l-eżekuzzjoni tagħha. (L-Artikolu 160 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

L-aħħar aġġornament: 26/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Italja

Kif nista’ nagħmel pretensjoni għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur tar-reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?

L-awtur tar-reat huwa obbligat li jagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata lill-vittma. L-Artikolu 185 tal-Kodiċi Kriminali jiddikjara li għandha ssir restituzzjoni għar-reati kollha, skont ir-regoli tad-dritt ċivili. Kull meta reat kriminali jkun ikkawża dannu materjali jew mhux materjali, għandu jitħallas kumpens mill-awtur tar-reat u kwalunkwe persuna oħra li, skont d-dritt ċivili, ikunu responsabbli għall-azzjonijiet tal-awtur tar-reat. Fid-dritt ċivili, il-ħsara kkawżata minn reat kriminali hija waħda miċ-ċirkostanzi li fihom jaf ikollu jiġi kkumpensat dannu mhux materjali (l-Artikolu 2059 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-vittma għandha għażla bejn żewġ toroq differenti biex tikseb reparazzjoni tad-dannu li tkun sofriet.

Din tista’ tingħaqad fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili, li jfisser li twassal l-azzjoni ċivili tagħha bħala parti mill-proċedimenti kriminali (costituzione di parte civile): fl-aħħar tal-proċedimenti kriminali, il-qorti kriminali tivvaluta d-dannu u tordna l-ħlas tad-danni, jew sempliċiment tagħmel kostatazzjoni li hemm dritt għal ħlas għad-danni u tirreferi l-partijiet lill-qrati ċivili sabiex tiddermina l-ammont li għandu jitħallas. L-Artikolu 74 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jipprevedi li waqt il-proċedimenti kriminali, tista’ titressaq azzjoni ċivili għad-danni skont l-Artikolu 185 tal-Kodiċi Kriminali minn kwalunkwe persuna li tkun sofriet dannu b'riżultat tar-reat, jew mill-werrieta tagħha, kontra l-imputat jew kwalunkwe persuna responsabbli skont id-dritt ċivili.

Min-naħa l-oħra, il-vittma tista’ wkoll tressaq proċedimenti ċivili diretti, billi tippreżenta pretensjoni għal ħlas għal danni fil-qrati ċivili ordinarji.

Ir-relazzjonijiet bejn l-azzjonijiet ċivili u l-azzjonijiet kriminali huma rregolati mill-Artikolu 75 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Azzjoni ċivili li titressaq f’qorti ċivili tista’ tiġi ttrasferita għall-proċedimenti kriminali fi kwalunkwe ħin sakemm il-qorti ċivili tagħti sentenza dwar is-sustanza, anki jekk din is-sentenza tkun għadha miftuħa għal appell. F’dan il-każ, l-azzjoni ċivili titwaqqaf, u l-qorti kriminali tagħti sentenza wkoll dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti ċivili. Azzjoni ċivili tkompli fil-qrati ċivili jekk ma tiġix trasferita għall-proċedimenti kriminali, jew jekk twasslet fi stadju fejn ma kienx għadu possibbli li tingħaqad ma’ azzjoni ċivili għall-proċedimenti kriminali. Jekk azzjoni ċivili kontra parti li tkun imputata fil-proċedimenti kriminali titressaq fil-qrati ċivili wara li azzjoni ċivili tkun ingħaqdet mal-proċedimenti kriminali, jew wara sentenza kriminali fil-prim'istanza, il-proċedimenti kriminali jiġu sospiżi sakemm ikun hemm sentenza kriminali finali, minbarra fl-eċċezzjonijiet previsti mil-liġi.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta pretensjoni?

Azzjoni ċivili tista’ tingħaqad mal-proċedimenti kriminali sa meta sseħħ is-seduta preliminari, jew anki wara din, sakemm jitlestew l-istadji preliminari li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 484 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali qabel il-bidu tal-proċess proprju. Ladarba jkun intlaħaq dan l-istadju, azzjoni ċivili ma tistax tibqa’ tingħaqad mal-proċedimenti kriminali. Jekk parti ċivili tingħaqad mal-proċedimenti kriminali wara li tkun għaddiet l-iskadenza għat-taħrika tax-xhieda, tal-esperti u tal-konsulenti stipulata fl-Artikolu 468(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-parti ċivili ma tistax teżerċita d-dritt li tippreżenta listi ta’ xhieda, esperti jew konsulenti tekniċi. Ladarba l-parti ċivili tkun ingħaqdet mal-proċedimenti kriminali, dawn ikunu parti fil-proċess fil-prim'istanza u kwalunkwe appell, sakemm ma jiġux esklużi jew jirtiraw volontarjament. Azzjoni ċivili magħquda mal-proċedimenti kriminali tiġi esegwita f’żewġ każijiet: 1) talba biex parti ċivili tiġi eskluża tista’ tiġi ppreżentata mill-prosekutur pubbliku, mill-imputat jew minn parti responsabbli skont id-dritt ċivili (l-Artikolu 80 tal-Qorti tal-Proċedura Kriminali), jew il-qorti tista’, ex officio, tordna li parti ċivili tiġi eskluża fi kwalunkwe ħin sakemm jinfetaħ il-proċess fil-prim'istanza (l-Artikolu 81 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali); 2) l-azzjoni ċivili tista’ tiġi rtirata espressament, fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, permezz ta’ dikjarazzjoni verbali jew bil-miktub li ssir mill-parti ċivili jew mir-rappreżentant speċjali tagħha (procuratore speciale); l-azzjoni ċivili titqies li tkun ġiet irtirata b'mod taċitu jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda sottomissjoni, jew jekk titressaq xi azzjoni fil-qrati ċivili (l-Artikolu 82 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

X’nista’ nitlob fil-pretensjoni u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

Azzjoni ċivili magħquda mal-proċedimenti kriminali tista’ tfittex kumpens għal kwalunkwe dannu, materjali jew mhux materjali, spiża medika, assistenza legali, parir tekniku u spejjeż oħra mġarrba u ddokumentati, diment li dawn jirriżultaw mir-reat imwettaq.

Hemm formola speċifika għal pretensjonijiet bħal dawn?

M’hemm l-ebda formola speċjali fil-proċedimenti kriminali Taljani, iżda r-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati.

Il-parti ċivili għandu jkollha kapaċità li tħarrek (capacità processuale). Id-dikjarazzjoni li l-parti tixtieq li tingħaqad mal-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili għandha tiġi ppreżentata għand ir-reġistru tal-qorti rilevanti jew għandha tiġi ppreżentata fis-seduta; sabiex tkun ammissibbli għandha tinkludi: a) tagħrif dwar il-persuna ġuridika jew l-isem tal-assoċjazzjoni jew korp li qed jitlob biex jingħaqad fil-proċedimenti bħala parti ċivili u tagħrif tar-rappreżentant legali tagħhom; b) tagħrif tal-imputat li qiegħda titressaq l-azzjoni ċivili kontrih, jew informazzjoni personali oħra li sservi biex tidentifikah; c) l-isem sħiħ tal-avukat li jkun qiegħed jirrappreżenta lill-parti ċivili u dettalji tal-awtorizzazzjoni tiegħu biex jaġixxi; d) dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-pretensjoni; e) il-firma tal-avukat. Jekk tiġi ppreżentata b’mod ieħor mhux fis-seduta, id-dikjarazzjoni għandha tiġi nnotifikata mill-parti ċivili lill-partijiet l-oħrajn, u tieħu effett fir-rigward ta’ kull parti mill-jum li fih tiġi ppreżentata n-notifika. Jekk l-awtorizzazzjoni tal-avukat biex jaġixxi ma tiġix mehmuża fl-aħħar jew fil-marġni tad-dikjarazzjoni li l-parti ċivili tixtieq tingħaqad fil-proċedimenti, u minflok tingħata f’waħda mill-formoli l-oħra previsti mill-Artikolu 100(1) u (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, din għandha tiġi ppreżentata mar-reġistru jew tiġi ppreżentata fis-seduta flimkien mad-dikjarazzjoni.

Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

Fil-proċedimenti kriminali, l-azzjoni ċivili hija anċillari għall-proċedimenti biex tiġi ddeterminata l-innoċenza jew il-ħtija tal-imputat. Huwa l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku li għandu l-kompitu li juri li l-imputat huwa ħati. Madankollu, il-parti ċivili tista’ taqdi rwol fil-proċess tal-evidenza, speċjalment fir-rigward ta’ evidenza tat-tip ta’ dannu mġarrab, id-daqs tad-dannu, eċċ. Min-naħa l-oħra, fil-proċedimenti ċivili, hija l-vittma li ġeneralment iġġarrab l-oneru tal-prova fir-rigward tal-evidenza (eż. ċertifikati mediċi) li turi d-daqs tad-dannu mġarrab għalkemm l-oneru tal-prova jista’ jiġi rilaxxat billi jintwera li hemm preżunzjoni legali favur il-vittma.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat hija disponibbli għal persuni li l-introjtu annwali tagħhom ma jaqbiżx ċertu limitu massimu: din tingħata diment li l-proċedimenti jsiru fl-Italja, u hija miftuħa kemm għal ċittadini Taljani kif ukoll għal dawk mhux Taljani. Din il-ħarġa hija regolata mid-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar il-pretensjoni tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Fil-proċedimenti kriminali, jekk l-imputat jiġi lliberat, il-pretensjoni ċivili ma tintlaqax. Meta waqt l-investigazzjonijiet preliminari ssir talba għall-applikazzjoni ta’ piena maqbula (richiesta di applicazione di pena), talba biex tingħaqad fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili ma tkunx tista' tiġi aċċettata fis-seduta ta' wara. Lanqas ma tista’ ssir talba bħal din biex tingħaqad fil-proċedimenti fis-seduta wara talba għall-applikazzjoni ta’ piena maqbula fil-proċedimenti dwar oġġezzjoni għal sentenza imposta mingħajr ma jkun hemm tentattiv biex jinstema’ l-imputat (opposizione a decreto penale) jew dwar oġġezzjoni għal digriet għal sentenza immedjata (opposizione a decreto di giudizio immediato). Il-liġi tipprekludi wkoll espressament li tingħaqad fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili f’ċerti każijiet oħrajn, bħal proċessi ta’ minorenni.

Nista’ nappella kontra deċiżjoni bħal din jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Fl-aħħar tal-proċess, wara s-sentenza fil-prim'istanza jew fuq appell, il-parti ċivili tista’ tieħu l-opinjoni li d-deċiżjoni finali ma tindirizzax kif xieraq id-dannu li ġarrbet, u jekk dan ikun il-każ il-parti ċivili tista’ tikkontesta s-sentenza – għal darb’oħra permezz tal-avukat tagħha – iżda biss fir-rigward tat-taqsimiet jew id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-pretensjoni ċivili għall-ħlas tad-danni. Imbagħad sentenza sussegwenti tista’ tvarja s-sentenza fl-ewwel istanza fir-rigward tal-aspetti ċivili (u b’hekk fir-rigward tad-danni). Sentenza bħal din tista’ treġġa’ l-effetti detrimentali tas-sentenza fir-rigward tar-reparazzjoni tad-dannu, iżda m’għandha l-ebda impatt fuq is-sejbiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà kriminali tal-imputat: imputat li nstab mhux ħati għall-finijiet tad-dritt kriminali jibqa’ mhux ħati anki wara li s-sentenza tkun ġiet varjata favur il-parti ċivili. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-qorti kriminali fir-rigward tar-responsabbiltà kriminali tal-imputat tibqa’ intatta jekk sentenza li teħles lill-imputat tiġi kkontestata mill-parti ċivili biss. Għalhekk, jista’ jkun hemm kunflitt oġġettiv u tanġibbli bejn is-sejbiet ta’ sentenza fil-prim'istanza li teħles lill-imputat għall-finijiet tad-dritt kriminali u l-kostatazzjonijiet ta’ sentenza fl-appell, wara r-rikors imressaq mill-parti ċivili, li tqis l-istess fatti abbażi ta’ deċiżjoni dwar ir-reparazzjoni ta’ dannu. Dan jidher bħala suġġett delikat u tekniku immens.

Jekk il-qorti tordna li nitħallas għad-danni, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Fuq talba tal-parti ċivili, u diment li jkun hemm raġunijiet xierqa, il-qorti tiddikjara l-ordni tagħha li ssir restituzzjoni u kumpens għad-dannu bħala provviżorjament eżekuttiva. Ordni biex isir l-ewwel pagament proviżorju (provvisionale) dejjem tkun immedjatament eżekuttiva. Ladarba s-sentenza tkun eżekuttiva, il-parti tista’ teżegwiha skont ir-regoli ordinarji tal-proċedura ċivili.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Ċipru

Kif nista’ nagħmel pretensjoni għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?

Il-qorti kriminali għandha ġurisdizzjoni inerenti biex tagħti ammont limitat ta’ kumpens lill-vittma ta’ reat fi proċedimenti kriminali, diment li l-akkużat jinstab ħati. Madankollu, dik il-ġurisdizzjoni bilkemm intużat u f’dawn l-aħħar deċennji ma ntużat xejn.

Minkejja dan, f’dawn il-każijiet, il-vittma hija intitolata tfittex kumpens billi tressaq lill-awtur tar-reat fi proċeduri quddiem qorti ċivili.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nqajjem il-pretensjoni tiegħi?

Il-pretensjoni għandha tiġi ppreżentata wara li jitlestew il-proċedimenti kriminali fil-forma ta’ azzjoni ċivili. Għandu jiġi nnotat li din hija indipendenti mill-proċediment kriminali, u separata minnhom.

X’nista’ nitlob fil-pretensjoni u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

Tista’ titlob kumpens għal kwalunkwe telf jew ħsara li ġarrabt billi tidentifika t-tipi ta’ ħsara individwali, bħal korrimenti fiżiċi, uġigħ u tbatija, telf ta’ profitti u mgħax statutorju.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Iva, ir-rikors ġuramentat. Din il-formola għandha titressaq quddiem is-Segretarjat - ir-Reġistru tal-Qorti. Din tista’ tinkludi kemm il-pretensjoni sħiħa tar-rikorrent jew deskrizzjoni qasira tal-pretensjoni, li mbagħad tiġi segwita b’rapport aktar estensiv tal-pretensjoni.

X’evidenza rrid nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

L-evidenza li ssostni l-pretensjoni hija evidenza li tagħti prova tal-ħsara li ġġarrbet.

Hemm xi spejjeż tal-qorti jew spejjeż oħra relatati mal-pretensjoni tiegħi?

Iva, hemm xi spejjeż u ħlasijiet għal servizzi marbuta mal-pretensjoni, skont il-livell ta’ kumpens mitlub.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Tista’ tikseb għajnuna legali fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, dment li tkun eliġibbli għaliha, jiġifieri, meta tkun tissodisfa l-kriterji stabbiliti mil-liġi. Fil-kawżi ċivili, l-għajnuna legali hija assoċjata ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem taħt il-Konvenzjonijiet speċifikati mil-liġi. L-għajnuna legali tinkludi konsultazzjoni, assistenza u rappreżentazzjoni mingħajr ħlas, u tapplika bl-istess mod għall-persuni li jgħixu f’pajjiż ieħor.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar il-pretensjoni tiegħi kontra min wettaq ir-reat?

Mhux applikabbli - ara hawn fuq.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Mhux applikabbli - ara hawn fuq.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur(a) li s-sentenza tiġi eżegwita kontra min wettaq ir-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tas-sentenza għal kumpens, is-sentenza tiġi nnotifikata lill-konvenut (l-awtur tar-reat) li jrid jikkonforma magħha. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, ir-rikorrent (il-vittma) jista’ jiftaħ proċeduri ta’ eżekuzzjoni sabiex jobbliga lill-konvenut jikkonforma.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Latvja

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Int intitolat(a) tirċievi informazzjoni fuq id-dispożizzjonijiet dwar it-talba u r-riċevuta ta’ kumpens, inkluż il-kumpens mill-Istat, mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti), u tippreżenta rikors għal kumpens tad-danni fil-proċedimenti kriminali.

Int tista’ tapplika għall-kumpens tad-danni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali sat-tnedija tal-eżaminazzjoni tal-każ fil-qorti tal-prim’istanza. Tista’ tippreżenta r-rikors tiegħek bil-miktub jew b’mod verbali. Rikors verbali jiġi reġistrat fil-minuti mill-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, il-qorti).

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Int tista’ tapplika għall-kumpens tad-danni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali sat-tnedija tal-eżaminazzjoni tal-każ fil-qorti tal-prim’istanza. Jekk il-persuna li għandha tinżamm responsabbli għar-reat ma tkunx ġiet identifikata, dan ma jillimitax id-dritt tiegħek li tippreżenta talba għall-kumpens.

Il-vittma hi intitolata tirtira t-talba ppreżentata għall-kumpens fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali sakemm il-qorti tirtira għad-deliberazzjoni dwar is-sentenza.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

Int intitolat(a) tirċievi informazzjoni fuq id-dispożizzjonijiet dwar it-talba għall-kumpens mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti).

Tista’ tippreżenta r-rikors tiegħek bil-miktub jew b’mod verbali. Rikors verbali jiġi reġistrat fil-minuti mill-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, il-qorti).

Fir-rikors tiegħek, int trid tipprovdi evidenza b’appoġġ tal-ammont tal-kumpens għal kwalunkwe telf materjali asserit, iżda, għal dannu morali u għal tbatija fiżika, int trid tindika biss l-ammont tal-kumpens mitlub. Fit-talba tiegħek, int tista’ tispeċifika n-numru tal-kont tal-istituzzjoni ta’ pagament li fih għandu jiġi trasferit il-kumpens għad-danni.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Tista’ tippreżenta r-rikors tiegħek bil-miktub jew b’mod verbali. Rikors verbali jiġi reġistrat fil-minuti mill-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni, il-qorti).

X’evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Fir-rikors tiegħek, int trid tipprovdi evidenza b’appoġġ tal-ammont tal-kumpens għal kwalunkwe telf materjali asserit, iżda, għal dannu morali u għal tbatija fiżika, int trid tindika biss l-ammont tal-kumpens mitlub.

Il-qorti tiddetermina l-ammont tal-kumpens billi tivvaluta t-talba tiegħek u tqis l-ammont tat-telf materjali, is-serjetà u n-natura tar-reat, it-tbatija fiżika kkawżata, il-mutilazzjoni u d-diżabilità permanenti, il-livell u n-natura pubblika tad-dannu morali, u d-dannu psikoloġiku.

Id-danni diretti jiġu vvalutati fil-livelli tal-prezzijiet preżunti fil-prosekuzzjoni.

Hemm xi tariffi tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Int mhux se tintalab ħlas għall-preżentazzjoni ta’ talba fil-proċedimenti kriminali.

Jekk temmen li d-dannu ma ġiex ikkumpensat bis-sħiħ, int intitolat(a) titlob kumpens kif stipulat fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums). Fid-determinazzjoni tal-ammont tal-kumpens, il-kumpens riċevut bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali jrid jiġi kkunsidrat.

Malli tapplika għall-kumpens fi proċedura ċivili, il-vittma tkun eżentata mill-ħlas tat-tariffa tal-Istat.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Jekk il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-interessi ta’ minorenni tkun imxekkla jew mhux żgurata b’xi mod ieħor, jew ir-rappreżentant jippreżenta talba motivata, il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tiddeċiedi dwar il-ħatra ta’ avukat biex jirrappreżenta lill-vittma minorenni. F’każijiet eċċezzjonali, fejn il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-interessi tal-persuna fil-proċedimenti kriminali ma tkunx tista’ tiġi żgurata b’xi mod ieħor, il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tiddeċiedi dwar il-ħatra ta’ avukat biex jirrappreżenta lil adult fqir jew żvantaġġat. Il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) taħtar avukat anki f’każijiet li fihom l-ebda wieħed mill-qraba ma jkun jista’ jirrappreżenta lill-vittma. F’dawn il-każijiet, l-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija) tkopri l-ispejjeż tal-avukat biex jipprovdi assistenza legali mill-Istat fil-proċedimenti kriminali.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

Jekk il-qorti taqta’ sentenza ta’ ħelsien, it-talba għad-danni li jirriżultaw mir-reat ma tiġix eżaminata. Jekk il-qorti ma teżaminax it-talba tiegħek, int tista’ tippreżenta talba rigward kumpens kif stipulat mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Ċivili .

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Jekk il-qorti ma teżaminax it-talba tiegħek, int tista’ tippreżenta talba rigward kumpens kif stipulat mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Ċivili .

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Sentenzi dwar l-irkupru tal-kumpens għad-danni lill-vittma jiġu eżegwiti minn marixxalli tal-qorti reġistrati l-qorti li jniedu l-eżekuzzjoni fuq il-bażi ta’ rikors bil-miktub mingħand il-kollettur fuq il-bażi ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni.

Biex teżegwixxi deċiżjoni tal-qorti li f’parti minnha tikkonċerna l-irkupru ta’ kumpens għad-danni lill-vittma, il-qorti toħroġ ordni ta’ eżekuzzjoni lill-vittma fuq talba tagħha.

Il-kolletturi tat-talbiet dovuti għal dannu personali li jirriżulta f’diżabilità jew f’dannu ieħor għas-saħħa jew fil-mewt ta’ persuna jiġu eżentati mit-tariffi ta’ eżekuzzjoni pagabbli lill-marixxalli tal-qorti reġistrati l-qorti.

Il-marixxall tal-qorti reġistrat il-qorti fuq inizjattiva tiegħu jwettaq l-azzjonijiet neċessarji u juża l-mezzi u l-metodi previsti biex jiġu eżegwiti d-deċiżjonijiet tal-qorti b’mod veloċi u effiċjenti. Il-marixxall tal-qorti reġistrat il-qorti jispjega d-drittijiet u l-obbligi għall-eżerċizzju bona fide tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Litwanja

Kif nista’ nitlob għad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon mingħand awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali) u lil min għandi nibgħatha din it-talba?

Inti tista’ titlob kumpens għad-dannu mġarrab minħabba reat billi tressaq talba ċivili fi proċedimenti kriminali. Talba ċivili tista’ titressaq fil-fażi ta’ qabel il-proċess, billi tiġi ppreżentata lill-uffiċjali li jkun qiegħed imexxi l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jew lill-prosekutur, u meta l-kawża tkun qiegħda tinstema, lill-qorti. Jekk it-talba ċivili ma titressaqx jew ma tkunx ġietx eżaminata matul il-proċedimenti kriminali, inti tista’ tressaq talba ċivili f’proċedimenti ċivili.

F’liema stadju tal-proċedimenti kriminali għandi nressaq it-talba tiegħi?

Talba ċivili tista’ titressaq fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti kriminali, sakemm il-provi jibdew jiġu kkunsidrati mill-qorti.

X'nista’ nistaqsi fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-qligħ u l-interessi mitlufa)?

Permezz ta’ talba ċivili inti tista’ titlob kumpens għal dannu materjali u mhux materjali kkawżat mir-reat kommess mis-suspettat jew mill-akkużat. It-talba ċivili tiegħek trid tispeċifika l-ammont eżatt li qed titlob u tiddikjara ċ-ċirkostanzi ta’ sostenn.

Hemm formola speċifika għal dawn it-talbiet?

Ma hemmx formoli speċjali għal talbiet ċivili. Japplikaw biss ir-rekwiżiti ġenerali għad-dokumenti proċedurali ppreżentati lill-qorti.

Liema provi neħtieġ nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Jenħtieġ li tippreżenta provi bil-miktub, materjali jew ta’ xorta oħra biex isostni l-ammont ta’ danni mġarrba.

Hemm xi tariffi tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Talba ċivili mressqa quddiem qorti għal kumpens għal dannu materjali u mhux materjali ikkawżat minħabba reat hija eżentata mit-taxxa tal-boll.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċedimenti? Jista’ jkolli għajnuna legali jekk ma ngħix fil-pajjiż fejn qiegħdin iseħħu l-proċedimenti?

Iva, ċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja, iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u persuni fiżiċi oħra li jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Litwanja u Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom dritt għal għajnuna legali sussidjarja f’każijiet marbuta mal-kumpens għal danni kkawżati minħabba reati. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna legali għandhom jittieħdu mis-Servizz ta’ Għajnuna Legali Iggarantit mill-Istat (Valstybės garantuojamos teisinės pagalbos tarnyba).

Il-qorti kriminali meta tista’ ticħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Talba ċivili tiġi miċħuda jekk ma hemmx provi li l-akkużat ħa sehem f’reat kriminali.

Talba ċivili ma tiġix eżaminata jekk l-akkużat ġie liberat mill-akkużi għaliex ma ġie kommess l-ebda att li għandu l-elementi kostitwenti ta’ reat jew ta’ reat minuri jew jekk il-parte ċivile jew ir-rappreżentant tiegħu ma jattendux għas-seduta ta' smigħ. F’dawn il-każijiet, il-parti fil-kawża ċivili għandha dritt tressaq talba f’proċedimenti ta' natura ċivili.

F’każijiet eċċezzjonali, fejn ma tistax issir kwantifikazzjoni preċiża tal-ammont li għandu jingħata għaliex jenħtieġ materjal addizzjonali, il-qorti tista’ tirrikonoxxi d-drittijiet tal-parti fil-kawża ċivili li t-talba tagħha tiġi sodisfatta meta taqta’ l-kundanna u tgħaddi d-deċiżjoni dwar l-ammont tat-talba lil-qorti ċivili.

Nista nappella kontra din id-deċiżjoni jew insib mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Iva, tista’ tappella kontra din id-deċiżjoni tal-qorti quddiem qorti tal-appell skont il-proċedura prevista fil-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Baudžiamojo proceso kodeksas).

Jekk il-qorti taqta’ l-kwistjoni tad-danni favur tiegħi, kif nassigura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u liema għajnuna nista’ nikseb għal dan il-għan?

Meta s-sentenza li tagħti kumpens għad-danni ssir finali, inti għandek dritt tikseb mandat ta’ eżekuzzjoni, li tista’ tippreżenta lill-bailiff, li mbagħad jeżegwixxi l-irkupru tal-ammont. Jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet applikabbli kollha, matul il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni tista’ tingħata wkoll għajnuna legali sussidjarja garantita mill-Istat.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Lussemburgu

Kif nista’ nagħmel pretensjoni għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?

Hemm diversi modi kif jintalbu danni mingħand l-awtur tar-reat.

Sabiex il-qorti kriminali jkollha raġuni biex tiddeċiedi dwar il-kumpens, il-vittma għandha tfittex lill-awtur tar-reat għad-danni fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili u titlob kumpens ġust mingħandu, meta dan jinstab ħati. Il-vittma m’għandhiex għalfejn tidher waqt is-seduta. Hija tista' tkun rappreżentata minn avukat u tissottometti t-talbiet tagħha bil-miktub qabel is-seduta.

Barra minn hekk, il-Liġi emendata tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar il-kumpens għal ċerti vittmi ta' ħsara fuq il-persuna li tirriżulta minn reat tintitola lil ċerti vittmi ta’ reat jitolbu kumpens mill-baġit tal-Istat. Din hija miżura importanti għall-vittmi f'każijiet fejn: l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat; jew fejn għalkemm identifikat, l-awtur tar-reat ma jistax jinstab; jew l-awtur tar-reat ikun insolventi. F’każijiet bħal dawn, il-vittma għandha tressaq pretensjoni għal kumpens lill-Ministru tal-Ġustizzja, li jiddeċiedi dwarha fi żmien sitt xhur.

Il-kumpens jitħallas mill-Istat biss jekk il-vittma ma tkun tista' tikseb kumpens effettiv u adegwat bl-ebda mod ieħor (eż. mill-awtur tar-reat, mis-sigurtà soċjali jew mill-assigurazzjoni personali).

Meta l-Istat jikkumpensa lill-vittma, din tal-aħħar xorta tista' tfittex għad-danni fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili u titlob somom addizzjonali mill-awtur tar-reat jekk il-vittma temmen li dak il-kumpens ma jkunx biżżejjed. F’dan il-każ, il-vittma għandha tinforma lill-qorti li pretensjoni għal kumpens tressqet lill-Istat jew li kumpens inkiseb mill-Istat.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta pretensjoni?

Il-vittma hija intitolata li titlob id-danni fil-proċedimenti kriminali billi tibgħat lill-imħallef inkwirenti ittra li tinforma lil din tal-aħħar li l-vittma qed tfittex għad-danni bħala parti ċivili sabiex titlob kumpens għad-danni li allegatament ġarrbet. Din il-pretensjoni tista’ ssir fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti. Il-vittma tista’ tippreżenta din il-pretensjoni wkoll waqt li jkun għaddej il-proċess kriminali.

Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li, jekk il-vittma tiddeċiedi li tfittex għad-danni bħala parti ċivili qabel is-seduta, ma tkunx tista' tinstema' bħala xhud.

Jekk il-vittma ma tfittixx għal danni waqt il-proċedimenti kriminali jew ma tressaq l-ebda pretensjoni, il-qorti kriminali ma tistax awtomatikament tagħti kumpens lill-vittma.

Madankollu, il-vittma li ma tfittixx għad-danni bħala parti ċivili fiż-żmien tas-smigħ kriminali ma titlifx id-dritt għal kumpens. Il-vittma xorta tista’ tressaq azzjoni legali kontra l-awtur tar-reat quddiem il-qrati ċivili, sakemm din l-azzjoni tittieħed fil-perjodu ta’ limitazzjoni ċivili applikabbli u jkun ippruvat li l-atti inkwistjoni jikkostitwixxu tort ċivili.

Il-pretensjoni għal kumpens imressqa lill-Ministru tal-Ġustizzja tista’ ssir qabel ma jiġu deċiżi l-proċeduri kriminali. Barra minn hekk, il-pretensjoni għandha tiġi sottomessa fi żmien sentejn mid-data tal-atti. Jekk l-awtur tar-reat jiġi pproċessat u l-vittma titlob danni fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili, il-limitu ta’ żmien biex titressaq din il-pretensjoni jiġi estiż u jiskadi sentejn wara d-deċiżjoni finali tal-qorti li tkun semgħet il-kawża kriminali. Jekk il-vittma ma tfittixx għad-danni quddiem il-qorti kriminali u d-deċiżjoni li tittieħed f'dawn il-proċedimenti ssir finali, il-vittma tista’ tressaq azzjoni legali quddiem il-qrati ċivili biex tikseb deċiżjoni dwar danni. F’dan il-każ, it-terminu huwa estiż u jiskadi sentejn wara li d-deċiżjoni tal-qorti dwar il-kumpens issir finali. Madankollu, jekk il-vittma hija minuri, il-perjodu ta’ limitazzjoni ma jibdiex jgħodd qabel id-data li fiha l-vittma tasal għall-età maġġuri jekk l-atti jkunu punibbli b’pieni kriminali jew ikunu previsti mill-Artikoli 372, 373, 375 u punibbli skonthom(attentat għall-pudur u stupru), 382-1 u 382-2 (traffikar ta' bnedmin), 400, 401bis, 402, 403 jew 405 (omiċidju kolpevoli mhux klassifikat bħala omiċidju volontarju u feriment fiżiku intenzjonali) tal-Kodiċi Kriminali tal-Lussemburgu.

X’nista’ nitlob fil-pretensjoni u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

Fil-proċeduri kriminali, il-vittma għandha tressaq il-pretensjoni bit-talbiet preċiżi tagħha jew bil-miktub jew b’mod verbali matul is-seduta, għalkemm din tista’ tiġi sottomessa bil-miktub qabel is-seduta. Fi kwalunkwe każ, il-vittma għandha tagħti prova tal-ħsara fuq il-persuna mġarrba permezz ta’ evidenza (ċertifikati mediċi, fatturi, eċċ.). Fil-prattika, waqt is-smigħ, il-qorti l-ewwel tisma’ x-xhieda u l-allegat awtur tar-reat qabel ma xi ħadd ifittex għad-danni bħala parti ċivili. F’dak il-punt, il-vittma, jew l-avukat li jaġixxi f'isem il-vittma, jiddikjara li qed ifittex għad-danni bħala parti ċivili u iressaq id-dokument li fih it-talbiet preċiżi lill-qorti, lill-prosekutur u lill-partijiet fil-proċedimenti. Il-vittma m’għandhiex għalfejn tidher waqt is-seduta u tista’ tkun rappreżentata minn avukat.

Il-pretensjoni tista’ ssir fuq karta vojta u jkun fiha lista tad-diversi danni mġarrba (ħsara fuq il-persuna/telf ekonomiku u/jew dannu morali) b’ammonti preċiżi. Jekk dannu ma jistax jiġi kkwantifikat jew l-ammont għadu mhux magħruf, l-ammont imbagħad jiġi indikat bħala "pro memoria".

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, hija l-qorti responsabbli li tiġġudika l-awtur tar-reat li tistabbilixxi l-ammont ta’ danni mogħtija lill-vittma bħala kumpens għad-danni, jekk issib lill-akkużat ħati.

It-telf u l-ispejjeż koperti mill-kumpens huma għall-vittma tar-reat:

dannu fuq il-persuna (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż mediċi li jirriżultaw mill-korriment (kura medika - kura in-patient u out-patient, irkupru);
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali b'riżultat ta' korriment (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija fit-tul, aġġustamenti fid-dar, tagħmir speċjali, eċċ.);
  • dannu permanenti (eż. diżabilità u diżabilitajiet permanenti oħra);
  • telf ta’ qligħ matul u wara t-trattament mediku (inkluż telf ta’ qligħ u telf ta’ kapaċità ta’ qligħ jew tnaqqis ta’ benefiċċji, eċċ.);
  • telf ta’ opportunitajiet professjonali;
  • spejjeż li jirriżultaw minn proċedimenti legali konnessi mal-avveniment li kkawża d-dannu, bħal spejjeż legali u spejjeż oħra;
  • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara;

dannu psikoloġiku (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma;
  • telf ta’ tgawdija tal-ħajja (fejn il-vittma ma tistax tibqa’ tgħix l-istess tip ta’ ħajja li kienet tgawdi qabel ir-reat);
  • sfigurament (ċikatriċi, telf ta’ dirgħajn jew riġlejn jew xi parti oħra);
  • dannu sesswali.

Il-qorti tista’ tordna lil espert biex jikkalkula ċ-ċifra eżatta tad-danni sofferti. Dan spiss jiġri, partikolarment f’każijiet ta’ korrimenti gravi tal-ġisem.

F’dan il-każ, il-qorti tista’ tagħti pagament bil-quddiem.

Wara li tingħata l-opinjoni esperta, tingħata sentenza dwar id-danni, li tistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas.

L-ammont massimu ta’ kumpens li jista’ jingħata mill-Ministru tal-Ġustizzja ma jistax jaqbeż il-limitu ffissat kull sena mir-Regolament tal-Gran Dukat. Dan il-limitu ġie stabbilit għal EUR 63 000 għall-2017. Il-Ministru jista’ jagħti wkoll pagament bil-quddiem.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

M’hemm ebda formola speċifika li jenħtieġ li timtela għal pretensjoni ta’ kumpens fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Il-pretensjonijiet jinkitbu fuq karta vojta.

Talbiet għall-pretensjonijiet iridu jinkitbu bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bil-Lussemburgiż u jridu jindikaw id-data, il-post u n-natura eżatta tal-atti.

Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

Għal pretensjoni mressqa quddiem il-qorti li qed tiddeċiedi l-każ, trid tiġi ppreżentata l-pretensjoni għad-danni u kwalunkwe evidenza li tipprova d-dannu (ara hawn taħt għal eżempji speċifiċi).

Għal pretensjoni ta’ kumpens imressqa lill-Ministru tal-Ġustizzja, kull dokument ġustifikattiv għall-atti u d-dannu li ġarrbet il-vittma għandu jkun mehmuż ma’ din l-ittra, biex issostni l-pretensjoni.

Lista mhux eżawrjenti:

  • kopja tad-denunzja (rapport tal-pulizija) jew evidenza tal-pretensjoni għad-danni fil-proċedimenti kriminali;
  • kopja tas-sentenza li tiddeċiedi l-proċedimenti kriminali u dwar il-pretensjoni ċivili għad-danni bħala parti ċivili (jekk din tressqet);
  • deċiżjoni dwar il-pretensjoni għad-danni (pereżempju, wara li tingħata opinjoni esperta);
  • evidenza tal-korriment: ċertifikati mediċi li jindikaw in-natura tal-korriment imġarrab, it-tul tal-inkapaċità għax-xogħol u, fejn applikabbli, in-natura tal-effetti sekondarji u d-diżabilità permanenti;
  • evidenza tal-ispejjeż mediċi li jirriżultaw mill-korriment (kura medika, kura in-patient u out-patient, eċċ.);
  • evidenza ta’ sħubija f’organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali;
  • evidenza tal-ammont ta’ kwalunkwe kumpens riċevut permezz tas-sigurtà soċjali;
  • kopja tal-polza tal-assigurazzjoni;
  • evidenza tal-ammont ta’ kwalunkwe kumpens riċevut mill-kumpanija tal-assigurazzjoni;
  • evidenza ta’ telf ta' qligħ matul u wara t-trattament mediku.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mal-pretensjoni tiegħi?

Fi proċedimenti kriminali, kull parti trid tħallas it-tariffi legali tagħha stess, irrispettivament mir-riżultat tal-proċess. Madankollu, parti fil-bżonn tista’ tapplika għall-għajnuna legali. F’dan il-każ, l-Istat ikopri l-ispejjeż kollha.

Il-vittma tista’ wkoll titlob kumpens proċedurali. L-ispejjeż tal-esperti normalment ikunu koperti mill-akkużat.

M’hemm l-ebda spiża tal-qorti għal pretensjoni ta’ kumpens mressqa lill-Ministru tal-Ġustizzja.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Vittma tista’ tikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti, kif stabbilit mil-liġi tal-Lussemburgu, billi timla formola nazzjonali li tista’ titniżżel mis-sit web tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu (Barreau de Luxembourg): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.barreau.lu/le-barreau/assistance-judiciaire/formulaire-d-assistance-judiciaire. Din il-formola għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn li juru li l-vittma m’għandhiex biżżejjed fondi biex tassumi l-ispejjeż tad-difiża tagħha. It-talba għandha tintbagħat lill-president tal-kamra tal-avukati fid-distrett ġudizzjarju fejn jirresjedi min jagħmel it-talba. Imbagħad il-president tal-kamra tal-avukati jiddeċiedi jekk l-għajnuna legali għandhiex tingħata jew le.

Kulħadd jista’ jikkonsulta lill-korpi li joffru informazzjoni legali u pariri jew medjazzjoni. Tista’ taċċessa s-Ċentru Legali u s-Servizz ta’ Informazzjoni (Service d’Accueil et d’Information juridique) biex tikseb kwalunkwe informazzjoni legali mingħajr ħlas. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr/aides-informations/accueil-info-juridique.html

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar il-pretensjoni tiegħi kontra l-awtur ta’ reat?

Meta l-vittma tkun ippreżentat pretensjoni għal kumpens u l-awtur tar-reat jiġi liberat fil-proċeduri kriminali minħabba li l-atti ma jikkostitwux reat, il-qorti xorta tiddeċiedi jekk l-għemil ħażin tal-akkużat huwiex l-għerq tal-ħsara mġarrba mill-vittma. Jekk ikun hekk, l-akkużat ikun ordnat iħallas id-danni. Jekk, madankollu, il-vittma naqset milli tagħti prova tar-rabta kawżali bejn l-imġiba tal-akkużat u l-ħsara mġarrba, il-qorti tiċħad il-pretensjoni tal-vittma.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Il-vittma tista’ tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti kriminali.

Barra minn hekk, il-vittma tista’ tissottometti pretensjoni għal kumpens lill-Ministru tal-Ġustizzja u hija intitolata għal kumpens jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie kkundannat, sakemm il-vittma tkun vittma ta’ reat, u jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat jew, għalkemm identifikat, ma jkunx jista' jinstab jew ikun insolventi.

Jekk ma jkunx hemm proċess, abbażi tal-kumpens stabbilit mill-qorti, il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jagħti ammont fiss u/jew jordna opinjoni esperta, bi spejjeż għall-Ministeru, sabiex ikun stabbilit l-ammont ta’ kumpens li għandu jingħata lill-vittma.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur ta’ reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Ir-rwol tal-qorti kriminali huwa li tikkwantifika d-dannu mġarrab mill-vittma, iżda li ma tinvolvix ruħha biex tiżgura li jkun hemm ħlas tad-danni mogħtija u kwalunkwe mgħax.

Ladarba tkun ittieħdet id-deċiżjoni finali, hija l-vittma li għandha tieħu passi biex tassigura l-ħlas ta’ dawn id-danni u kwalunkwe mgħax mill-awtur tar-reat.

Iktar iva milli le, l-avukat tal-vittma jieħu l-inkarigu li jissorvelja l-irkupru tad-danni, inizjalment permezz ta’ mezzi amikevoli, billi jikkuntattja l-avukat tal-awtur tar-reat li jkun ġie kkundannat, iżda sussegwentement bl-eżekuzzjoni tas-sentenza permezz ta’ bailiff.

Meta l-qorti tikkundanna lill-awtur tar-reat u toħroġ sentenza sospiża bil-probation inkluż l-obbligu li jitħallas kumpens, il-Prosekutur Pubbliku Ewlieni inkarigat mill-eżekuzzjoni tas-sentenzi jivverifika jekk l-awtur tar-reat li jkun ġie kkundannat ikunx qed jikkonforma ma’ dak l-obbligu.

L-aħħar aġġornament: 19/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Ungerija

Kif nista’ nagħmel pretensjoni għall-ħlas tal-ħsarat jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?

Meta jkunu għaddejjin il-proċedimenti kriminali, il-vittma tista’ titlob ħlas tal-ħsarat ċivili għal korriment jew telf li jirriżulta minn offiża primarjament waqt il-proċedimenti tal-qorti wara li tkun saret akkuża; pretensjoni bħal din tista’ ssir għall-kumpens, ir-restituzzjoni ta’ oġġett jew il-ħlas ta’ flus. Il-vittma tista’ tressaq din il-pretensjoni quddiem il-qorti tal-prim’istanza mhux aktar tard mill-istadju proċedurali fejn il-vittma tista’ tidher l-ewwel; il-qorti tinnotifika lill-vittma dwar stadji proċedurali bħal dawn. Jekk vittma tonqos milli tagħmel dan, mhijiex se tiġi aċċetta ġustifikazzjoni għala m’għamlitx dan aktar tard.

Pretensjoni ċivili għandha elementi formali speċifikati u meħtieġa bil-liġi. Din trid tindika l-persuna akkużata li l-vittma qed tressaq il-pretensjoni ċivili kontriha, talba espressa għall-qorti biex tagħti sentenza, b’mod partikolari l-ammont jew il-kwantità mitluba, id-dritt li fuqu hija bbażata l-pretensjoni ċivili, il-fatti li jappoġġjaw id-dritt iddikjarat u t-talba għal ġudizzju, kif ukoll il-metodu u l-post ta’ eżekuzzjoni fil-każ li l-qorti tiddeċiedi dwar is-sustanza tal-pretensjoni ċivili.

Barra minn hekk, il-vittma tista’ tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tressaq pretensjoni ċivili anki qabel titressaq akkuża, li jfisser, qabel il-fażi tal-qorti tal-proċedimenti kriminali. Fil-każ li titressaq akkuża, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jittrażmetti d-dikjarazzjoni tal-vittma lill-qorti.

Il-qorti tiddeċiedi dwar is-sustanza tal-pretensjoni ċivili ddikjarata fil-proċedimenti kriminali, jew jekk din mhijiex possibbli għal raġunijiet speċifikati mil-liġi, tirrinvija l-pretensjonijiet ċivili bħala issodisfati b’mod legali ieħor, li bħala konsegwenza ta’ dan, il-pretensjoni ma tistax tiġi eżegwita fil-proċedimenti kriminali.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta pretensjoni?

Pretensjoni ċivili għandha titressaq wara li titressaq akkuża, iżda l-intenzjoni li titressaq pretensjoni tista’ wkoll tiġi ddikjarata qabel jitressqu l-akkużi, waqt l-investigazzjoni.

X’nista’ nitlob fil-pretensjoni u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali tispeċifika l-elementi sostanzjali ta’ pretensjoni ċivili u ma tippreskrivix xi rekwiżiti formali speċjali.

Fir-rigward tas-sustanza tagħha, pretensjoni ċivili tista’ tkun għal kumpens, ir-restituzzjoni ta’ oġġett jew il-ħlas ta’ flus. Il-persuna akkużata li tkun qed titressaq l-akkuża kontriha għandha tiġi indikata fil-pretensjoni ċivili u talba espressa għall-qorti biex tagħti sentenza trid tiġi inkluża fil-preżentazzjoni. Il-preżentazzjoni trid tinkludi l-ammont jew il-kwantità mitluba. Fi preżentazzjoni bħal din, tista’ ssir talba wkoll għal kumpens skont il-liġi ċivili għal ħsara sofruta mill-persuna li sofriet dannu bħala riżultat dirett ta’ reat. Minbarra tnaqqis fil-valur tal-assi, din tista’ tinkludi telf ta’ dħul u mgħax fuq il-pretensjoni għal ħsarat. Barra minn hekk, il-pretensjoni ċivili għandha tindika d-dritt li qed jiġi ddikjarat mill-persuna li sofriet dannu u r-raġunijiet għall-pretensjoni.

Jekk il-pretensjoni ċivili ma tinkludix it-tliet elementi msemmija hawn fuq l-aktar meħtieġa għal aġġudikazzjoni (indikazzjoni tal-persuna akkużata, talba espressa u d-dritt iddikjarat), il-qorti tirrinvija l-pretensjoni bħala li hija ssodisfata b’mod legali ieħor immedjatament meta tidentifika dawn in-nuqqasijiet.

Fl-istess waqt, in-nuqqas ta’ elementi oħra ta’ pretensjoni ċivili (fatti li jappoġġjaw il-pretensjoni u d-dritt iddikjarat, indikazzjoni tal-metodu u l-post tal-pagament) ukoll iwasslu għall-istess konsegwenzi, bid-differenza li l-qorti tagħmel ir-rinviju biss fid-deċiżjoni finali tagħha minflok ma tidentifika n-nuqqasijiet immedjatament.

Hemm formola speċifika għal pretensjonijiet bħal dawn?

Il-leġiżlazzjoni ma tipprevedix formola għal pretensjonijiet bħal dawn.

Liema evidenza jeħtieġ li nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

Il-liġi ma tispeċifikax liema evidenza hija meħtieġa biex tappoġġja pretensjoni. Meta qorti timmaniġġja u teżegwixxi pretensjoni ċivili, il-fajls tal-każ jiġu kkunsidrati ex officio, irrispettivament jekk l-evidenza ġietx ipprovduta mill-persuna li sofriet dannu jew inkisbitx minn sors ieħor. Il-forza probattiva tal-evidenza ma tiġix iddeterminata mil-liġi, kwalunkwe evidenza definita mil-liġi tista’ tintuża b’mod liberu fil-proċedimenti kriminali.

Għalhekk il-liġi ma tippreskrivix liema evidenza trid tiġi ppreżentata biex tappoġġja pretensjoni ċivili lil hinn milli ssir il-preżentazzjoni tal-fatti li jappoġġjaw il-pretensjoni ċivili b’mod obbligatorju.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew tariffi oħra marbuta mal-pretensjoni tiegħi?

Jekk persuna li sofriet dannu tressaq pretensjoni ċivili waqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti kriminali, fuq din il-bażi, jeħtieġ li jitħallsu biss tariffa għall-pretensjoni u l-appell. Madankollu, f’każijiet bħal dawn, il-vittma għandha dritt ta’ prereġistrazzjoni tat-tariffi, li teżentaha minn ħlas minn qabel tat-tariffa.

Bħala regola ġenerali, it-tariffa tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-valur tal-oġġett ta’ pretensjoni ċivili meta jinbdew il-proċedimenti. It-tariffa hija 6 % tal-bażi tal-kalkolu, iżda tal-inqas HUF 15 000 u mhux aktar minn HUF 1 500 000.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Il-vittma hija intitolata li tiġi infurmata dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħha mill-qorti, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-awtorità ta’ investigazzjoni. Jekk, minbarra dan, ikun meħtieġ il-parir ta’ solicitor tal-għajnuna legali speċjalista jew ikun meħtieġ li titfassal preżentazzjoni (petizzjoni, rikors, rapport, mozzjoni għall-prosekuzzjoni, eċċ.) sabiex jinbdew il-proċedimenti għal rimedju tal-ħsara kkawżata minn offiża jew indeboliment tad-drittijiet jew tal-interessi li jirriżulta minn offiża, l-Istat se jipprovdi solicitor tal-għajnuna legali jew servizzi legali fuq talba. L-ispejjeż ta’ servizzi bħal dawn jitħallsu mill-Istat minflok il-vittma, jekk l-introjtu nett fix-xahar disponibbli tal-vittma ma jaqbiżx il-pensjoni tal-irtirar minima u hija ma jkollha l-ebda assi jew l-użu ta’ assi bħal dawn ikun sproporzjonat għall-benefiċċji li jistgħu jinkisbu mis-servizzi legali. Id-drittijiet tal-vittma ma jiddependux fuq in-nazzjonalità jew ir-residenza.

Meta jistgħu l-qrati kriminali jiċħdu jew jirrifjutaw li jiddeċiedu dwar il-pretensjoni tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Il-qorti tirrifjuta li tiddeċiedi dwar l-infurzar ta’ pretensjoni ċivili waqt il-proċedimenti kriminali billi tirrinvija l-pretensjoni bħala li hija sodisfatta b’mod legali ieħor fil-każijiet iddeterminati mil-liġi, kif elenkat hawn taħt. F’każijiet bħal dawn, il-pretensjoni tal-vittma ma tistax tiġi infurzata fil-proċedimenti kriminali, iżda fil-proċedimenti ċivili biss. Il-qorti tirrinvija għas-sodisfazzjon ta’ pretensjoni ċivili b’mod legali ieħor fil-każijiet fejn ir-responsabbiltà tal-persuna akkużata skont il-liġi kriminali jew għal offiża minuri ma tkunx ġiet stabbilita minħabba li l-proċedimenti spiċċaw jew l-akkużat inħeles. L-istess se jiġri jekk l-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni ċivili tkun eskluża mil-liġi jew jekk il-pretensjoni tressqet tard. Jekk offiża speċifika tal-proprjetà saret kontra proprjetà reali u l-vittma talbet ukoll li l-proprjetà titbattal bħala miżura proviżorja, ma tistax issir deċiżjoni dwar pretensjoni ċivili li tressqet b’mod simultanju fil-proċedimenti kriminali. Lanqas ma tista’ pretensjoni ċivili tiġi eżegwita fil-proċedimenti kriminali jekk hemm ostaklu skont il-liġi proċedurali ċivili. Jekk il-vittma tressaq notifika fuq raġunijiet għall-iskwalifika tal-imħallef jew tal-qorti definita skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili iżda li ma tkunx elenkata taħt l-Att dwar il-Proċedura Kriminali, dan jista’ jikkostitwixxi tali ostaklu. L-istess japplika jekk, f’azzjoni oħra bbażata fuq l-istess fatti u raġunijiet, il-konsegwenzi legali tat-tressiq tal-azzjoni kellhom effett jew tkun għaddiet sentenza finali, jew jekk il-vittma jew il-persuna akkużata għandha nuqqas ta’ kapaċità legali fil-proċedimenti ċivili. Pretensjonijiet ċivili li ma jistgħux jiġu eżegwiti fil-qorti lanqas ma jistgħu jiġu infurzati fil-proċedimenti kriminali. Jekk il-persuna li tressaq pretensjoni ċivili ma tkunx vittma skont il-liġi proċedurali kriminali, din ma tistax tiddikjara l-pretensjoni tagħha fil-proċedimenti kriminali. Lanqas ma jista’ qbil li ntlaħaq bejn il-vittma u l-persuna akkużata fil-proċedimenti ċivili jiġi deċiż fil-proċedimenti kriminali. Barra minn hekk, ma tistax tittieħed deċiżjoni dwar is-sustanza ta’ pretensjoni ċivili jekk dan idewwem b’mod konsiderevoli l-proċedimenti kriminali jew jekk xi ċirkostanza oħra teskludiha. Lanqas ma tista’ tittieħed deċiżjoni dwar pretensjoni ċivili li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fil-proċedimenti kriminali, għalhekk pretensjonijiet ċivili bħal dawn jiġu rinvijati għal mezzi legali oħra ta’ sodisfazzjon mill-qorti.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Ir-rinviju tal-pretensjoni ċivili għal mezzi legali oħra ta’ sodisfazzjon mhuwiex soġġett għal appell.

Sodisfazzjon ta’ pretensjoni ċivili fil-proċedimenti kriminali jista’ jiġi ffaċilitat permezz ta’ numru ta’ mezzi oħra ta’ kumpens. Il-karatteristika komuni tagħhom hija li f’każijiet bħal dawn, mhuwiex l-infurzar tal-pretensjoni tal-vittma skont il-liġi ċivili li għandu jseħħ, iżda l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jordna, f’ċerti każijiet, is-sodisfazzjon tal-pretensjoni ċivili mill-persuna akkużata bil-kunsens ta’ din il-persuna u tali prestazzjoni tista’ twassal għal piena eħfef jew għat-tmiem tal-proċedimenti kriminali. Il-miżuri kollha bħal dawn jaqgħu taħt is-setgħat diskrezzjonarji tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku; madankollu, il-vittma għandha d-dritt li tressaq każ biex jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn. Dawn jinkludu s-sospensjoni tal-proċedimenti sabiex issir medjazzjoni, sospensjoni kondizzjonali mill-prosekutur jew ftehim jew qbil bejn il-persuna akkużata u l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Dan ma jirriżultax f’li l-vittma tkun tista’ tinforza l-pretensjoni tagħha minn kompulsjoni diretta tal-Istat, iżda l-persuna akkużata tista’ tkun aktar motivata b’mod konsiderevoli li tissodisfa l-pretensjoni tal-vittma volontarjament.

Jekk ningħata kumpens għall-ħsarat mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Sabiex tiżgura pretensjoni ċivili, il-vittma tista’ tressaq mozzjoni biex tordna s-sekwestru prekawzjonarju tal-proprjetà jew l-assi tal-persuna akkużata dovuti lill-vittma anki qabel tittieħed deċiżjoni dwar il-pretensjoni ċivili fil-proċedimenti kriminali. Dan huwa possibbli anki qabel titressaq akkuża, jekk il-vittma ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tiddikjara pretensjoni ċivili u d-dikjarazzjoni fiha l-elementi formali ta’ pretensjoni ċivili. F’każijiet bħal dawn, jista’ jiġi ordnat sekwestru prekawzjonarju mill-qorti u f’każijiet fejn ma jkunx aċċettabbli dewmien, b’mod proviżorju, mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew l-awtorità ta’ investigazzjoni.

Fuq talba tal-vittma li applikat għall-eżekuzzjoni, il-qorti toħroġ ordni ta’ eżekuzzjoni wara li l-pretensjoni ċivili tkun ġiet ikkonfermata f'deċiżjoni finali. Jekk l-ordni ta’ eżekuzzjoni tkun għadha ma tistax tinħareġ biex tissodisfa l-pretensjoni, iżda l-vittma li tapplika għall-eżekuzzjoni turi riskju li l-pretensjoni ma tiġix infurzata aktar tard, il-qorti tista’ torbot il-fondi mitluba jew tissekwestra l-oġġetti speċifiċi fuq it-talba tal-vittma fil-formola ta’ miżura prekawzjonarja.

L-aħħar aġġornament: 21/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Malta

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Talba għad-danni tista ssir quddiem il-Qorti Ċivili

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali, għandi nippreżenta talba?

Għandek tipprezenta t-talba mal-prezentazzjoni

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (indika ammont totali u/jew speċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

Tista' tiġi pprezentata talba għad-danni materjali b'dokumenti ta' sostenn

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

M'hemmx formola speċifika

Liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Dħul, fatturi, estimi u dokumenti oħra ta' sostenn rilevanti

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

iva, imma dawn huma minimi

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha jekk jien ma nkunx ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Iva, tista' tikseb għajnuna legali

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew li tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra min wettaq ir-reat?

Fil-kaz ta' liberazzjoni

Nista’ nappella kontra tali deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Possibilment permezz tal-intervent ta' Uffiċjal Prosekutur

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra min wettaq ir-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Permezz tal-ħruġ tal-mandati ezekuttivi preskritti u statutorji (per ezempju il-Mandat ta' Sekwestru, il-Mandat ta' Qbid eċċ.) Avukat tal-għajnuna legali għandu jgħin biex jiġi zgurat dan.

L-aħħar aġġornament: 19/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Olanda

Kif nista’ nagħmel talba għal ħsarat jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur tar-reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?

Tista’ ssir talba għal kumpens fi proċedimenti kriminali. Jekk tixtieq titlob kumpens mis-suspettat f’każ kriminali, tista’ timla l-formolarju għat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTalba għall-kumpens (Verzoek tot schadevergoeding). Informazzjoni u pariri dwar kif timla l-formolarju jinsabu fis-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland). Is-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands jista’ jgħinek tispeċifika t-telf jew id-dannu.

Huwa wkoll possibbli li jintalab kumpens mingħand it-trażgressur fi proċedimenti ċivili. Tali proċedimenti normalment jinbdew biss meta jkun impossibbli li jinkiseb kumpens b’modi oħra.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Jekk il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li jibda proċedimenti kriminali kontra l-persuna suspettata, ikun hemm proċess kriminali. Int se tintbagħat l-formularju tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaApplikazzjoni għall-Kumpens bil-posta. Is-Servizz għall-Prosekuzzjoni Pubblika jistaqsik biex tirritorna l-formularju kkompetat fi żmien 14-il jum. Jekk ma tistax tirritorna l-formularju fi żmien 14-il jum, jenħtieġ li tikkuntattja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Uffiċċju ta' Appoġġ għall-Vittmi (Slachtofferloket) biex titlob estenżjoni.

Informazzjoni u pariri dwar dan is-suġġett jistgħu jinkisbu fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħax)?

Int għandek tispeċifika t-telf li int soffrejt fuq il-formularju tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaApplikazzjoni għall-kumpens. It-telf materjali, jiġifieri t-telf li jista’ jiġi espress f’termini finanzjarji, għandu jiddaħħal fil-mistoqsija 4a tal-formola. Jekk tbati wkoll minn ilmenti psikoloġiċi u/jew fiżiċi, tista’ titlob kumpens għal danni mhux materjali kkawżati mill-uġigħ u t-tbatija wara l-inċident. Tali dannu mhux materjali għandha tiġi rrappurtata fil-mistoqsija 4b. Fil-mistoqsija 4c tal-formolarju għandek tirrapporta dannu emozzjonali. Dan jirreferi għall-uġigħ, għan-niket u għat-telf ta’ kumdità mġarrba minn persuna meta individwu viċin tagħha jkun miet jew korra. F’xi każijiet, l-eqreb qarib ta’ vittma li mietet jew qarib ta’ vittma li jsofri dannu serju u permanenti jista’ jikseb kumpens għal dannu emozzjonali.

Aktar informazzjoni dwar kif timla l-formolarju tista’ tinsab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web ta’ Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland). Is-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands jista’ jgħinek tispeċifika t-telf jew id-dannu.

Jekk ma tkunx il-vittma inti stess, iżda tkun ġarrabt l-ispejjeż għall-vittma (pereżempju spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż mediċi jew fattura għal tiswijiet), tista’ wkoll tuża l-formolarju biex tiddikjara dawn l-ispejjeż. F’dak il-każ, jenħtieġ li dan “id-dannu spostat” ma jkunx iddikjarat fuq il-formularju ta’ applikazzjoni tal-vittma; minflok int għandek titlob formolarju mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju lokali ta' Appoġġ għall-Vittmi.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Jekk tixtieq titlob kumpens mis-suspettat f’każ kriminali, tista’ timla l-formolarju għat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTalba għall-kumpens. Aktar informazzjoni dwar kif timla l-formolarju tista’ tinsab fis-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVictim Support Netherlands (Slachtofferhulp Nederland).

Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Informazzjoni u pariri dwar dan is-suġġett jistgħu jinkisbu fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra relatati mat-talba tiegħi?

L-informazzjoni dwar it-tariffi tal-qorti u spejjeż oħra tista’ tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tas-Servizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

L-informazzjoni dwar l-għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċedimenti tista’ tinsab fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li taġġudika t-talba tiegħi kontra t-trażgressur?

Informazzjoni u pariri dwar dan is-suġġett jistgħu jinkisbu fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Iva, int tista’ tappella mit-tali deċiżjoni.

Jekk ningħata kumpens għall-ħsarat mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

L-infurzar tas-sentenza jibda minn meta l-kundanna kontra t-trażgressur tkun waħda finali. Jekk it-trażgressur ikun mitlub li jħallas kumpens, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika jordna lill-Aġenzija Ċentrali Ġudizzjarja għall-Ġbir ta’ Ħlas) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAĊĠĠĦ) biex tiġbor il-kumpens f’ismek. Jekk it-trażgressur ikun għadu ma ħallasx l-ammont dovut tmien xhur wara d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku jew tal-qorti, il-gvern jista’ jħallaslek parti mill-kumpens fil-forma ta’ avvanz. L-AĊĠĠĦ għandu jiktiblek dwar dan. Jekk għandek xi domandi dwar ir-riċeviment ta’ avvanz, ikkuntattja lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Appoġġ għall‑Vittmi fin-Netherlands.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Awstrija

Ma hemm l-ebda formola speċifika għad-dikjarazzjoni biex tissieħeb fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili. Ma hemm l-ebda rekwiżit dwar liema forma għandha tieħu d-dikjarazzjoni. Il-formoli eżistenti ta’ dikjarazzjoni tax-xhieda fihom mistoqsija li tistaqsi jekk il-persuna tixtieqx tingħaqad fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili. Huwa biżżejjed li l-persuna tiddikjara iva u tipprovdi spjegazzjoni qasira biex tingħaqad fil-kawża.

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Il-vittma ta’ reat għandha d-dritt li tfittex danni għas-sofferenza kkawżata jew kumpens għal indeboliment tad-drittijiet legali tagħha protetti skont il-liġi kriminali. Sabiex tagħmel talba, il-vittma tista’ tiddikjara li tixtieq tingħaqad fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili. Din id-dikjarazzjoni (għas-sħubija fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili) tinkludi lill-vittma bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali. Jekk, fi stadju aktar tard, il-prosekutur pubbliku jwaqqa’ l-akkużi, il-parti ċivili tista’ tkompli l-proċedimenti permezz ta’ dik li hija magħrufa bħala “prosekuzzjoni assoċjata” (Subsidiaranklage).

Skont l-istatus tal-proċedimenti, id-dikjarazzjoni ta’ sħubija fil-proċedimenti bħala parti ċivili tista’ tiġi ppreżentata lill-pulizija kriminali (Kriminalpolizei), lill-prosekutur pubbliku jew lill-qorti, verbalment jew bil-miktub. Ma hemm l-ebda rekwiżit dwar liema forma għandha tieħu d-dikjarazzjoni (l-Artikolu 67(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Strafprozessordnung, StPO).

Alternattivament, il-vittmi jistgħu jagħmlu talbiet bħala parti minn kawża ċivili.

F’liema parti tal-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Id-dikjarazzjoni ta’ sħubija fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili tista’ tiġi ppreżentata sakemm il-kumpilazzjoni tax-xhieda tkun tlestiet bħala parti mis-smigħ prinċipali. Peress li ċerti drittijiet ta’ parteċipazzjoni li jmorru lil hinn mid-drittijiet tal-vittma huma marbuta ma’ dan fi proċedimenti kriminali (eż. id-dritt li wieħed jitlob għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, it-taħrika għas-seduta prinċipali), jista’ jagħmel sens li d-dikjarazzjoni biex wieħed jingħaqad fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili ssir fi stadju bikri fil-proċedimenti.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

It-talbiet iridu jkunu ġġustifikati fid-dikjarazzjoni ta’ sħubija fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili. Stima konkreta għat-talba trid tiġi pprovduta sa tmiem il-proċedura ta’ teħid ta’ provi fis-seduta ta’ smigħ prinċipali. Madankollu, parti biss mid-danni jistgħu jintalbu.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Ma hemm l-ebda formola speċifika għad-dikjarazzjoni biex tissieħeb fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili. Ma hemm l-ebda rekwiżit dwar liema forma għandha tieħu d-dikjarazzjoni. Il-formoli eżistenti ta’ dikjarazzjoni tax-xhieda fihom mistoqsija li tistaqsi jekk il-persuna tixtieqx tingħaqad fil-proċedimenti kriminali bħala parti ċivili. Huwa biżżejjed li l-persuna tiddikjara iva u tipprovdi spjegazzjoni qasira biex tingħaqad fil-kawża.

Liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

L-evidenza għandha preferibbilment tiġi ppreżentata jew imressqa meta r-reat jiġi rrappurtat jew matul l-interrogazzjoni mill-pulizija kriminali. Din għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mid-data tas-seduta ta’ smigħ. L-evidenza tinkludi:

  • ritratti,
  • dijanjożi mediċi,
  • kontijiet jew fatturi,
  • kwotazzjonijiet, eċċ.

Hemm tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Il-partijiet ċivili normalment ma jġarrbux spejjeż bħala parti mill-proċedimenti kriminali (minbarra l-ispejjeż tar-rappreżentanti magħżula tagħhom). L-ispejjeż jiġġarrbu biss jekk il-parti ċivili konxjament tagħti dikjarazzjoni falza li tagħti bidu għal proċedimenti kriminali jew jekk l-akkużat jiġi lliberat fil-każ ta’ “prosekuzzjoni assoċjata”.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna ta’ avukat) qabel u/jew matul il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Il-partijiet ċivili ma għandhomx għalfejn jużaw is-servizzi ta’ avukat bħala parti mill-proċedimenti kriminali. Xi vittmi, speċjalment dawk li setgħu ġew esposti għal vjolenza jew theddid perikoluż jew kellhom l-integrità sesswali jew il-kapaċità tagħhom li jieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tas-sesswalità tagħhom imdgħajfa b’riżultat tad-delitt, jistgħu jitolbu appoġġ matul il-proċedimenti legali (parir legali u rappreżentanza minn avukat) jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet proċedurali tagħhom, filwaqt li l-involviment personali tagħhom jitqies kemm jista’ jkun (l-Artikolu 66(2) StPO). Dan l-appoġġ huwa bla ħlas għall-vittmi.

Fejn ikun hemm ħtieġa finanzjarja ġenwina, vittmi oħra jistgħu wkoll jitolbu assistenza minn avukat skont is-sistema ta’ appoġġ proċedurali jekk dan ikun meħtieġ għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, b’mod partikolari għall-infurzar tad-dritt li jiġu evitati proċedimenti ċivili sussegwenti (l-Artikolu 67(7) StPO).

Fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali fl-Awstrija, dan japplika wkoll għal individwi li jgħixu barra mill-pajjiż u individwi li ma għandhomx ċittadinanza Awstrijaka.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

Id-dikjarazzjoni ta’ sħubija fil-proċedimenti bħala parti ċivili tiġi rrifjutata jekk tkun evidentement mhux ġustifikata, preżentata tard jew jekk stima tal-ammont ta’ kumpens jew danni ma tingħatax fil-ħin (l-Artikolu 67(4) StPO). Sakemm jitressqu l-akkużi quddiem il-qorti, huwa l-prosekutur pubbliku li jiddeċiedi jekk jirrifjutax id-dikjarazzjoni. Ladarba jitressqu l-akkużi, hija l-qorti li tiddeċiedi (l-Artikolu 67(5) StPO).

Jekk is-seduta ta’ smigħ prinċipali twassal għal sentenza, il-qorti trid ukoll tieħu deċiżjoni dwar talbiet ċivili li jkunu ġew ippreżentati. Jekk il-konvenut jiġi lliberat, il-parti ċivili trid tippreżenta t-talbiet tagħha quddiem qorti ċivili, peress li f’każijiet bħal dawn il-parti ċivili ma tistax tingħata kumpens jew danni bħala parti minn proċedimenti kriminali. Jekk il-konvenut jinstab ħati, (i) it-talba tista’ tintlaqa’ (parzjalment jew fl-intier tagħha) jew (ii) ir-rikorrent jista’ jiġi mgħarraf biex jippreżenta t-talbiet tiegħu f’qorti ċivili. Azzjoni ċivili minkejja verdett ħati hija meħtieġa jekk it-talbiet ċivili jitqiesu mhux ġustifikati wara li l-bażi għad-deċiżjoni tkun ġiet investigata bis-sħiħ jew jekk l-eżitu tal-proċedimenti kriminali ma jippermettix lanqas valutazzjoni parzjali tat-talba ċivili, sakemm proċess ta’ teħid ta’ provi li ma jdewwimx b’mod sinifikanti d-deċiżjoni fir-rigward tal-ħtija u s-sentenza tal-konvenut ma jippermettix li l-bażi għad-deċiżjoni tiġi investigata aktar.

It-talbiet ċivili ma jistgħux jiġu miċħuda bħala parti mill-proċedimenti kriminali, jiġifieri l-parti ċivili xorta tista’ tressaq it-talbiet tagħha quddiem qorti ċivili.

Nista’ nappella minn din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Jekk id-dikjarazzjoni tiġi miċħuda mill-prosekutur pubbliku, jista’ jiġi ppreżentat appell fuq il-bażi ta’ ksur tad-drittijiet (l-Artikolu 106 StPO). Jekk id-dikjarazzjoni tiġi miċħuda mill-qorti, jista’ jitressaq ilment (l-Artikolu 87(1) StPO).

Il-parti ċivili tista’ (iżda f’ċerti każijiet biss) tressaq appell għal annullament jew appell kontra r-rinviju lill-qorti ċivili minħabba l-liberazzjoni tal-konvenut. Jekk il-parti tiġi riferuta lill-qorti ċivili minkejja li l-konvenut ikun instab ħati, jista’ jiġi ppreżentat appell abbażi tat-talbiet ċivili.

Barra mill-proċedimenti kriminali, it-talbiet ċivili dejjem jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ċivili.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Skont l-ewwel sentenza tat-Taqsima 1 tal-Ordni ta’ Infurzar (Exekutionsordnung, EO), il-konklużjonijiet legalment vinkolanti tal-qrati kriminali fir-rigward ta’ talbiet ċivili jikkostitwixxu mandati ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-EO. Kull proċedura ta’ infurzar teħtieġ mandat ta’ infurzar validu. L-eżekuzzjoni għandha tintalab permezz tal-qorti distrettwali kompetenti (Bezirksgericht). Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għal infurzar, dan jingħata. L-azzjoni ta’ infurzar (eż. il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli, it-trasferiment ta’ pretensjonijiet lill-kreditur tal-infurzar jew il-bejgħ furzat ta’ proprjetà) tittieħed fuq talba tar-rikorrent.

Il-formoli għall-proċedura ta’ infurzar jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-ħolqa li ġejja fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak.

Ladarba l-azzjoni ta’ infurzar tkun ġiet approvata, il-proċedura ta’ infurzar ġeneralment titmexxa minn imħallef jew uffiċjal ġudizzjarju. L-azzjoni ta’ infurzar titwettaq minn bailiffs, li fl-Awstrija huma uffiċjali tal-qorti. Il-kreditur jintalab jippreżenta rikorsi ulterjuri biss jekk il-qorti jew il-marixxall tal-qorti ma jkunx jista’ jkompli l-proċedura mingħajr dawn jew jekk l-azzjoni tinvolvi spejjeż.

L-azzjoni ta’ infurzar titwettaq sakemm tkun ġiet konkluża jew terminata b’suċċess, jiġifieri minħabba li d-debitur ikun ħallas id-dejn tiegħu lill-kreditur matul il-proċedura.

L-aħħar aġġornament: 22/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Polonja

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali) u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Talba tista’ titressaq biss quddiem qorti ċivili. Inti ma tistax tressaq azzjoni matul il-proċedimenti kriminali, iżda hemm modi oħrajn ta’ kif tista’ tfittex rimedju quddiem qorti kriminali.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Il-proċeduri ta’ qorti ċivili kontra l-awtur ta’ reat jistgħu jinbdew b’mod indipendenti mill-proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin. Madankollu, jekk jogħġbok innota li l-proċeduri ta’ qorti ċivili jistgħu jiġu sospiżi sal-konklużjoni finali tal-proċedimenti kriminali. Jekk tressaq it-talba wara l-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li fihom jiġi kkundannat l-awtur ta’ reat, il-qorti ċivili ma terġax tieħu evidenza u taċċetta bħala pprovat dak li stabbilixxiet il-qorti kriminali.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

Inti tista’ tfittex ħlas tad-danni kemm għat-telf attwali kif ukoll għall-profitti mitlufa quddiem qorti ċivili. Inti għandek tindika l-ammonti li tfittex li tikseb mingħand l-awtur ta’ reat u tispjega x’jikkonċernaw u kif ikkalkolajthom.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Ma hemm ebda formola speċifika għal talbiet bħal dawn.

Liema evidenza rrid nippreżenta sabiex insostni t-talba tiegħi?

Jekk tippreżenta kundanna, ma għandek bżonn tipprova xejn. Il-qorti ċivili tkun marbuta bis-sejbiet tal-qorti kriminali. Madankollu, inti tista’ tfittex kumpens ogħla għad-danni, iżda se jkollok bżonn tapprova li t-talba tiegħek hija ġustifikata. L-evidenza sabiex tikkonferma l-validità tat-talbiet tiegħek tista’ tinkludi d-dikjarazzjonijiet tax-xhieda u dokumenti bħal kambjali jew opinjonijiet.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħrajn marbuta mat-talba tiegħi?

Bħala regola, jintalbu d-drittijiet tal-qorti rilevanti għat-tressiq ta’ kawża ċivili. Madankollu, tista’ tapplika għal eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti jekk turi prova li ma tistax tħallashom.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċedimenti? Nista’ nirċeviha jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Jekk ma tkunx tista’ taffordja avukat, tista’ titlob rappreżentant maħtur mill-qorti. Għal dan l-għan, għandek tissottometti applikazzjoni lill-qorti, flimkien ma’ informazzjoni (fuq formola speċjali) dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek.

Tista’ tapplika għal ħlas tad-danni anki jekk ma tkunx tirrisjedi b’mod permanenti fil-Polonja.

Il-qorti kriminali meta tista’ tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Talba tista’ titressaq biss quddiem qorti ċivili. Il-qorti tiċħadha jekk inti ma turi ebda prova li l-awtur tar-reat ikkawża d-dannu jew jekk ma turi ebda prova tal-ammont ta’ dak id-dannu. Madankollu, jekk tehmeż kundanna penali li abbażi tagħha l-awtur tar-reat ikun instab ħati, il-qorti ċivili ma tkunx tista’ tiċħad it-talba.

Nista’ nappella kontra deċiżjoni bħal din jew infittex mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Tista’ tappella kontra s-sentenza ta’ qorti ċivili tal-prim’istanza (sąd cywilny I instancji) quddiem qorti tat-tieni istanza (sąd II instancji). Jekk ma tkunx irrappreżentat minn avukat, il-qorti tinformak dwar kif tressaq appell.

Matul il-proċedimenti kriminali, inti tista’ tfittex rimedju bil-modi li ġejjin:

  1. inti tista’ titlob li tiġi imposta miżura ta’ kumpens (l-obbligu li jiġi rrimedjat id-dannu jew li jiġi pprovdut kumpens għall-ħsara mġarrba) fuq l-awtur tar-reat; jekk ikun hemm diffikultajiet sinifikanti fl-ordni lill-awtur tar-reat sabiex jagħmel dan, il-qorti tista’ minflok tordna li jsiru ħlasijiet għad-danni ta’ kumpens (nawiązka); inti tista’ tagħmel it-talba bil-fomm f’seduta ta’ smigħ jew inkella bil-miktub; it-talba tiegħek tiġi aċċettata jekk l-awtur tar-reat jiġi kkundannat, jiġifieri jinstab ħati tar-reat li jirriżulta fid-dannu jew il-ħsara li tkun ġarrabt inti;
  2. jekk l-awtur tar-reat jiġi kkundannat u jingħata sentenza sospiża ta’ priġunerija, il-qorti tista’ tordnalu li jirrimedja d-dannu li tkun ġarrabt inti bħala riżultat tar-reat b’mod sħiħ jew parzjalment, sakemm ma tiġix imposta miżura ta’ kumpens;
  3. jekk il-proċedimenti jitwaqqfu b’mod kundizzjonali, il-qorti trid tordna lill-awtur tar-reat sabiex jirrimedja d-dannu b’mod sħiħ jew parzjalment.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb sabiex niżgura dan?

Jekk l-awtur tar-reat jiġi ordnat jirrimedja d-dannu, il-qorti tipprovdilek kopja tad-deċiżjoni. Jekk l-awtur tar-reat ma jirrimedjax id-dannu u jkun ingħata sentenza sospiża ta’ priġunerija, inti tista’ titlob li s-sentenza tiġi eżegwita.

Jekk il-proċedimenti kriminali jkunu twaqqfu b’mod kundizzjonali u l-awtur tar-reat ma jirrimedjax id-dannu, dan jista’ jiffaċċja t-tkomplija tal-proċedimenti u l-kundanna. Il-qorti tiddeċiedi dwar dan fis-sessjoni li fiha tista’ tipparteċipa inti.

Is-sentenza tal-qorti ċivili li tagħtik kumpens għad-danni tiġi eżegwita minn awtorità tal-infurzar, jiġifieri bailiff (komornik).

L-aħħar aġġornament: 12/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Portugall

Kif nista’ nagħmel talba għall-kumpens tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon mingħand awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Fil-Portugall, bħala regola, il-kumpens tad-danni għandu jintalab bil-proċedimenti kriminali. Ir-reati li jiffurmaw l-oġġett tal-proċedimenti kriminali jistgħu jkunu wkoll raġunijiet għal responsabbiltà ċivili, sa fejn dawn jagħmlu ħsara lill-interessi li jistgħu jkunu soġġetti għal rimedju għall-ħsara lill-proprjetà, skont id-dritt ċivili.

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (KPK) jistabbilixxi l-prinċipju ta’ aderenza, li bih talba ċivili għall-kumpens tad-danni fuq il-bażi tat-twettiq ta’ reat għandha titressaq fil-proċeduri kriminali rispettivi, u tista’ tiġi deċiża separatament biss quddiem qorti ċivili fil-każijiet previsti fil-liġi u stabbiliti fil-KPK.

F’ċirkustanzi fejn il-vittma tkun residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u tkun il-vittma ta’ reat fi Stat li ma jkunx dak tar-residenza tagħha, hija tista’ tissottometti t-talba għall-kumpens tad-danni lill-awtorità responsabbli biex teżamina u tiddeċiedi dawn it-talbiet fl-Istat tar-residenza tagħha. Din tal-aħħar għandha tibgħat it-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn seħħ ir-reat.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Il-vittma trid tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tippreżenta talba għall-kumpens tad-danni malli tippreżenta l-ilment tagħha, jew qabel ma tiġi konkluża l-investigazzjoni. Imbagħad hija tiġi nnotifikata bl-att tal-akkuża u jkollha 20 jum biex tissottometti t-talba tagħha għall-kumpens tad-danni.

Anki jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għall-kumpens tad-danni, l-imħallef jista’, ex officio, u wara li jqis iċ-ċirkustanzi tal-vittma, jordna lill-akkużat iħallas lill-vittma ċertu kumpens għad-dannu sofrut, sakemm il-vittma ma toġġezzjonax hija stess.

Fil-każ tal-vittmi ta’ reati vjolenti, it-talba għall-kumpens tad-danni tista’ tiġi ppreżentata sa sena wara d-deċiżjoni finali.

Jekk il-vittma kienet minorenni fiż-żmien li twettaq ir-reat, hija tista’ tippreżenta t-talba sa sena wara li tilħaq l-età maġġuri jew li ssir emanċipata.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

It-talba għall-kumpens tad-danni tista’ ssir fuq il-bażi tal-okkorrenza ta’:

  • Dannu fil-proprjetà: inkluż it-telf ikkawżat mir-reat (pereżempju, l-ispejjeż tal-kura fl-isptar, il-konsultazzjonijiet, il-mediċini, eċċ.), u l-benefiċċji li l-vittma ma tkunx għadha tirċievi (pereżempju, il-paga li waqfet tirċievi meta ma setgħetx taħdem).
  • Dannu psikoloġiku: għalkemm dan ma jistax jiġi attribwit valur finanzjarju għalih, jista’ jiġi kkumpensat finanzjarjament (pereżempju, id-dannu li jinterferixxi mal-benesseri, id-dinjità jew ir-reputazzjoni tajba, li jinvolvi wġigħ fiżiku, disturbi psikoloġiċi u tbatija emozzjonali).

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Le. It-talba trid sempliċement tinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-fatti li l-pretensjoni tkun ibbażata fuqhom u tindika t-telf imġarrab u l-valur tiegħu.

Madankollu, jekk it-talba tinvolvi ammont akbar minn EUR 5 000, tkun trid titħallas tariffa tal-qorti u t-talba tkun trid tiġi ppreżentata minn avukat.

Danni mħallsa mill-Istat

  1. Fil-każ ta’ reati vjolenti, l-Istat jista’ jħallas antiċipu. Trid timtela Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola speċifika li tiddikjara l-ammont ta’ kumpens għad-danni mitluba u jridu jinhemżu dokumenti speċifiċi, bħad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tal-vittma u dik tar-rikorrent (jekk ma jkunx il-vittma) għas-sena ta’ qabel it-twettiq tar-reat, kif ukoll dokumenti li jissostanzjaw l-ispejjeż indikati fil-formola.
  2. Għall-każijiet ta’ vjolenza domestika, jista’ jkun hemm ħlas bil-quddiem mill-Istat u trid timtela Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola speċifika. Iridu jinhemżu l-istess dokumenti msemmija f’a).

X’evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Il-vittma trid tippreżenta d-dokumenti kollha li jipprovdu evidenza tat-telf imġarrab (ara l-paragrafu 1.1). Hija trid tipproduċi wkoll xhieda li jistgħu jikkorroboraw u jikkonfermaw li l-vittma ġarrbet it-telf li qed tgħid.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Jekk it-talba tkun anqas minn EUR 5 000, ma jkun hemm ebda tariffa pagabbli, u t-talba tista’ tiġi ppreżentata mill-vittma nnifisha.

Jekk it-talba tkun ta’ aktar minn EUR 5 000, it-talba trid tiġi ppreżentata minn avukat li jirrappreżenta lill-vittma u tkun soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-qorti, sakemm il-vittma ma tkunx qiegħda tirċievi għajnuna legali.

Għall-vittmi ta’ reati vjolenti u ta’ reati ta’ vjolenza domestika, it-talba għal ħlas bil-quddiem tintbagħat lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati (KPVR) u hija eżentata mill-ħlas ta’ kwalunkwe spiża jew imposta mill-vittma.

Jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, it-talba tista’ tiġi ppreżentata lill-KPVR, bil-kundizzjoni li r-rikorrent ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-Portugall.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew matul il-proċedimenti? Nista’ nirċeviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Iva, tista’ tapplika għall-għajnuna legali f’ċerti ċirkustanzi.

Il-vittma hija intitolata għal parir u gwida legali dwar ir-rwol tagħha matul il-proċedimenti.

Jekk tixtieq tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili, inti trid tapplika għall-għajnuna legali fi stadju bikri tal-proċedimenti jew meta, bħala xhud, inti tkun tixtieq li tiġi akkumpanjat minn avukat u ma jkollokx il-mezzi finanzjarji biex tkopri l-ispejjeż rispettivi.

Tista’ tapplika wkoll għall-għajnuna legali:

  • għat-tneħħija sħiħa jew parzjali tal-pagament tat-tariffa tal-qorti;
  • għall-ħatra u l-pagament tal-onorarji tal-avukati; jew
  • għall-ħlas bin-nifs tat-tariffa tal-qorti jew tal-onorarji tal-avukati.

Nota: Id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-għajnuna legali tittieħed mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaawtoritajiet tas-sigurtà soċjali, abbażi ta’ formula ta’ kalkolu li tqis il-beni, id-dħul u n-nefqa ta’ min ikun qed jitlobha. It-talba għall-għajnuna legali trid tiġi ppreżentata billi jintużaw il-formoli li jistgħu jinkisbu bla ħlas mis-servizzi tas-sigurtà soċjali. Il-formola tista’ tiġi ppreżentata personalment, bil-faks, bil-posta jew bl-internet, fil-każ tal-aħħar billi timtela l-formola diġitali rispettiva. It-talba trid tkun akkumpanjata minn sett ta’ dokumenti li jikkonfermaw it-tbatija finanzjarja ta’ min qed jitlob l-għajnuna legali. Id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 30 jum. Is-sottomissjoni ta’ din it-talba ma tinvolvix spejjeż għall-vittma.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Jekk ma jkunx hemm kundanna għat-twettiq tar-reat.

Jekk il-vittma ma tkunx tista’ tipprova t-telf li sofriet.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Iva. Inti tista’ tappella kontra d-deċiżjoni jekk tkun isseħibt fil-proċedimenti bħala parti ċivili.

Tista’ tirrikorri wkoll għal mezzi konvenzjonali (il-qrati ċivili) jekk, għal xi raġuni, it-talba ma tkunx ġiet ikkunsidrata.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Iva. Jekk il-konvenut ma jħallasx id-danni b’mod volontarju, il-vittma tista’ tieħu azzjoni ta’ eżekuzzjoni, jiġifieri, titlob lill-qorti biex teżegwixxi d-deċiżjoni li jingħata kumpens għad-danni pereżempju permezz ta’ sekwestru tas-salarju, tal-kontijiet bankarji, tal-proprjetà immobbli jew mobbli, sakemm jintlaħaq il-valur tal-kumpens għad-danni mogħti lill-vittma.

L-aħħar aġġornament: 28/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Slovenja

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Parti li ġġarrab ħsara tista’ tfittex għad-danni lit-trasgressur fi proċedimenti kriminali billi tippreżenta talba ċivili (premoženjskopravni zahtevek).

Applikazzjoni għal talba ċivili (parti ċivili għal proċedimenti kriminali) tiġi ppreżentata quddiem l-awtorità li quddiemha jkun ġie ppreżentat ilment kriminali (Uffiċċju Reġjonali tal-Prosekutur Pubbliku), jew quddiem il-qorti li quddiemha tkun pendenti l-kawża.

Talba ċivili tista’ tinvolvi kumpens, ir-ritorn ta’ oġġett jew tħassir ta’ tranżazzjoni legali partikolari.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Meta tiġi ppreżentata minn rikorrent intitolat, talba ċivili li tirriżulta minn reat kriminali tiġi indirizzata fi proċedura kriminali jekk din ma tkunx tittardja bla bżonn dan il-proċess.

Il-proposta għal azzjoni ċivili fi proċedimenti kriminali tista’ tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn tmiem is-seduta orali quddiem il-qorti tal-prim’istanza.

Jekk rikorrent ma jippreżentax l-applikazzjoni għal talba ċivili fi proċedimenti kriminali qabel ma jitressqu l-akkużi, ir-rikorrent jiġi informat li jista’ jagħmel dan sa tmiem is-seduta prinċipali.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

Rikorrent intitolat irid jindika bi preċiżjoni t-talbajippreżenta dokumenti ta’ prova (eż. rapporti, fatturi, dokumenti mediċi). Indikazzjoni preċiża tat-talba tfisser li r-rikorrent irid jindika, sa fejn possibbli, it-tip u l-ammont tal-ħsara u l-mezz ta’ rimedju.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Le.

Liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Il-kontenut tat-talba tal-parti li ġġarrab il-ħsara jrid jintwera bil-mod tas-soltu (eż. b’rapporti, b’fatturi, b’dokumentazzjoni medika).

Hemm xi tariffi tal-qorti jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Iva, titħallas tariffa tal-qorti għal kull stadju tal-proċedura, bl-ammont li jiddependi mill-valur tat-talba.

It-tariffa għall-approvazzjoni ta’ applikazzjoni għal talba ċivili fi proċedimenti kriminali (fis-sħuħija jew parti minnha) hi pagabbli mill-konvenut.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u / jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Fi proċeduri ġudizzjarji, barranin (li ma jkunux residenti tar-Repubblika tas-Slovenja) huma intitolati għal għajnuna legali b’xejn (pariri legali, rappreżentanza legali u servizzi legali oħra, jew eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedimenti) bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità jew bil-kundizzjonijiet u fil-każijiet determinati mit-trattati internazzjonali li jorbtu lir-Repubblika tas-Slovenja.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra t-trasgressur?

Il-qorti tilqa’ t-talba ċivili (fis-sħuħija tagħha jew parti minnha) biss jekk it-trasgressur jiġi kkundannat (f’sentenza li ssib lill-konvenut ħati). F’każijiet oħra (meta l-informazzjoni mill-proċedura kriminali ma tipprovdix bażi affidabbli għal sentenza sħiħa jew parzjali), il-parti li ġarrbet il-ħsara, b’mod sħiħ jew parzjali, tingħata parir tiftaħ azzjoni ċivili, peress li l-qorti kriminali ma tkunx tista’ tiċħad it-talba.

Anki jekk il-qorti taqta’ sentenza li skont din il-konvenut jinħeles jew l-akkużi jiġu miċħuda, jew il-qorti toħroġ deċiżjoni li tirriżulta f’sospensjoni tal-proċedimenti jew fi twaqqigħ tal-akkużi, din tirreferi lill-parti li ġġarrab id-dannu biex tiftaħ it-talba ċivili tagħha quddiem qorti ċivili.

Jekk il-qorti tiddikjara li m’għandhiex ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali, din għandha tinforma lill-parti li ġġarrab id-dannu li hi tista’ tinnotifika l-azzjoni ċivili tagħha lill-qorti kompetenti, li mbagħad tniedi jew tissokta l-proċedimenti.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju / sodisfazzjon?

Le, għaliex il-parti li ġġarrab id-dannu tista’ tikkontesta s-sentenza biss fir-rigward tad-deċiżjoni tal-qorti fuq l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali.

L-uniċi eċċezzjonijiet huma każijiet li fihom il-prosekutur pubbliku jkun ħa f’idejh il-prosekuzzjoni mingħand il-parti li ġġarrab id-dannu bħala prosekutur. Hawnhekk, il-parti li ġġarrab id-dannu tista’ tikkontesta s-sentenza f’kull aspett, inkluża d-deċiżjoni dwar azzjonijiet ċivili.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra t-trasgressur u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Ladarba deċiżjoni dwar it-talba ċivili tkun finali, il-parti li ġġarrab id-dannu tista’ titlob li l-qorti tal-prim’istanza toħroġ kopja awtentikata tad-deċiżjoni, li tindika li d-deċiżjoni hi eżegwibbli.

Is-sentenza tkun eżegwibbli ladarba ssir finali u tiskadi l-iskadenza għall-pagament volontarju. Il-qorti kompetenti tinfurza s-sentenza finali, li tikkostitwixxi strument eżegwibbli, f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni. Fuq il-bażi tal-istrument eżegwibbli (sentenza), tiġi ppreżentata proposta għall-eżekuzzjoni lill-qorti distrettwali kompetenti, li tindika l-mezzi ta’ eżekuzzjoni (eż. sekwestru tal-qligħ, tal-fondi miżmuma f’kont tal-bank, tal-proprjetà mobbli jew immobbli).

Fi proċedura ġudizzjarja, barranin (li ma jkunux residenti tar-Repubblika tas-Slovenja) huma intitolati għal għajnuna legali b’xejn bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità jew skont il-kundizzjonijiet u fil-każijiet determinati mit-trattati internazzjonali li jorbtu lir-Repubblika tas-Slovenja.

L-aħħar aġġornament: 13/09/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Slovakkja

Kif nista’ nressaq talba għal danni jew mezz ta’ rimedju/sodisfazzjon ieħor mingħand awtur ta’ reat f’kawża (proċedimenti kriminali) u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Id-danni jistgħu jintalbu mingħand awtur ta’ reat fi proċedimenti kriminali jew permezz ta’ dikjarazzjoni orali fil-verbal tas-seduta jew permezz tas-sottomissjoni ta’ talba speċjali bil-miktub. Vittma li hi intitolata skont il-liġi li titlob id-danni mingħand l-awtur ta’ reat għal telf ikkawżat mir-reat kriminali mwettaq kontriha tkun intitolata wkoll li titlob lill-qorti biex din tordna lill-imputat iħallas għad-danni bħala parti mill-kundanna; il-vittma jeħtiġilha tagħmel talba bħal din sa mhux aktar tard minn tmiem l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni sommarja. It-talba trid tiddikjara b’mod ċar ir-raġunijiet għall-pretensjoni u l-ammont tad-danni mitluba. Il-vittma tiġi avżata dwar id-dritt għal kumpens u l-proċedura biex teżerċita dak id-dritt matul is-seduta.

Jekk ikun hemm tħassib raġonevoli li l-issodisfar tal-pretensjoni tal-vittma għall-kumpens għat-telf ikkawżat mir-reat se jkun imxekkel jew impedit, il-pretensjoni sal-ammont probabbli tat-telf tista’ tiġi ggarantita kontra assi jew drittijiet ta’ proprjetà oħrajn tal-imputat. Il-qorti tieħu deċiżjoni dwar il-qbid ta’ assi fuq il-bażi ta’ talba ppreżentata mill-prosekutur jew mill-vittma jew, fil-każ ta’ kumpilazzjoni, mill-prosekutur fuq il-bażi ta’ talba ppreżentata mill-vittma; fil-kumpilazzjoni, il-prosekutur jista’ jiżgura l-pretensjoni anke mingħajr talba mill-vittma jekk il-protezzjoni tal-interessi tal-vittma tkun tesiġi hekk, speċjalment jekk ikun hemm riskju ta’ dewmien.

F’liema punt tal-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta t-talba tiegħi?

Sabiex talba għad-danni tiġi aġġudikata fi proċedimenti kriminali, trid tiġi ppreżentata mill-vittma sa tmiem l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni sommarja.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (bl-indikazzjoni ta’ ammont totali u/jew ta’ speċifikazzjoni tat-telf individwali, tal-profitti mitlufa u tal-imgħax)?

Biex Qorti tikkunsidra talba għad-danni fi proċedimenti kriminali, il-vittma trid tippreżenta t-talba b’mod xieraq u puntwali. Biex titqies li ġiet ippreżentata fil-ħin, talba għad-danni trid tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn meta tintemm l-investigazzjoni, li jfisser li, fil-prinċipju, trid tiġi ppreżentata qabel l-eżami finali tal-fajl tal-investigazzjoni. It-talba għad-danni trid tiddikjara b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex tkun qed tiġi ppreżentata u l-ammont tad-danni mitluba mill-vittma. Imbagħad, meta tiġi biex tiddeċiedi dwar id-danni matul il-proċedimenti kriminali, il-qorti tkun marbuta bl-ammont mitlub mill-vittma.

Hemm formola speċifika għat-talbiet ta’ dan it-tip?

Le.

Liema evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Matul l-investigazzjoni, trid tiġi ppreżentata evidenza li turi r-raġonevolezza tat-talba għad-danni u li minnha jkun jista’ jiġi ddeterminat b’mod affidabbli l-ammont tat-telf imġarrab. Fil-każ ta’ korriment ta’ persuna, jista’ jitqabbad perit matul l-investigazzjoni biex jiġi vvalutat il-livell tal-korriment ta’ persuna.

Hemm spejjeż tal-qorti jew spejjeż oħrajn b’rabta mat-talba tiegħi?

Ma hemm l-ebda tariffa marbuta mat-talba tad-danni fi proċedimenti kriminali.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew tul il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Meta vittma tagħmel talba għad-danni u ma jkollhiex biżżejjed fondi biex tħallas l-ispejjeż assoċjati, fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess il-prosekutur, jew inkella l-imħallef li jippresjedi fil-proċess, jista’ jaħtar avukat bħala r-rappreżentant tagħha, anke mingħajr talba jekk jidhirlu li dan ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi tal-vittma. Il-vittma jeħtiġilha ġġib prova li ma jkollhiex biżżejjed fondi.

Fil-kuntatt inizjali mal-vittma, l-awtorità tal-infurzar tal-liġi hija meħtieġa tipprovdilha informazzjoni bil-miktub dwar drittijietha fil-prosekuzzjoni kriminali u dwar l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi u dwar is-servizzi pprovduti minn dawk l-organizzazzjonijiet. Anki l-pariri legali huma parti minn dawk is-servizzi.

F’liema każijiet il-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi t-talba tiegħi kontra l-awtur ta’ reat?

Jekk l-evidenza kkumpilata tonqos milli ssib xi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà għad-danni jew jekk tkun meħtieġa evidenza addizzjonali li tmur lil hinn minn dak li jkun meħtieġ għall-prosekuzzjoni kriminali sabiex tittieħed deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà għad-danni.

Nista’ nappella kontra tali deċiżjoni jew infittex mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Iva, il-vittma tista’ tappella kontra deċiżjoni bħal din b’rabta mat-talba għad-danni.

Jekk l-appell tal-vittma ma jintlaqax, imbagħad il-vittma tkun tista’ tippreżenta t-talba tagħha għad-danni direttament kontra l-awtur ta’ reat fi proċedimenti ċivili.

Kwalunkwe persuna li ġġarrab offiża fuq il-persuna kkawżata minn reat vjolenti jew minn dannu immaterjali intenzjonali kkawżat minn ċerti reati kontra l-libertà u d-dinjità tal-bniedem jew minn reat ta’ moħqrija fuq qarib jew fuq individwu li wieħed ikun qed jieħu ħsieb tista’ tippreżenta talba għad-danni lill-Ministeru tal-Ġustizzja. Vittmi ta’ reati bħal dawn ikunu intitolati għad-danni anke jekk is-sentenza, id-digriet kriminali jew deċiżjoni rilevanti oħra ma tkunx għadha ttieħdet jew inqatgħet b’mod finali, dment li r-riżultati tal-investigazzjoni jew tal-investigazzjoni sommarja mwettqa sa dak iż-żmien ma tqajjimx xi dubju raġonevoli dwar it-twettiq ta’ att li jkun jikkostitwixxi reat vjolenti u kkawża korriment personali lill-vittma. Ladarba tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, il-Ministeru jivvaluta jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni jqajmux xi dubju dwar il-fatti ddikjarati. Jekk ikun hemm dubji, id-danni ma jkunux jistgħu jingħataw. Applikazzjoni tista’ terġa’ tiġi ppreżentata, meta tkun ġustifikata, pereżempju jekk ikun hemm dewmien fl-investigazzjoni.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur ta’ reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex nagħmel dan?

Jekk l-awtur ta’ reat jonqos milli jissodisfa l-obbligi kif ordnati mill-qorti fil-proċedimenti kriminali minn jeddu, il-vittma tirċievi titolu eżekuttiv ladarba d-deċiżjoni tal-qorti ssir eżegwibbli, li fuq il-bażi tiegħu tkun tista’ teżegwixxi s-sentenza kontra l-awtur ta’ reat skont proċedimenti ta’ rkupru furzat. F’każijiet bħal dawn, il-vittma tista’ titlob għajnuna legali mingħand avukat.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Finlandja

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju / sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

It-talbiet għal kumpens li jirriżultaw minn reat normalment jiġu pproċessati bħala parti mill-istess proċess bħal dak għall-każ kriminali, iżda dawn jistgħu jiġu separati wkoll għal proċessar taħt proċedimenti differenti.

Inti tista’ titlob lill-prosekutur biex jippreżenta t-talba għal kumpens tiegħek għar-reat inkwistjoni fil-qorti. Tkun idea tajba li tinforma lill-pulizija dwar dan matul l-investigazzjoni preliminari. Il-prosekutur jista’ jsegwi t-talba għal kumpens f’ismek jekk il-kwistjoni hija ċara u sempliċi. Jekk il-prosekutur ma jippreżentax it-talba għal kumpens, hu/hi se jinnotifikak/tinnotifikak bil-miktub.

Inti tista’ wkoll issegwi t-talba tiegħek għad-danni fil-qorti inti stess matul il-proċedimenti għall-każ kriminali, jew dan jista’ jsir f’ismek minn konsulent legali.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Jekk inti titlob kumpens mill-awtur tar-reat, inti għandek tirrapporta dan lill-pulizija matul l-investigazzjoni preliminari, jew l-iktar lill-qorti meta l-każ jinstema’ minnha.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u / jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

Jekk inti vittma ta’ reat, inti tista’ titlob kumpens għal:

  • proprjetà miksura jew mitlufa b’konnessjoni mad-dannu;
  • kwalunkwe kost mediku meħtieġ u kost ieħor essenzjali;
  • telf ta’ qligħ;
  • uġigħ u problemi oħra temporanji;
  • problemi permanenti; u
  • dieqa mentali. Jista’ jitħallas kumpens għad-dieqa mentali jekk l-att inkwistjoni:
    • kiser il-libertà, il-paċi, l-unur jew il-ħajja privata tiegħek;
    • iddiskrimina kontra tiegħek;
    • kiser l-integrità personali tiegħek; jew
    • kiser serjament id-dinjità umana tiegħek b’xi mod ieħor.

Il-qraba tiegħek jistgħu wkoll ikunu intitolati għal kumpens raġonevoli għall-kostijiet essenzjali u t-telf ta’ qligħ ikkawżati lilhom minħabba li kellhom jieħdu ħsiebek minħabba l-korrimenti li inti ġarrabt bħala riżultat tar-reat.

Jekk inti għamilt l-arranġamenti għad-dfin ta’ persuna li mietet bħala riżultat ta’ reat, inti għandek id-dritt li titlob għal kumpens mill-awtur tar-reat għall-kostijiet li kellek għad-dfin. Il-ġenituri, tfal u konjuġi tal-mejjet jew persuna oħra komparabbli li huma qrib b’mod partikolari tal-mejjet għandhom id-dritt għal kumpens raġonevoli għall-kostijiet tad-dfin li jkollhom iħallsu.

Il-qorti ma tistax tordna kwalunkwe ħaġa oħra jew iktar minn dak li inti titlob bħala l-parti interessata. It-talbiet għal kumpens li inti tippreżenta għalhekk huma l-ogħla limitu tal-kumpens li jista’ jiġi ordnat. Inti għandek ukoll id-dritt li titlob l-imgħax fuq l-ammont tal-kumpens li tkun tlabt. Jekk inti tiġi mħarrek biex tiċċara l-kwistjoni personalment fil-qorti, inti għandek id-dritt li tikseb allowance ta’ kuljum u kumpens għall-kostijiet tal-ivvjaġġar u t-telf ta’ qligħ li jkollok.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Ma hemm l-ebda formola speċifika.

X’evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Inti tista’ tagħti prova tal-ammont tad-dannu billi tippreżenta riċevuti għall-ispejjeż ikkawżati mir-reat. Trid tiġi sottomessa wkoll evidenza għal kwalunkwe telf ta’ qligħ, eċċess tal-assigurazzjoni u kwalunkwe kost tal-ivvjaġġar u oħrajn relatati mal-ħtieġa li inti tippreżenta ruħek biex tiċċara l-każ li qed titlob kumpens għalih.

Għall-uġigħ u problemi oħra temporanji, kif ukoll għal problemi permanenti, il-kumpens huwa ddeterminat b’kunsiderazzjoni tan-natura u s-severità tal-korriment, in-natura u d-dewmien tal-kura meħtieġa għalih, u d-dewmien tal-problema. Il-kumpens għal problema permanenti huwa ddeterminat b’kunsiderazzjoni tan-natura u s-severità tal-korriment personali u l-età tal-persuna li għandha l-problema. Kull aggravament partikolari fil-kwalità tal-ħajja tal-persuna li ssofri minn korriment personali wkoll jista’ jingħata kunsiderazzjoni bħala fattur biex jiżdied l-ammont ta’ kumpens mogħti. Sabiex tagħti prova ta’ dan, inti teħtieġ dikjarazzjonijiet tat-tobba li jispjegaw in-natura tal-korrimenti u l-kura meħtieġa biex dawn jiġu ttrattati.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew kostijiet oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Ma hija se tintalab l-ebda tariffi tal-qorti għas-smigħ tal-każ fil-qorti distrettwali (käräjäoikeus) jekk it-talba għal kumpens tiġi segwita flimkien mal-akkużi li jippreżenta l-prosekutur. Jekk it-talbiet għal kumpens jiġu ppreżentati bħala kawża ċivili separata, tintalab tariffa tal-qorti għas-smigħ tal-każ.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u / jew waqt il-proċedimenti? Nista’ nirċiviha anki jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Jekk inti tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tingħata għajnuna legali, inti tista’ tingħata għajnuna legali kemm għall-investigazzjoni preliminari kif ukoll għall-proċedimenti tal-qorti. Vittma ta’ vjolenza domestika, reat sesswali jew reat serju kontra l-ħajja, is-saħħa jew il-libertà tal-vittma jista’ jkollha konsulent imħallas mill-fondi tal-Istat. Tista’ tinkiseb għajnuna legali għall-każijiet li jinstemgħu mill-qrati Finlandiżi, anki jekk inti ma tgħix fil-Finlandja.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Jekk inti rrapportajt matul l-investigazzjoni preliminari li inti tixtieq issegwi t-talba għal kumpens tiegħek inti stess jew bl-użu ta’ avukat, jew jekk il-prosekutur ma jaċċettax li jsegwi t-talba tiegħek, il-qorti distrettwali se titolbok dwar kwalunkwe talbiet għal kumpens li jista’ jkollok. Il-qorti distrettwali tista’ tistabbilixxi data ta’ skadenza sa meta għandek tibgħatilha t-talba għal kumpens. Jekk ma tippreżentax it-talba bil-miktub dan jista’ jfisser li l-qorti distrettwali ma tinvestigax talba għal kumpens li inti tippreżenta aktar ’il quddiem.

Il-qorti tiċħad it-talba għal kumpens tiegħek jekk ma tiġix ippreżentata biżżejjed evidenza biex issostniha.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju / sodisfazzjon?

Jekk inti tixtieq tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali, inti trid tinnotifika lil dik il-qorti dwar in-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħek fi żmien sebat ijiem mid-data li fiha toħroġ is-sentenza. Meta tkun innotifikajt il-qorti bin-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħek, inti tista’ tappella kontra s-sentenza quddiem il-Qorti ta’ Appell kompetenti (hovioikeus). L-ittra ta’ appell tiegħek trid tintbagħat lill-qorti distrettwali fi żmien 30 ġurnata mid-data ta’ ħruġ tas-sentenza tal-qorti distrettwali. Bħala regola ġenerali, inti jkollok tieħu l-liv sabiex il-Qorti tal-Appell tkun tista' tipproċessa l-każ sew.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex nagħmel dan?

Jekk l-imputat ma jħallasx volontarjament il-kumpens ordnat, inti tista’ tapplika biex it-talba tiegħek tiġi eżegwita minn uffiċjal ġudizzjarju. Inti trid tibgħat lill-uffiċjal ġudizzjarju l-applikazzjoni għal eżekuzzjoni u tinkludi magħha d-deċiżjoni tal-qorti li tikkonferma d-dritt tiegħek għad-danni. L-applikazzjoni għal eżekuzzjoni issir lill-uffiċjal ġudizzjarju għall-post fejn id-debitur jgħix jew għandu post ta’ residenza. Jekk hemm diversi debituri u dawn jgħixu f’lokalitajiet differenti, huwa biżżejjed li tippreżentaapplikazzjoni lil uffiċjal ġudizzjarju wieħed. Inti tista’ titlob gwida iktar dettaljata dwar kif tapplika għal kumpens mill-uffiċċju tal-eżekuzzjoni (ulosottovirasto). Tista’ ssib id-dettalji tal-kuntatt għall-uffiċċji tal-eżekuzzjoniIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk (bil-Finlandiż, bl-Iżvediż u bl-Ingliż).

L-aħħar aġġornament: 13/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Svezja

Kif nista’ nressaq talba għad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur tar-reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

L-ewwel għandek tmur għand il-pulizija jew l-uffiċċju tal-prosekutur. Dawn għandhom ukoll l-obbligu li jinvestigaw it-talbiet għal ħsarat minn parti li sofriet dannu. Jekk ma jkollokx assistenza ta’ rappreżentant legali tiegħek stess waqt il-proċess, il-prosekutur għandu ġeneralment jgħin ukoll biex tittieħed azzjoni fuq it-talba tal-attur kontra l-awtur tar-reat jekk dan isir b’rabta ma’ każ kriminali.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali għandi nippreżenta talba?

Din għandha tiġi ppreżentata kmieni kemm jista’ jkun waqt l-investigazzjoni tal-pulizija sabiex tkun tista’ tiġi investigata t-talba u tinġabar l-evidenza. Madankollu, huwa possibbli, li tiġi ppreżentata talba eżatt qabel il-bidu tal-proċedimenti kriminali fi-każ kriminali.

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħax)?

Il-liġi Żvediża dwar id-delitti hija bbażata fuq ir-reparazzjonijiet – kemm jista’ jkun, parti li sofriet dannu, għandha titqiegħed fl-istess sitwazzjoni finanzjarja daqslikieku l-ħsara jew id-dannu ma seħħx. Dan ifisser li tista’ ssir talba għad-danni għat-telf finanzjarju kollu kkawżat mill-ħsara jew dannu inkwistjoni. Madankollu, il-parti li sofriet dannu, għandha l-obbligu li tillimita l-ħsara fejn possibbli.

Jista' jingħata kumpens għal ħsarat għal:

  • korriment personali, li jinkludi spejjeż (għall-kura tas-saħħa, eċċ.), kumpens għal telf ta’ qligħ, tbatija fiżika u mentali ta’ natura temporanja (uġigħ u tbatija), kumpens għal deformitajiet permanenti (sfreġju) u diżabilitajiet permanenti (inkapaċità);
  • ksur tal-integrità personali, meta r-reat ijimmira l-persuna, il-libertà, il-paċi jew l-unur tal-vittma u l-ksur ikun serju;
  • dannu materjali, eż. minn proprjetà misruqa li jew jsirilha dannu;
  • ħsara purament finanzjarja, jiġifieri dannu purament finanzjarju li jirriżulta, pereżempju, fil-każ ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita.

It-talba għandha tiġi speċifikata taħt l-intestaturi rilevanti mbagħad għandu jiġi pprovdut sommarju tat-talba kollha. Ir-rikorrent huwa intitolat għal imgħax mill-jum tar-reat jew data sussegwenti oħra li fiha seħħ id-dannu. Talba għal imgħax għandha tiġi ppreżentata wkoll sabiex il-qorti tiddeċiedi dwarha.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Il-pulizija u l-uffiċċju tal-prosekutur għandhom formoli speċifiċi għal talbiet ta’ delitt li tista’ tuża.

Liema evidenza jeħtieġ li nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Xi wħud mill-evidenza li hija meħtieġa biex jingħata kumpens għall-ħsarat normalment tiġi inkluża fl-investigazzjoni tal-pulizija u l-prosekutur jista’ joqgħod fuqha biex isostni l-allegazzjoni. Pereżempju, dan japplika għaċ-ċirkostanzi tar-reat u d-dannu kkawżat mir-reat.

L-attur jeħtieġ ikun jista’ jippreżenta evidenza li tkopri t-talbiet tiegħu/tagħha, pereżempju, evidenza ta’ spejjeż (irċevuti), telf ta’ qligħ (evidenza tal-korriment/liv minħabba mard u l-introjtu li ntilef), il-dannu materjali (dokumentazzjoni li turi l-valur tal-proprjetà li jsirilha dannu jew l-ispiża tat-tiswija/id-deprezzament tal-proprjetà li jsirilha dannu).

Fil-każ ta’ ħsarat għal vjolazzjoni, l-attur m’għandux bżonn jippreżenta xi evidenza speċjali. Il-kumpens għal vjolazzjoni ser ikun konformi mal-valutazzjoni tar-reat.

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Le; m’hemm l-ebda tariffa meta talba għad-danni titressaq b’rabta ma’ każ kriminali.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Bħala l-attur/il-parti li sofriet dannu, inti intitolat għall-assistenza legali tiegħek stess waqt il-proċedimenti legali. Pereżempju, dan japplika fil-każ ta’ reat vjolenti serju, reat sesswali, abbuż domestiku, jew każijiet oħra meta jkun hemm ħtieġa ċara għall-assistenza. Jekk tixtieq tirċievi assistenza legali bħal din, tista’ tinnotifika l-pulizija jew l-uffiċċju tal-prosekutur, li mbagħad iressaq it-talba tiegħek quddiem il-qorti, li mbagħad tiddeċiedi jekk tiġix allokat jew le avukat għall-iskopijiet tal-attur. L-avukat għall-iskopijiet tal-attur jista’ jipprovdi għajnuna u appoġġ tul il-proċess kollu, u jħejji u jsegwi wkoll l-kawża għad-danni. Jekk tingħata avukat għall-iskopijiet tal-attur, l-Istat iħallas għalih.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Normalment mhuwiex normali li l-qorti tiċħad pretensjoni fuq delitt imressqa b’rabta ma’ każ kriminali, anki jekk formalment dan ikun possibbli.

Li jiġri xi drabi huwa li l-qorti tissepara l-ipproċessar tal-każ kriminali u l-każ tad-delitt. Dan jista’ jiġri jekk it-talba għad-danni tkun ikkumplikata jew ma tkunx ġiet ippreparata kif suppost u bħala riżultat ta’ dan, l-ipproċessar tal-każ kriminali jiġi ttardjat. Il-fatt li dawn is-suġġetti jiġu sseparati jfisser li l-ewwel tittieħed deċiżjoni dwar il-każ kriminali, imbagħad il-qorti tisma’ l-każ dwar id-delitt f'data aktar tard. Konsegwenza ta’ dan hija li l-prosekutur ma jkunx jista’ jibqa’ jgħin biex tiġi segwita l-pretensjoni li tirriżulta mid-delitt. Ġeneralment ikun aħjar għall-parti li sofriet dannu jekk il-każ dwar id-delitt jiġi mħejji b'mod suffiċjenti sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwaru b’rabta mal-każ kriminali.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Il-qorti dejjem għandha tipprovdi struzzjonijiet dwar kif tappella. Dawn l-istruzzjonijiet jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għal appell fis-sitwazzjoni rilevanti.

Kumpens tal-assigurazzjoni normalment ma jkunx soġġett għall-każ dwar delitt li jkun instema’ fil-qorti, li jfisser li l-ħsara jew id-dannu jista’ jiġi rrappurtat lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.

Dan li ġej japplika fir-rigward ta’ kumpens għal ħsara kriminali. Jekk l-awtur tar-reat jista’ jħallas id-danni, it-talba dejjem għandha ssir kontra l-awtur tar-reat l-ewwel. Jekk l-awtur tar-reat ma jistax iħallas, u l-parti li sofriet dannu ma tistax tiġi kkumpensata b’mod ieħor għall-ħsara jew għad-dannu li hija tkun sostniet, il-kumpens għal ħsara kriminali jista’ jitħallas anki jekk il-parti li sofriet dannu ma ħaditx azzjoni fuq pretensjoni ta’ delitt kontra l-attur tar-reat.

Jekk ningħata kumpens għall-ħsarat mill-qorti, kif nista’ niżgura li s-sentenza tiġi infurzata kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Ladarba s-sentenza tkun ħadet effett legali, il-qorti tibgħatha lill-Awtorità Żvediża għall-Infurzar (Kronofogden). L-Awtorità Żvediża għall-Infurzar imbagħad ser issaqsik jekk għandekx bżonn xi għajnuna biex tinforza t-talba tiegħek. Jekk int tgħid iva, l-Awtorità Żvediża għall-Infurzar tinvestiga l-assi tal-awtur tar-reat. Jekk huwa/hija j/tkun j/tista’ j/tħallas, it-talba titħallas. Jekk, madankollu, l-awtur tar-reat ma jkunx jista’ jħallas, int tiġi nnotifikat mill-uffiċjal tal-infurzar. Jekk il-ħsara jew id-dannu tiegħek ma ġiex ikkumpensat mill-assigurazzjoni tiegħek, int intitolat għal kumpens mill-Istat għal dannu kriminali.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - L-Ingilterra u Wales

Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

Fil-liġi, id-danni huma għoti, tipikament ta’ flus, li għandhom jitħallsu lil persuna bħala kumpens għal telf jew korriment. Dawn it-talbiet ġeneralment isiru quddiem il-qrati ċivili u normalment ma jkollhom l-ebda rabta ma’ att kriminali jew ma’ awtur tar-reat. Madankollu, tista’ titlob għal kumpens jekk int tkun imweġġa’ f’delitt vjolenti - dan ikun kumpens kriminali li huwa differenti minn talba għal kumpens skont il-liġi ċivili dwar id-delitti.

L-ordnijiet ta’ kumpens huma disponibbli lill-qrati biex jordnaw lill-awtur tar-reat sabiex jikkumpensa vittma finanzjarjament, primarjament għal korriment, telf jew dannu personali.  Il-Gvern jemmen li huwa importanti li l-awturi tar-reat jagħmlu tajjeb għar-reati tagħhom, u f’dawn l-aħħar snin din is-sistema ġiet msaħħa billi l-qrati ġew meħtieġa li jikkunsidraw li jagħtu ordni ta’ kumpens f’każijiet xierqa, u billi tneħħa l-limitu ta’ GBP 5 000 għall-għotjiet ta’ kumpens fir-rigward tal-awturi tar-reati li għandhom 18-il sena jew aktar fil-qorti tal-maġistrati. Is-setgħa li jingħata ordni ta’ kumpens għall-vittmi timplika li l-qrati jkunu jistgħu jordnaw kumpens f’konformità mal-mezzi tal-awtur tar-reat bħala miżura ta’ kumpens.

Jekk tkun sofrejt telf bħala riżultat tal-att jew l-ommissjoni ta’ persuna oħra, bħal telf ta’ dħul, proprjetà jew anki korriment personali, int tista’ tressaq talba għal kumpens għal dan it-telf. It-tali talba titressaq quddiem il-qrati ċivili u hija kompletament indipendenti minn jekk ikunx hemm xi proċedimenti kriminali.

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali jenħtieġ li nagħmel talba?

Pretensjoni f’delitt hija kompletament separata minn kwalunkwe proċediment kriminali. Madankollu, il-fatt ta’ kundanna jista’ jintuża bħala evidenza f’talba għad-danni li l-awtur tar-reat ikun wettaq dak li huwa allegat kontrih(a). F’xi każijiet, għalhekk, jista’ jkun jaqbel li wieħed jistenna sakemm il-proċedimenti kriminali jkunu intemmu qabel ma ssir talba għad-danni.

X’nista’ nitlob fil-pretensjoni u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

F’talba ċivili, hemm diversi tipi ta’ danni li jiddependu fuq it-telf, il-ħsara jew il-korriment ikkawżat, iżda prinċipalment int tista’ titlob għal telf ta’ flus, dħul, dannu lill-proprjetà u simili, jew (fil-każ ta’ korriment personali) għall-uġigħ, it-tbatija u t-telf ta’ kumdità. Kwalunkwe għoti ta’ kumpens għad-danni huwa maħsub biex ipoġġik fl-istess pożizzjoni bħallikieku l-inċident ma seħħx. Jenħtieġ li d-diversi tipi ta’ telf jiġu speċifikati.

Kwalunkwe għotja għal danni ċivili tnaqqas waħda taħt l-Iskema ta’ Kumpens għal Korrimenti Kriminali b’ammont simili.

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Iva, il-pretensjonijiet fl-Ingilterra u Wales jibdew fuq il-formolarju tal-pretensjoni, il-Formolarju N1. Għal aktar informazzjoni, ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/make-court-claim-for-money. Għal talbiet fl-Ewropa li huma għal flus inqas minn EUR 5 000 jista’ ikun possibbli li tintuża l-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar fi kwistjonijiet ikkontestati, jew l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea. Ara wkoll https://www.gov.uk/recover-debt-from-elsewhere-in-european-union

X’evidenza rrid nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

Talba ċivili titlob li l-kwistjonijiet li sar l-ilment dwarhom jiġu ppruvati fil-konfront tal-bilanċ tal-probabbiltajiet, u għalhekk ikun meħtieġ li tiġi ppreżentata evidenza suffiċjenti tal-imġiba tal-intimat li allegatament ikkawża t-telf, u evidenza li din kienet ikkawżat dak it-telf, biex jiġi ssodisfat dan it-test. Se jkun meħtieġ ukoll li jiġi ppruvat l-ammont tat-telf, u l-evidenza meħtieġa għal dak se jiddependi fuq dak li qed jintalab għalih, u ġeneralment ikun jinkludi rċevuti, kontijiet tal-bejgħ, rendikonti tal-paga u oġġetti simili għat-telf finanzjarju, u rapporti mediċi għal korriment personali.

Hemm xi spejjeż tal-qrati jew spejjeż oħra relatati mal-pretensjoni tiegħi?

Iva, hemm tariffi, dawn jiddependu fuq il-valur tal-pretensjoni, għal aktar informazzjoni ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://formfinder.hmctsformfinder.justice.gov.uk/ex50-eng.pdf

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċedimenti? Nista’ nirċivieha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Hemm għajnuna legali limitata ħafna għal kwistjonijiet ċivili, u din tkun tiddependi fuq in-natura tat-talba. Huwa improbabbli li jkun hemm għajnuna legali għal individwu li normalment ma jkunx residenti fir-Renju Unit. Għal iktar tagħrif jekk jogħġbok żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/legal-aid/eligibility Il-pretendenti fi proċeduri ta' qorti ċivili huma prinċipalment rappreżentati fuq il-bażi ta’ ftehim quotae litis, ta’ spiss deskritt bħala ftehim “no-win, no-fee”. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.lawsociety.org.uk/support-services/advice/articles/new-model-conditional-fee-agreement/

Meta tista’ il-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar il-pretensjoni tiegħi kontra l-awtur tar-reat?

Talba ċivili ma titressaqx quddiem qorti kriminali. Il-kwistjonijiet huma indipendenti minn xulxin.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Id-deċiżjoni dwar jekk jiġix appellat dak li ġie stabbilit f’kawża ċivili se tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi. Għal iktar tagħrif jekk jogħġbok żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.gov.uk/courts/procedure-rules/civil/rules/part52

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur tar-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Skont is-sistema legali tal-Ingilterra u Wales, l-għażla tal-metodu ta’ eżekuzzjoni hija kollha kemm hija f’idejn il-kreditur li huwa parti mis-sentenza. Il-qrati ċivili joffru għadd ta’ metodi differenti li permezz tagħhom kreditur jista’ jeżegwixxi sentenza favurihom. Dawn il-metodi jinkludu l-mandati ta’ kontroll, is-sekwestru ta’ dħul, l-ordnijiet ta’ debitu ta’ parti terza, l-ordnijiet ta’ ħlas u l-ordnijiet għall-bejgħ. Għal aktar tagħrif, żur is-sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/make-court-claim-for-money/enforce-a-judgment

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - L-Irlanda ta’ fuq

Dawn il-mistoqsijiet ikunu kwistjonijiet għar-rikorrent, ir-rappreżentant tiegħu u l-Qrati.


Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon minn trasgressur fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din it-talba?

-

F’liema punt fil-proċedimenti kriminali, għandi nippreżenta talba?

-

X’nista’ nitlob fit-talba u kif għandi nippreżentaha (indika ammont totali u/jew speċifika t-telf individwali, il-profitti mitlufa u l-imgħaxijiet)?

-

Hemm formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

-

Liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

-

Hemm xi tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

-

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha jekk jien ma nkunx ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

-

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew li tirrifjuta li tiddeċiedi dwar it-talba tiegħi kontra min wettaq ir-reat?

-

Nista’ nappella kontra tali deċiżjoni jew infittex mezzi oħra ta’ rimedju/sodisfazzjon?

-

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra min wettaq ir-reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

-

L-aħħar aġġornament: 02/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat - Skozja

Kif nista’ nagħmel pretensjoni għall-ħlas tad-danni jew mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon minn awtur ta’ reat fi proċess (proċedimenti kriminali), u lil min għandi nindirizza din il-pretensjoni?

Jekk l-akkużat jiddikjara ruħu ħati, il-qorti tista’ tordna lill-imputat biex iħallsek il-kumpens.  Il-Qorti tikkuntattjak jekk issir ordni ta’ kumpens. Jekk ma tkunx tridx kumpens, informa lill-Crown Office and Procurator Fiscal Service kemm jista’ jkun malajr.

F’liema punt tal-proċeduri kriminali jenħtieġ li nippreżenta t-talba?

Mhux applikabbli.

X’nista’ nitlob fil-pretensjoni u kif għandi nippreżentaha (nindika ammont totali u/jew nispeċifika t-telf individwali, il-profitti u l-imgħaxijiet mitlufa)?

Mhux applikabbli.

Hemm xi formola speċifika għal talbiet bħal dawn?

Mhux applikabbli.

X’evidenza rrid nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

Mhux applikabbli.

Hemm tariffi tal-qrati jew spejjeż oħra marbuta mat-talba tiegħi?

Mhux applikabbli.

Nista’ nikseb għajnuna legali qabel u/jew waqt il-proċeduri? Nista’ nirċiviha anke jekk ma nkunx qed ngħix fil-pajjiż fejn iseħħu l-proċedimenti?

Mhux applikabbli.

Meta tista’ l-qorti kriminali tiċħad jew tirrifjuta li tiddeċiedi dwar il-pretensjoni tiegħi kontra min wettaq ir-reat?

Mhux applikabbli.

Nista’ nappella kontra din id-deċiżjoni jew infittex mezzi oħrajn ta’ rimedju/sodisfazzjon?

Mhux applikabbli.

Jekk ningħata kumpens għad-danni mill-qorti, kif nista’ nkun żgur li s-sentenza tiġi eżegwita kontra l-awtur ta’ reat u x’għajnuna nista’ nikseb biex niżgura dan?

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.