Sib informazzjoni għal kull reġjun
Sabiex iġġiegħel lill-parti l-oħra (il-konvenut jew id-debitur tiegħek) jikkonforma mas-sentenza kontriha (pereżempju biex tħallas), ikollok tirrikorri għand l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni. Huma biss għandhom is-setgħa li jġiegħlu lid-debitur iħallas, billi jirrikorru għand il-forzi tal-liġi u tal-ordni jekk dan ikun meħtieġ.
Skont ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni) li jirrigwarda r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'każijiet transkonfinali, jekk għandek sentenza eżekutorja mogħtija fl-Unjoni Ewropea, tista' tmur għand l-awtoritajiet eżekutorji fi Stat Membru ieħor fejn pereżempju d-debitur għandu l-assi mingħajr il-ħtieġa ta' proċedura intermedjarja (ir-Regolament jabbolixxi l-proċedura ta' "exequatur"). Id-debitur li kontrih int qed titlob l-eżekuzzjoni jista’ jitlob lill-qorti r-rifużjoni ta’ eżekuzzjoni. L-ismijiet u l-lokalità ta’ dawk il-qrati kompetenti u l-qrati għal appelli ulterjuri huma pprovduti hawnhekk.
L-għan tal-eżekuzzjoni huwa ġeneralment biex jiġu rkuprati somom ta' flus, iżda jista’ wkoll ikun biex jiġi eżegwit xi dmir ieħor (id-dmir li tagħmel jew tastjeni milli tagħmel xi ħaġa, bħalma huma l-fornitura ta' merkanzija jew it-tlestija ta’ xi xogħlijiet jew li wieħed jastjeni milli jidħol fil-proprjetà ta' ħaddieħor).
Jistgħu jintużaw proċeduri Ewropej differenti (bħalma huwa l-Ordni ta' Ħlas Ewropew, il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u l-Ordni Ewropew ta' Infurzar) fil-każijiet ċivili transkonfinali, iżda fil-każijiet kollha, sentenza għandha tiġi eżegwita f'konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat ta' eżekuzzjoni (is-soltu fejn id-debitur jkollu l-assi tiegħu).
Fil-prattika, jeħtieġ li jkollok dokument eżegwibbli (sentenza tal-qorti jew att) jekk tixtieq tapplika għall-eżekuzzjoni. Il-proċeduri ta' eżekuzzjoni u l-awtoritajiet li jistgħu jipproċessawhom (il-qrati, l-aġenziji tal-ġbir tad-debiti u l-bailiffs) jiġu deċiżi permezz tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru meta tiġi mitluba l-eżekuzzjoni.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Ħolqa relatata
L-atlas tal-infurzar, żviluppat minn proġett iffinanzjat mill-UE, jipprovdi informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ infurzar (proċeduri, rekwiżiti, kompetenza, spejjeż u mument propizju) fis-sistemi ta’ infurzar tal-pajjiżi tal-UE u tar-Renju Unit.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.