- 1 Xi tfisser eżekuzzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?
- 2 Liema awtorità jew awtoritajiet huma kompetenti għall-eżekuzzjoni?
- 3 Liema huma l-kundizzjonijiet biex jingħataw titoli jew deċiżjonijiet li jkunu eżekuttivi?
- 4 L-għan u n-natura ta’ miżuri eżekuttivi
- 5 Hemm possibilità li d-deċiżjoni li tawtorizza din il-miżura tiġi appellata?
- 6 Hemm xi limiti fuq l-eżekuzzjoni, b’mod partikolari relatati ma’ ħarsien tad-debitur jew preskrizzjonijiet?
1 Xi tfisser eżekuzzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?
Eżekuzzjoni obbligatorja (Zwangsvollstreckung) hija l-proċedura użata biex tiġi eżegwita pretensjoni tad-dritt privat b’kompulsjoni pubblika. L-Istat għandu s-setgħa li jeżegwixxi, u jopera permezz tar-rappreżentanti tiegħu b’konformità mal-awtorità sovrana tiegħu.
Hemm diversi miżuri disponibbli għall-eżekuzzjoni tal-pretensjoni tal-kreditur:
- Mandat ta’ sekwestru (Pfändung) ta’ oġġetti
- Mandat ta’ sekwestru ta’ pretensjonijiet u beni oħrajn miżmuma mid-debitur (b’mod partikulari, mandat ta’ sekwestru ta’ kontijiet bankarji jew mandat ta’ sekwestru tal-qligħ)
- Mandat ta’ deskrizzjoni (Vermögensauskunft)
- Miżuri koerċittivi (Zwangsmaßnahmen) li jiżguraw li l-beni jiġu ċeduti jew li jiżguraw li jittieħdu ma jittiħdux azzjonijiet
- Reġistrazzjoni ta’ ipoteka biex tiggarantixxi pretensjoni (Sicherungshypothek)
- Bejgħ furzat (Zwangsversteigerung)
- Riċevitura (Zwangsverwaltung).
Eżekuzzjoni obbligatorja fil-Ġermanja hija rregolata mill-Artikoli 704 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO) u mill-Att dwar Bejgħ Furzat u Riċevituri (Gesetz über die Zwangsversteigerung und Zwangsverwaltung – ZVG).
L-Artikoli 946 et seq. Iz-ZPO fihom dispożizzjonijiet relatati mar-Regolament (UE) Nru 655/2014, li jirregola l-infurzar transfruntier tal-pretensjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE.
2 Liema awtorità jew awtoritajiet huma kompetenti għall-eżekuzzjoni?
Il-qorti lokali (Amtsgericht) li d-debitur ikollu l-post tar-residenza tiegħu fid-distrett tagħha hija kompetenti bħala l-qorti tal-eżekuzzjoni għal kwistjonijiet ta’ eżekuzzjoni relatati ma’ pretensjonijiet u beni oħra. Jekk id-debitur ma jkollu l-ebda post ta’ residenza fil-Ġermanja, il-qorti kompetenti tkun dik li l-beni jkunu jinsabu fid-distrett tagħha (l-Artikoli 13, 828 ZPO).
Il-qorti lokali li l-biċċa art tkun tinsab hija fid-distrett tagħha hija kompetenti bħala l-qorti tal-eżekuzzjoni għall-bejgħ furzat u r-riċevitura (l-Artikolu 869 ZPO flimkien mal-Artikolu 1 ZVG).
Ipoteka biex tiggarantixxi pretensjoni tiġi rreġistrata mill-qorti lokali fejn jinżamm ir-reġistru tal-artijiet (Grundbuch) (l-Artikolu 867 ZPO, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tar-Reġistru tal-Artijiet (Grundbuchordnung))
Il-qorti tal-proċess tal-ewwel istanza hija kompetenti għall-eżekuzzjoni biex tiżgura li l-azzjonijiet jittieħdu, jitħallew isiru jew jinżammu milli jsiru (l-Artikoli 887, 888, 890 ZPO).
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, l-eżekuzzjoni titwettaq mill-uffiċjal ġudizzjarju (Gerichtsvollzieher) (l-Artikolu 753 ZPO).
3 Liema huma l-kundizzjonijiet biex jingħataw titoli jew deċiżjonijiet li jkunu eżekuttivi?
3.1 Il-proċedura
Il-proċedura tiddependi mill-miżura ta’ eżekuzzjoni rispettiva mitluba. L-eżekuzzjoni sseħħ abbażi ta’ sentenzi finali li ma jkunux għadhom jistgħu jiġu appellati jew li huma proviżorjament eżegwibbli (l-Artikolu 704 ZPO), sekwestru kawtelatorju (Arrest) u mandati kawtelatorji (einstweilige Verfügungen, (l-Artikoli 929, 936 ZPO) u d-dokumenti eżekuttivi l-oħrajn elenkati fl-Artikolu 794 ZPO; dan jinkludi mhux biss mandati tal-qorti iżda wkoll soluzzjonijiet milħuqa quddiem bord tal-arbitraġġ (Vergleiche vor Gütestellen), soluzzjonijiet konklużi minn avukati (Anwaltsvergleiche), u atti notarili (notarielle Urkunden). Il-miżura ta’ eżekuzzjoni tista’ tintalab mill-korp kompetenti bl-użu tad-dokument eżekutorju.
Il-qrati jiddeċiedu dwar ir-rikors tal-kreditur, tipikament mingħajr ma qabel jisimgħu lid-debitur sabiex jiġi evitat li jiġi pperikolat is-suċċess tal-eżekuzzjoni. Id-dritt għal smigħ jingħata bħala parti mill-miżura. Id-deċiżjoni dwar ir-rikors tinħareġ fil-forma ta’ digriet. Id-deċiżjonijiet tal-qorti jistgħu jiġu appellati permezz ta’ oġġezzjoni (l-Artikolu 766 ZPO) jew ilment immedjat (l-Artikolu 793 ZPO).
Fil-prinċipju ma hija meħtieġa l-ebda rappreżentanza legali (l-Artikolu 78 ZPO).
L-attenzjoni tal-attivitajiet tal-uffiċjal ġudizzjarju hija fuq l-eżekuzzjoni kontra l-proprjetà mobbli. Hawnhekk l-uffiċjal ġudizzjarju fil-prinċipju jippermetti li d-debitur iħallas bi ħlasijiet parzjali, u huwa responsabbli li jiżgura li l-proċedura tal-eżekuzzjoni tiġi konkluża fil-ħin u b’mod effettiv. Wieħed mill-obbligi primarji tiegħu huwa li jikseb deskrizzjoni tal-beni taħt ġurament mingħand id-debitur. Oqsma oħra ta’ kompetenza jinkludu:
- l-irkupru ta’ proprjetà mobbli u immobbli (żgumbrament);
- it-tegħlib ta’ reżistenza min-naħa tad-debitur għal azzjonijiet li obbligat jippermetti;
- in-notifika, wara talba ta’ parti, ta’ dokumenti meħtieġa għall-eżekuzzjoni obbligatorja;
- l-eżekuzzjoni tal-mandati għal sekwestru kawtelatorju u mandati kawtelatorji (meta din ma tkunx kwistjoni għall-qorti);
- l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest wara rifjut ta’ forniment tad-deskrizzjoni tal-beni.
Uffiċjal ġudizzjarju huwa uffiċjal tal-qorti f’Land, u huwa taħt is-superviżjoni tal-imħallef li jippresjedi l-qorti lokali. Madankollu, huwa funzjonalment indipendenti fl-eżerċizzju tal-obbligi ta’ eżekuzzjoni tiegħu: din il-funzjoni amministrattiva ma tistax tintuża biex teżerċita influwenza fuqu. Il-miżuri meħuda u d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż imfassla mill-uffiċjal ġudizzjarju jistgħu jiġu kkontestati billi titressaq oġġezzjoni (Erinnerung). L-istess japplika jekk l-uffiċjal ġudizzjarju jirrifjuta li jeżegwixxi l-mandat. L-ilmenti kontra n-natura tal-eżekuzzjoni obbligatorja (oġġezzjonijiet) jinstemgħu mill-qorti b’ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni.
Spejjeż tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni:
Il-liġi tipprevedi metodi differenti ta’ eżekuzzjoni, skont il-pretensjoni li trid tiġi żgurata. Il-miżuri ta’ eżekuzzjoni differenti għandhom spejjeż differenti:
- a. Mandat ta’ sekwestru ta’ oġġetti:
Meta d-dritt għal pagament ta’ somma ta’ flus speċifika jiġi aċċettat, il-kreditur jista’ jitlob lill-uffiċjal ġudizzjarju biex jeżegwixxi l-pagament. Titħallas tariffa ta’ EUR 28.60 għas-sekwestru tal-proprjetà mobbli tad-debitur mill-uffiċjal ġudizzjarju, f’konformità mal-punt 205 tal-iskeda tat-tariffi (Kostenverzeichnis – KV) annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Gerichtsvollzieherkostengesetz – GvKostG). Għall-bejgħ tal-oġġetti sekwestrati, għal irkant pubbliku (li jista’ jkun irkant lokali jew irkant fuq l-internet aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ pjattaforma tal-irkant), jew għal realizzazzjoni f’xi forma oħra, hemm tariffa addizzjonali ta’ EUR 57.20 li hija pagabbli f’konformità mal-punt 300 tal-iskeda tat-tariffi . Bħala prinċipju bażiku, jiġi impost ukoll ħlas addizzjonali għall-ħin, f’konformità mal-punt 500 tal-iskeda, jekk ir-rapport imfassal mill-uffiċjal ġudizzjarju jindika li l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tkun ħadet iktar minn 3 sigħat. L-ammonti addizzjonali jammontaw għal EUR 22.00 għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha. Barra minn hekk, hemm l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju, speċjalment fil-forma ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar (il-punt 711 tal-iskeda tat-tariffi).
- b. Mandat ta’ sekwestru ta’ pretensjonijiet tad-debitur:
Mandat biex titħallas somma ta’ flus tista’ tiġi miksuba wkoll permezz ta’ rikors quddiem il-qorti għal mandat ta’ sekwestru ta’ pretensjoni tad-debitur (pereżempju għall-pagament ta’ qligħ) u ċ-ċessjoni tagħha lill-kreditur, b’pagamenti li jitnaqqsu mid-dejn (zur Einziehung, “għall-ġbir”) jew iċ-ċessjoni sservi ta’ saldu tal-pretensjoni tal-kreditur fuq id-debitur (an Zahlungs statt, “minflok pagament”) (l-Artikoli 829, 835 ZPO). Bħala regola, mandat ta’ sekwestru u ċessjoni ta’ pretensjoni isir rikors għalihom b’mod konġunt u kkombinat f’deċiżjoni ta’ mandat ta’ sekwestru u ċessjoni. Titħallas tariffa ta’ EUR 22.00 għall-proċedimenti fuq ir-rikorsi, f’konformità mal-punt 2111 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Gerichtskostengesetz – GKG). Iridu jitħallsu wkoll l-ispejjeż imġarrba mill-uffiċjal ġudizzjarju għan-notifika tad-deċiżjoni ta’ sekwestru u ċessjoni lid-debitur terz u lid-debitur.
- c. Teħid ta’ deskrizzjoni tal-beni:
L-uffiċjal ġudizzjarju jimponi tariffa ta’ EUR 36.30 biex tittieħed deskrizzjoni tal-beni, f’konformità mal-punt 260 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċċjali Ġudizzjarji.
- d. Eżekuzzjoni kontra proprjetà immobbli:
L-eżekuzzjoni obbligatorja kontra l-proprjetà immobbli tad-debitur tieħu l-forma ta’ self ipotekarju mdaħħal fir-reġistru tal-artijiet, jew bejgħ furzat jew riċevitura tal-proprjetà.
Għad-dħul ta’ self ipotekarju fir-reġistru tal-artijiet biex tiġi żgurata pretensjoni, trid titħallas tariffa, skont il-punt 14121 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti u tan-Nutara (Gerichts- und Notarkostengesetz – GNotKG), bir-rata tat-tariffa ta’1.0 bbażata fuq il-valur tal-pretensjoni li trid tiġi ggarantita (l-Artikolu 53(1) tal-Att). Fl-Anness 1 hemm tabella tat-tariffi għal valuri sa massimu ta’ EUR 3 miljun.
It-tariffi tal-qorti għal proċeduri skont l-Att dwar Bejgħ Furzat u Riċevituri huma determinati mill-Parti 2, Taqsima 2, Subpartijiet 1 u 2 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti. Trid titħallas tariffa ta’ EUR 110.00 għal deċiżjoni dwar rikors għal ordni għall-bejgħ furzat ta’ art jew dwar talba biex tintervjeni fil-proċeduri. Hemm ukoll tariffa għall-proċeduri stess, tariffa biex jinżamm mill-inqas irkant wieħed b’sejħa għall-offerti, tariffa biex jiġi konkluż il-bejgħ, u tariffa biex jitqassmu r-rikavati; kull waħda minn dawn it-tariffi tammonta għal rata ta’ 0.5. It-tariffi għall-proċeduri u biex jinżamm l-irkant jiġu determinati b’referenza għall-valur tal-proprjetà aċċettata mill-qorti tal-eżekuzzjoni (valur tas-suq, l-Artikolu 54(1) tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti). It-tariffi biex jitqassmu r-rikavati jiġu determinati abbażi tal-offerta rebbieħa, wara li jitnaqqas l-imgħax, inkluż il-valur ta’ kwalunkwe drittijiet pendenti skont it-termini tal-irkant (l-Artikolu 54(2) u (3) tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti). It-tariffa għall-konklużjoni tal-bejgħ trid tqis ukoll l-ammont li jirriżulta f’li l-offerent jitqies issodisfat mir-rikavati mill-bejgħ tal-art (l-Artikolu 54(2) tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti). Fl-Anness 2 hemm tabella tat-tariffi għal valuri sa massimu ta’ EUR 500 000. Minbarra t-tariffi, l-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri jiġu imposti separatament, f’konformità mal-Parti 9 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti; dawn jinkludu l-ispejjeż li jridu jitħallsu għall-valutazzjoni mis-surveyor tal-valur tas-suq tal-proprjetà f’konformità mal-Att dwar ir-Rimunerazzjoni Ġudizzjarja u l-Kumpens (Justizvergütungs- und entschädigungsgesetz – JVEG) (il-punt 9005 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti).
Trid titħallas tariffa ta’ EUR 110.00 għal deċiżjoni dwar ir-rikors għal ordni ta’ riċevitura jew dwar talba biex tintervjeni fil-proċeduri. Ir-riċevitura stess hija soġġetta għal tariffa annwali bir-rata ta’ 0.5, b’minimu ta’ EUR 132.00 kumplessivament u minimu ta’ EUR 66.00 f’kull wieħed mill-ewwel u l-aħħar snin kalendarji. L-ammont tat-tariffa jiġi determinat b’referenza għad-dħul totali mir-riċevitura (l-Artikolu 55 tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti).
- e. Irkupru u miżuri koerċittivi li jiżguraw li l-azzjonijiet isiru, jitħallew isiru jew jinżammu milli jsiru:
Jekk id-debitur ikun rikjest li jċedi l-proprjetà mobbli, il-proprjetà trid tiġi rkuprata mingħand id-debitur permezz tal-uffiċjal ġudizzjarju u tgħaddi għand il-kreditur. Għal dan l-att uffiċjali, l-uffiċjal ġudizzjarju jimponi tariffa ta’ EUR 28.60, f’konformità mal-punt 221 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji. Minbarra din it-tariffa, jiġi impost ħlas addizzjonali għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, jekk ir-rapport imfassal mill-uffiċjal ġudizzjarju jindika li l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tkun ħadet iktar minn 3 sigħat. L-ammonti addizzjonali jammontaw għal EUR 22.00 għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha.
Jekk id-debitur ikun meħtieġ iċedi proprjetà immobbli, l-uffiċjal ġudizzjarju irid jieħu l-pussess mingħand id-debitur u jagħti l-pussess lill-kreditur (żgumbrament). Tiġi imposta tariffa ta’ EUR 150.00 f’konformità mal-punt 240 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji. Hawnhekk ukoll jiġi impost ħlas addizzjonali ta’ EUR 22.00 għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha, jekk l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tieħu aktar minn 3 sigħat. Barra minn hekk, jiġu imposti wkoll l-ispejjeż skont is-Subparti 7 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji, inklużi l-ispejjeż tas-servizzi meħtieġa pprovduti minn terzi, bħall-ġarr jew is-servizzi ta’ ħaddied li jagħmel u jsewwi s-serraturi.
Fil-proċeduri quddiem il-qorti biex iġġiegħel it-twettiq ta’ azzjoni (sew jekk tista’ titwettaq biss mid-debitur u sew jekk tista’ titwettaq minn persuna oħra f’postu), biex azzjoni titħalla ssir, jew biex azzjoni tinżamm milli ssir, trid titħallas tariffa tal-qorti li tammonta għal EUR 22.00 f’kull każ, f’konformità mal-punt 2111 tal-iskeda tat-tariffi annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti.
3.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin
Miżuri ta’ eżekuzzjoni fuq talba tal-kreditur ikunu ammissibbli biss jekk il-kreditur ikun fil-pussess ta’ dokument eżekutorju li jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu. Dan jista’ jkun sentenza finali li ma għadhiex tista’ tiġi appellata jew li hija proviżorjament eżegwibbli (l-Artikolu 704 ZPO) jew wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Artikolu 794 ZPO (pereżempju saldi ġudizzjarji (gerichtlicher Vergleich), mandat ta’ eżekuzzjoni (Vollstreckungsbescheid), jew att notarili). Bħala regola ġenerali, id-dokument irid ikun fih ċertifikat ta’ eżekutorjetà tal-qorti (Vollstreckungsklausel) li jiċċertifika l-eżekutorjetà tad-dokument (l-Artikolu 724 ZPO). Ċertifikat ta’eżekutorjetà tal-qorti jkun meħtieġ biss f’każijiet eċċezzjonali għall-mandati ta’ eżekuzzjoni, mandati ta’ sekwestru kawtelatorji u mandati kawtelatorji oħrajn (l-Artikolu 796 ZPO; l-Artikoli 929(1), 936 ZPO). Barra minn hekk, l-eżekuzzjoni tista’ tibda biss jekk id-dokument ikun diġà ġie nnotifikat lid-debitur jew jiġi nnotifikat fl-istess ħin (l-Artikolu 750 (1) ZPO).
4 L-għan u n-natura ta’ miżuri eżekuttivi
4.1 Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għall-eżekuzzjoni?
Il-beni mobbli, il-pretensjonijiet u drittijiet oħra ta’ proprjetà u proprjetà immobbli tad-debitur jistgħu jkunu soġġetti għal eżekuzzjoni.
L-Artikolu 811 ZPO jispeċifika li ċerti beni ma jistgħux jiġu sekwestrati. L-għan huwa li d-debitur u l-unità domestika tiegħu jitħallew iżommu l-minimu essenzjali għal użu personali jew professjonali, pereżempju.
Japplikaw ukoll restrizzjonijiet fuq il-mandat ta’ sekwestru għad-dħul li jkun qala’ d-debitur. L-Artikoli 850 et seq. ZPO jipprevedu ċerti ammonti li ma jistgħux jiġu sekwestrati, billi d-debitur għandu bżonnhom biex jipprovdi għas-sussistenza tiegħu. Bilanċi ta’ kreditu jistgħu jiġu protetti f’“kont eżenti mis-sekwestru” (Pfändungsschutzkonto, l-Artikolu 850k ZPO). Ċerti ammonti eżenti mis-sekwestru jinżammu f’dawn il-kontijiet irrispettivament mill-oriġini tal-bilanċ ta’ kreditu (l-Artikoli 899 et seq. ZPO).
4.2 X’inhuma l-effetti tal-miżuri eżekuttivi?
- Rigward id-debitur
L-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni monetarja kontra l-proprjetà mobbli tad-debitur isseħħ permezz ta’ mandat ta’ sekwestru u r-realizzazzjoni tal-proprjetà sekwestrata. Il-mandat ta’ sekwestru huwa att uffiċjali li jwassal għall-konfiska tal-oġġett issekwestrat. Fost effetti oħrajn, il-konfiska ċċaħħad lid-debitur mis-setgħa li jiddisponi mill-oġġett sekwestrat.
- Fir-rigward tal-kreditur
Il-kreditur jakkwista dritt ta’ rahan (Pfandrecht) fuq l-oġġett sekwestrat b’riżultat tas-sekwestru (l-Artikolu 804(1) ZPO). Id-dritt ta’ rahan li jirriżulta minn sekwestru jistabbilixxi dritt għall-użu tal-oġġett sekwestrat u li għandu jiġi ssodisfat mir-rikavat.
- Rigward partijiet terzi
Meta l-pretensjonijiet miżmuma mid-debitur kontra parti terza jiġu sekwestrati u ċeduti, il-parti terza ma tibqax tħallas lid-debitur; hija tista’ tħallas pretensjoni li tkun ġiet ċeduta lil kreditur għal tnaqqis mill-pretensjoni tad-debitur lill-kreditur biss, u dan jirrilaxxaha mid-dejn tagħha. Parti terza li tikser dan l-obbligu tiffaċċja r-riskju ta’ azzjoni għal danni.
Jekk l-uffiċjal ġudizzjarju jkun issekwestra l-proprjetà immobbli li ma tkunx tappartjeni lid-debitur iżda lil parti terza, il-parti terza tista’ topponi s-sekwestru tal-proprjetà tagħha permezz ta’ oġġezzjoni ta’ parti terza (Drittwiderspruchsklage, l-Artikolu 771 ZPO).
4.3 X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn?
Il-pretensjonijiet li ma għadhomx miftuħa għal appell u l-pretensjonijiet taħt saldi jew atti eżegwibbli huma soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 30 sena skont l-Artikolu 197 tal-Kodiċi Ċivili (BGB). Il-kreditur jista’ jibda proċeduri ta’ eżekuzzjoni fi kwalunkwe żmien matul dak il-perjodu.
5 Hemm possibilità li d-deċiżjoni li tawtorizza din il-miżura tiġi appellata?
Ma hemm l-ebda proċedura skont il-liġi Ġermaniża biex tingħata eżekuzzjoni ġenerali. Minn dan isegwi li lanqas ma hemm rimedju speċifiku f’dan ir-rigward.
Id-debitur jista’ joġġezzjona għall-miżuri meħuda kontrih bħala parti mill-proċeduri ta’ eżekuzzjoni. Huwa jista’ joġġezzjona (Erinnerung) kontra l-manjiera tal-eżekuzzjoni. Jista’ jressaq ilment immedjat (Beschwerde) kontra deċiżjoni meħuda fi proċeduri fejn ma tkun saret l-ebda seduta tas-smigħ (l-Artikoli 793, 567 ZPO). Dan l-ilment irid jitressaq f’perjodu ta’ ġimagħtejn quddiem il-qorti li d-deċiżjoni tagħha qed tiġi opposta, jew quddiem il-qorti tal-appell.
Ir-rikors ta’ dan ir-rimedju ma għandu l-ebda impatt fuq il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni mibdija; ma hemm l-ebda effett sospensiv.
Ir-rimedji (oġġezzjoni u lment immedjat) huma disponibbli wkoll għall-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri (eż. kreditur jew debitur terz).
6 Hemm xi limiti fuq l-eżekuzzjoni, b’mod partikolari relatati ma’ ħarsien tad-debitur jew preskrizzjonijiet?
Is-sekwestru tal-beni kollha tad-debitur (Kahlpfändung) mhuwiex permess. Hemm diversi salvagwardji fis-seħħ maħsubin biex jippermettu lid-debitur jgħix ħajja dinjituża, ara l-mistoqsija 4.1 hawn fuq.
Hemm ukoll projbizzjoni fuq is-sejwestru ta’ aktar milli hu meħtieġ biex jiġi ssodisfat il-kreditur u biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni (projbizzjoni ta’ sekwestru eċċessiv (Verbot der Überpfändung, l-Artikolu 803 ZPO).
Anness 1
Valur kummerċjali |
Tariffa |
Valur kummerċjali |
Tariffa |
Valur kummerċjali |
Tariffa |
500 |
15.00 |
200 000 |
435.00 |
1 550 000 |
2 615.00 |
1 000 |
19.00 |
230 000 |
485.00 |
1 600 000 |
2 695.00 |
1 500 |
23.00 |
260 000 |
535.00 |
1 650 000 |
2 775.00 |
2 000 |
27.00 |
290 000 |
585.00 |
1 700 000 |
2 855.00 |
3 000 |
33.00 |
320 000 |
635.00 |
1 750 000 |
2 935.00 |
4 000 |
39.00 |
350 000 |
685.00 |
1 800 000 |
3 015.00 |
5 000 |
45.00 |
380 000 |
735.00 |
1 850 000 |
3 095.00 |
6 000 |
51.00 |
410 000 |
785.00 |
1 900 000 |
3 175.00 |
7 000 |
57.00 |
440 000 |
835.00 |
1 950 000 |
3 255.00 |
8 000 |
63.00 |
470 000 |
885.00 |
2 000 000 |
3 335.00 |
9 000 |
69.00 |
500 000 |
935.00 |
2 050 000 |
3 415.00 |
10 000 |
75.00 |
550 000 |
1 015.00 |
2 100 000 |
3 495.00 |
13 000 |
83.00 |
600 000 |
1 095.00 |
2 150 000 |
3 575.00 |
16 000 |
91.00 |
650 000 |
1 175.00 |
2 200 000 |
3 655.00 |
19 000 |
99.00 |
700 000 |
1 255.00 |
2 250 000 |
3 735.00 |
22 000 |
107.00 |
750 000 |
1 335.00 |
2 300 000 |
3 815.00 |
25 000 |
115.00 |
800 000 |
1 415.00 |
2 350 000 |
3 895.00 |
30 000 |
125.00 |
850 000 |
1 495.00 |
2 400 000 |
3 975.00 |
35 000 |
135.00 |
900 000 |
1 575.00 |
2 450 000 |
4 055.00 |
40 000 |
145.00 |
950 000 |
1 655.00 |
2 500 000 |
4 135.00 |
45 000 |
155.00 |
1 000 000 |
1 735.00 |
2 550 000 |
4 215.00 |
50 000 |
165.00 |
1 050 000 |
1 815.00 |
2 600 000 |
4 295.00 |
65 000 |
192.00 |
1 100 000 |
1 895.00 |
2 650 000 |
4 375.00 |
80 000 |
219.00 |
1 150 000 |
1 975.00 |
2 700 000 |
4 455.00 |
95 000 |
246.00 |
1 200 000 |
2 055.00 |
2 750 000 |
4 535.00 |
110 000 |
273.00 |
1 250 000 |
2 135.00 |
2 800 000 |
4 615.00 |
125 000 |
300.00 |
1 300 000 |
2 215.00 |
2 850 000 |
4 695.00 |
140 000 |
327.00 |
1 350 000 |
2 295.00 |
2 900 000 |
4 775.00 |
155 000 |
354.00 |
1 400 000 |
2 375.00 |
2 950 000 |
4 855.00 |
170 000 |
381.00 |
1 450 000 |
2 455.00 |
3 000 000 |
4 935.00 |
185 000 |
408.00 |
1 500 000 |
2 535.00 |
Anness 2
Ammont mitlub |
Tariffa |
Ammont mitlub |
Tariffa |
500 |
38.00 |
50 000 |
601.00 |
1 000 |
58.00 |
65 000 |
733.00 |
1 500 |
78.00 |
80 000 |
865.00 |
2 000 |
98.00 |
95 000 |
997.00 |
3 000 |
119.00 |
110 000 |
1 129.00 |
4 000 |
140.00 |
125 000 |
1 261.00 |
5 000 |
161.00 |
140 000 |
1 393.00 |
6 000 |
182.00 |
155 000 |
1 525.00 |
7 000 |
203.00 |
170 000 |
1 657.00 |
8 000 |
224.00 |
185 000 |
1 789.00 |
9 000 |
245.00 |
200 000 |
1 921.00 |
10 000 |
266.00 |
230 000 |
2 119.00 |
13 000 |
295.00 |
260 000 |
2 317.00 |
16 000 |
324.00 |
290 000 |
2 515.00 |
19 000 |
353.00 |
320 000 |
2 713.00 |
22 000 |
382.00 |
350 000 |
2 911.00 |
25 000 |
411.00 |
380 000 |
3 109.00 |
30 000 |
449.00 |
410 000 |
3 307.00 |
35 000 |
487.00 |
440 000 |
3 505.00 |
40 000 |
525.00 |
470 000 |
3 703.00 |
45 000 |
563.00 |
500 000 |
3 901.00 |
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.