

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Eżekuzzjoni obbligatorja (Zwangsvollstreckung) hija l-proċedura użata biex tiġi eżegwita pretensjoni tad-dritt privat b’kompulsjoni pubblika. L-Istat għandu s-setgħa li jeżegwixxi, u jopera permezz tar-rappreżentanti tiegħu b’konformità mal-awtorità sovrana tiegħu.
Dawn il-miżuri ta’ eżekuzzjoni huma disponibbli biex iġiegħlu lid-debitur jissodisfa obbligu impost fuqu biex jagħmel pagament, iwettaq azzjoni, eċċ.:
Eżekuzzjoni obbligatorja fil-Ġermanja hija rregolata minn §§ 704 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO) u mill-Att dwar Bejgħ Furzat u Riċevituri (Gesetz über die Zwangsversteigerung und Zwangsverwaltung – ZVG).
Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014, li jirregola l-eżekuzzjoni transfruntiera ta’ pretensjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE, huwa implimentat fil-Ġermanja bi §§ 946 et seq. ZPO.
Ara l-mistoqsija 3 hawn taħt.
Iva. Id-deċiżjonijiet ikkonċernati jinkludu sentenzi finali li ma għadhomx miftuħa għal appell jew li huma provviżorjament eżegwibbli (§ 704 ZPO), ordni ta’ sekwestru kawtelatorju (Arrest) u ordnijiet provviżorji (einstweilige Verfügungen, §§ 929, 936 ZPO), u d-dokumenti l-oħra eżegwibbli elenkati fi § 794 ZPO, li jinkludu mhux biss ordnijiet tal-qorti iżda anke saldi milħuqa quddiem tribunal tal-arbitraġġ (Vergleiche vor Gütestellen), saldi konklużi minn avukati (Anwaltsvergleiche), u atti notarili (notarielle Urkunden).
Jenħtieġ ordni tal-qorti għall-ordni ta’ sekwestru ta’ pretensjonijiet u assi oħrajn miżmuma mid-debitur, għal miżuri koerċittivi biex jiżguraw li azzjonijiet jittieħdu u jżommu lura minnhom, u għal eżekuzzjoni obbligatorja kontra proprjetà immobbli skont l-Att dwar Irkanti Pubbliċi u Riċevituri.
Għall-ordni ta’ sekwestru ta’ pretensjonijiet tad-debitur: il-qorti lokali (Amtsgericht) għall-post fejn jgħix id-debitur.
Biex miżuri koerċittivi jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu jew iżommu lura minnhom: il-qorti ġenerali xierqa.
Għal bejgħ furzat u riċevituri: il-qorti lokali għall-post fejn tinsab il-proprjetà.
Uffiċjal ġudizzjarju (Gerichtsvollzieher) huwa uffiċjal tal-qorti f’Land, u huwa taħt il-funzjoni superviżorja tal-imħallef li jippresjedi l-qorti lokali. Madankollu, huwa funzjonalment indipendenti fl-eżerċizzju tal-obbligi ta’ eżekuzzjoni tiegħu: din il-funzjoni amministrattiva ma tistax tintuża biex teżerċita influwenza fuqu. Il-miżuri meħuda u d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż imfassla mill-uffiċjal ġudizzjarju jistgħu jiġu kkontestati billi titressaq oġġezzjoni (Erinnerung). L-istess japplika jekk l-uffiċjal ġudizzjarju jirrifjuta li jeżegwixxi l-ordni. L-oġġezzjoni tinstema’ mill-qorti b’ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni.
L-uffiċjal ġudizzjarju huwa responsabbli li jeżegwixxi sentenzi fi kwistjonijiet ċivili skont il-Ktieb 8 taż-ZPO. L-attenzjoni hija fuq l-eżekuzzjoni kontra l-proprjetà mobbli. Hawnhekk l-uffiċjal ġudizzjarju fil-prinċipju jippermetti li d-debitur iħallas bi ħlasijiet parzjali, u huwa responsabbli li jiżgura li l-proċedura tal-eżekuzzjoni tiġi konkluża fil-ħin u b’mod effettiv. Wieħed mill-obbligi primarji tiegħu huwa li jieħu dikjarazzjoni tal-assi taħt ġurament mingħand id-debitur. Oqsma oħra ta’ kompetenza jinkludu:
Il-qorti b’ġuriżdizzjoni f’rikorsi għal eżekuzzjoni normalment hija l-qorti lokali, meta r-rappreżentanza legali ma tkunx obbligatorja.
Biex miżuri koerċittivi jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu jew iżommu lura minnhom, irid isir rikors quddiem il-qorti ġenerali xierqa, li f’ċerti ċirkustanzi tista’ tkun qorti superjuri(il-qorti reġjonali (Landgericht)), meta fil-prinċipju r-rappreżentanza legali hija meħtieġa.
Spejjeż ta’ miżuri ta’ eżegwibbiltà
Il-liġi tipprevedi metodi differenti ta’ eżegwibbiltà, skont il-pretensjoni li trid tiġi żgurata. Il-miżuri ta’ eżegwibbiltà differenti għandhom spejjeż differenti:
Meta d-dritt għal pagament ta’ somma ta’ flus speċifika jiġi aċċettat, il-kreditur jista’ jitlob lill-uffiċjal ġudizzjarju biex jeżegwixxi l-pagament. Miżata ta’ EUR 26 hija pagabbli għal ordni ta’ sekwestru tal-proprjetà mobbli tad-debitur mill-uffiċjal ġudizzjarju, skont il-punt 205 tal-iskeda tal-miżati (Kostenverzeichnis – KV) annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Gerichtsvollzieherkostengesetz – GvKostG). Għall-bejgħ tal-oġġetti sekwestrati, għal irkant pubbliku (li jista’ jkun irkant lokali jew irkant fuq l-internet aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ pjattaforma tal-irkant), jew għal realizzazzjoni f’xi forma oħra, hemm miżata addizzjonali ta’ EUR 52 li hija pagabbli skont il-punt 300 tal-iskeda tal-miżati . Jiġi impost ukoll ħlas addizzjonali għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, jekk ir-rapport imfassal mill-uffiċjal ġudizzjarju jindika li l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tkun ħadet iktar minn tliet sigħat. Il-ħlas addizzjonali jammonta għal EUR 20 għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha. Barra minn hekk, hemm l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju, speċjalment fil-forma ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar (il-punt 711 tal-iskeda tal-miżati).
Ordni biex titħallas somma ta’ flus tista’ tiġi żgurata wkoll permezz ta’ rikors quddiem il-qorti għal ordni ta’ sekwestru ta’ pretensjoni miżmuma mid-debitur (pereżempju għall-pagament ta’ rikavati) u ċ-ċessjoni tagħha lill-kreditur, b’pagamenti li jitnaqqsu mid-dejn (zur Einziehung, “għall-ġbir”) jew iċ-ċessjoni sservi ta’ saldu tal-pretensjoni tal-kreditur fuq id-debitur (an Zahlungs statt, “minflok pagament”) (§§ 829, 835 ZPO). Bħala regola, ordni ta’ sekwestru u ċessjoni ta’ pretensjoni isir rikors għalihom b’mod konġunt u kkombinat f’deċiżjoni ta’ ordni ta’ sekwestru u ċessjoni. Madankollu, miżata ta’ EUR 20 biss hija pagabbli għall-proċedimenti fuq ir-rikorsi, skont il-punt 2111 tal-iskeda tal-miżati (Kostenverzeichnis – KV) annessi mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Gerichtsvollzieherkostengesetz – GvKostG). L-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tan-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti, jiġu imposti separatament, skont il-Parti 9 tal-istess skeda ta’ miżati.
L-uffiċjal ġudizzjarju jimponi miżata ta’ EUR 33 biex tittieħed dikjarazzjoni ta’ assi, skont il-punt 260 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċċjali Ġudizzjarji.
L-eżekuzzjoni obbligatorja kontra l-proprjetà immobbli tad-debitur tieħu l-forma ta’ self ipotekarju mdaħħal fir-reġistru tal-artijiet, jew bejgħ furzat jew riċevituri tal-proprjetà.
Għad-dħul ta’ self ipotekarju fir-reġistru tal-artijiet biex tiġi żgurata pretensjoni, miżata hija pagabbli, skont il-punt 14121 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti u tan-Nutara (Gerichts- und Notarkostengesetz – GNotKG), bir-rata ta’1 % tal-valur tal-pretensjoni biex tiġi żgurata (§ 53(1) tal-Att). Fl-Anness 1 hemm tabella tal-miżati għal valuri sa massimu ta’ EUR 3 miljun.
Il-miżati tal-qorti għal proċeduri skont l-Att dwar Bejgħ Furzat u Riċevituri huma determinati mill-Parti 2, Taqsima 2, Subpartijiet 1 u 2 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti. Miżata ta’ EUR 100 hija pagabbli għal deċiżjoni dwar rikors għal ordni għall-bejgħ furzat ta’ art jew dwar rikjesta bħala intervenjent fil-proċeduri. Hemm ukoll miżata għall-proċeduri bħala tali, miżata biex jinżamm mill-inqas irkant wieħed bi proċedura miftuħa, miżata biex jiġi konkluż il-bejgħ, u miżata biex jitqassmu r-rikavati; kull waħda minn dawn il-miżati tammonta għal 0.5 %. Il-miżati għall-proċeduri u biex jinżamm l-irkant huma determinati b’referenza għall-valur tal-proprjetà aċċettata mill-qorti ta’ eżekuzzjoni (valur tas-suq, § 54(1) tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti). Il-miżati biex jiġi konluż il-bejgħ u jitqassmu r-rikavati huma determinati abbażi tal-offerta rebbieħa, wara li jitnaqqas l-imgħax, inkluż il-valur ta’ kwalunkwe drittijiet pendenti skont it-termini tal-irkant (§ 54(2) u (3) tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti). Fl-Anness 2 hemm tabella tal-miżati għal valuri sa massimu ta’ EUR 500 000. Apparti l-miżati, l-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri jiġu imposti separatament, skont il-Parti 9 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti; dawn jinkludu l-ispejjeż pagabbli għall-valwazzjoni ta’ stħarriġ tal-valur tas-suq tal-proprjetà skont l-Att dwar ir-Remunerazzjoni Ġudizzjarja u l-Kumpens (Justizvergütungs- und ‑entschädigungsgesetz – JVEG) (il-punt 9005 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti).
Miżata ta’ EUR 100 hija pagabbli għal deċiżjoni dwar ir-rikors għal ordni ta’ riċevitura jew dwar rikjesta bħala intervenjent fil-proċeduri. Ir-riċevitura stess hija soġġetta għal miżata annwali bir-rata ta’ 0.5 %, b’minimu ta’ EUR 120 b’mod ġenerali u minimu ta’ EUR 60 f’kull wieħed mill-ewwel u l-aħħar snin kalendarji. L-ammont tal-miżata huwa determinat b’referenza għad-dħul totali mir-riċevitura (§ 55 tal-Att dwar l-ispejjeż tal-Qorti).
Jekk id-debitur ikun rikjest li jċedi l-proprjetà mobbli, il-proprjetà trid tiġi rkuprata mingħand id-debitur permezz tal-uffiċjal ġudizzjarju u tgħaddi għand il-kreditur. Għal dan l-att uffiċjali, l-uffiċjal ġudizzjarju jimponi miżata ta’ EUR 26, skont il-punt 221 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji. Apparti din il-miżata, jiġi impost ħlas addizzjonali għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, jekk ir-rapport imfassal mill-uffiċjal ġudizzjarju jindika li l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tkun ħadet iktar minn tliet sigħat. Il-ħlas addizzjonali jammonta għal EUR 20 għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha.
Jekk id-debitur ikun meħtieġ iċedi proprjetà immobbli, l-uffiċjal ġudizzjarju irid jieħu l-pussess mingħand id-debitur u jagħti l-pussess lill-kreditur (żgumbrament). Tiġi imposta miżata ta’ EUR 98 skont il-punt 240 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċċjali Ġudizzjarji. Hawnhekk ukoll jiġi impost ħlas addizzjonali ta’ EUR 20 għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha, jekk l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tieħu aktar minn tliet sigħat. Barra minn hekk, jiġu imposti wkoll l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju, inkluż l-ispejjeż tas-servizzi meħtieġa pprovduti minn partijiet terzi, bħall-ġarr jew is-servizzi ta’ ħaddied li jagħmel u jsewwi s-serraturi.
Fil-proċeduri quddiem il-qorti biex iġiegħlu t-twettiq ta’ azzjoni (jekk tista’ titwettaq biss mid-debitur jew jekk tista’ titwettaq minn persuna oħra f’postu), biex jippermettu azzjoni, jew biex iżommu lura minn azzjoni, hemm miżata tal-qorti pagabbli li tammonta għal EUR 20 f’kull każ, skont il-punt 2111 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti.
Il-kreditur irid ikollu fil-pussess tiegħu dokument ta’ eżekuzzjoni li jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu. Dan jista’ jkun sentenza finali li ma għadhiex miftuħa għal appell jew provviżorjament eżegwibbli (§ 704 ZPO) jew wieħed mid-dokumenti elenkati fi § 794 ZPO (pereżempju saldi ġudizzjarji (gerichtlicher Vergleich), ordni ta’ eżekuzzjoni (Vollstreckungsbescheid), jew att notarili). Bħala regola ġenerali d-dokument irid ikun fih ċertifikat ta’ eżegwibbiltà tal-qorti (Vollstreckungsklausel) u jrid ikun ġie nnotifikat lid-debitur. Ċertifikat ta’ eżegwibbiltà tal-qorti huwa meħtieġ biss f’każijiet eċċezzjonali għal ordnijiet ta’ eżekuzzjoni, ordnijiet ta’ sekwestru provviżorji u ordnijiet provviżorji (§ 796 ZPO; §§ 929(1), 936 ZPO).
L-assi mobbli, il-pretensjonijiet u drittijiet oħra ta’ proprjetà u proprjetà immobbli tad-debitur jistgħu jkunu soġġetti għal eżekuzzjoni.
§ 811 ZPO jispeċifika l-assi mobbli li ma jistgħux jiġu sekwestrati; l-għan huwa li d-debitur u l-unità domestika tiegħu jitħallew iżommu l-minimu essenzjali għal użu personali jew professjonali.
Japplikaw ukoll resrizzjonijiet fuq l-ordni ta’ sekwestru għad-dħul li jkun qala’ d-debitur. §§ 850 et seq. ZPO jipprevedu ċerti ammonti li ma jistgħux jiġu sekwestrati, billi d-debitur għandu bżonnhom biex jipprovdi għas-sussistenza tiegħu. Bilanċi ta’ kreditu jistgħu jiġu protetti f’“kont eżenti mis-sekwestru” (Pfändungsschutzkonto, § 850k ZPO). Ċerti ammonti eżenti mis-sekwestru jinżammu f’dawn il-kontijiet irrispettivament mill-oriġini tal-bilanċ ta’ kreditu.
L-eżekuzzjoni kontra l-proprjetà mobbli tad-debitur isseħħ permezz ta’ ordni ta’ sekwestru u r-realizzazzjoni tal-proprjetà sekwestrata. Il-pretensjonijiet u d-drittijiet miżmuma mid-debitur kontra partijiet terzi huma sekwestrati b’inġunzjoni ta’ eżekuzzjoni. Fiż-żewġ każijiet, l-ordni ta’ sekwestru huwa att uffiċjali li jwassal għall-konfiska tal-oġġett issekwestrat. Fost effetti oħrajn, il-konfiska ċċaħħad lid-debitur mill-kontroll tal-oġġett.
Jekk l-uffiċjal ġudizzjarju jkun issekwestra l-proprjetà immobbli li tkun tappartjeni mhux għad-debitur iżda għal parti terza, il-parti terza tista’ topponi s-sekwestru tal-proprjetà tiegħu permezz ta’ oġġezzjoni ta’ parti terza (Drittwiderspruchsklage).
Meta l-pretensjonijiet miżmuma mid-debitur kontra parti terza jiġu sekwestrati u ċeduti, il-parti terza ma tibqax tħallas lid-debitur; hija tista’ tħallas pretensjoni li tkun ġiet ċeduta lil kreditur għal tnaqqis mill-pretensjoni tad-debitur lill-kreditur biss, u dan jirrilaxxaha mid-dejn tagħha. Parti terza li tikser dan l-obbligu tiffaċċja r-riskju ta’ azzjoni għal danni.
Il-pretensjonijiet li ma għadhomx miftuħa għal appell u l-pretensjonijiet taħt saldi jew atti eżegwibbli huma soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 30 sena skont § 197 tal-Kodiċi Ċivili (BGB). Il-kreditur jista’ jibda proċeduri ta’ eżekuzzjoni fi kwalunkwe żmien matul dak il-perjodu.
Ma hemm l-ebda proċedura skont il-liġi Ġermaniża biex tingħata eżekuzzjoni.
Id-debitur jista’ joġġezzjona għall-miżuri meħuda kontrih bħala parti mill-proċeduri ta’ eżekuzzjoni. Jista’ joġġezzjona (Erinnerung) kontra l-manjiera tal-eżekuzzjoni. Jista’ jressaq ilment immedjat (Beschwerde) kontra deċiżjoni meħuda fi proċeduri fejn ma tkun saret l-ebda seduta tas-smigħ. Dan l-ilment jista’ jitressaq f’perjodu ta’ ġimagħtejn quddiem il-qorti li jopponi għad-deċiżjoni tagħha, u dan jista’ jreġġa’ lura d-deċiżjoni tagħha stess, jew quddiem il-qorti reġjonali, bħala qorti tal-appell.
Ir-rikors ta’ dan ir-rimedju ma għandu l-ebda impatt immedjat fuq il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni mibdija; ma hemm l-ebda effett sospensiv.
Ara l-mistoqsija 4 hawn fuq.
Anness 1
Valur kummerjċali sa massimu ta’ EUR ... |
Miżata |
Valur kummerjċali sa massimu ta’ |
Miżata |
Valur kummerjċali sa massimu ta’ EUR ... |
Miżata |
500 |
15.00 |
200 000 |
435.00 |
1 550 000 |
2 615.00 |
1 000 |
19.00 |
230 000 |
485.00 |
1 600 000 |
2 695.00 |
1 500 |
23.00 |
260 000 |
535.00 |
1 650 000 |
2 775.00 |
2 000 |
27.00 |
290 000 |
585.00 |
1 700 000 |
2 855.00 |
3 000 |
33.00 |
320 000 |
635.00 |
1 750 000 |
2 935.00 |
4 000 |
39.00 |
350 000 |
685.00 |
1 800 000 |
3 015.00 |
5 000 |
45.00 |
380 000 |
735.00 |
1 850 000 |
3 095.00 |
6 000 |
51.00 |
410 000 |
785.00 |
1 900 000 |
3 175.00 |
7 000 |
57.00 |
440 000 |
835.00 |
1 950 000 |
3 255.00 |
8 000 |
63.00 |
470 000 |
885.00 |
2 000 000 |
3 335.00 |
9 000 |
69.00 |
500 000 |
935.00 |
2 050 000 |
3 415.00 |
10 000 |
75.00 |
550 000 |
1 015.00 |
2 100 000 |
3 495.00 |
13 000 |
83.00 |
600 000 |
1 095.00 |
2 150 000 |
3 575.00 |
16 000 |
91.00 |
650 000 |
1 175.00 |
2 200 000 |
3 655.00 |
19 000 |
99.00 |
700 000 |
1 255.00 |
2 250 000 |
3 735.00 |
22 000 |
107.00 |
750 000 |
1 335.00 |
2 300 000 |
3 815.00 |
25 000 |
115.00 |
800 000 |
1 415.00 |
2 350 000 |
3 895.00 |
30 000 |
125.00 |
850 000 |
1 495.00 |
2 400 000 |
3 975.00 |
35 000 |
135.00 |
900 000 |
1 575.00 |
2 450 000 |
4 055.00 |
40 000 |
145.00 |
950 000 |
1 655.00 |
2 500 000 |
4 135.00 |
45 000 |
155.00 |
1 000 000 |
1 735.00 |
2 550 000 |
4 215.00 |
50 000 |
165.00 |
1 050 000 |
1 815.00 |
2 600 000 |
4 295.00 |
65 000 |
192.00 |
1 100 000 |
1 895.00 |
2 650 000 |
4 375.00 |
80 000 |
219.00 |
1 150 000 |
1 975.00 |
2 700 000 |
4 455.00 |
95 000 |
246.00 |
1 200 000 |
2 055.00 |
2 750 000 |
4 535.00 |
110 000 |
273.00 |
1 250 000 |
2 135.00 |
2 800 000 |
4 615.00 |
125 000 |
300.00 |
1 300 000 |
2 215.00 |
2 850 000 |
4 695.00 |
140 000 |
327.00 |
1 350 000 |
2 295.00 |
2 900 000 |
4 775.00 |
155 000 |
354.00 |
1 400 000 |
2 375.00 |
2 950 000 |
4 855.00 |
170 000 |
381.00 |
1 450 000 |
2 455.00 |
3 000 000 |
4 935.00 |
185 000 |
408.00 |
1 500 000 |
2 535.00 |
Anness 2
Ammont mitlub sa massimu ta’ EUR ... |
Miżata |
Ammont mitlub sa massimu ta’ EUR ... |
Miżata |
500 |
35.00 |
50 000 |
546.00 |
1 000 |
53.00 |
65 000 |
666.00 |
1 500 |
71.00 |
80 000 |
786.00 |
2 000 |
89.00 |
95 000 |
906.00 |
3 000 |
108.00 |
110 000 |
1 026.00 |
4 000 |
127.00 |
125 000 |
1 146.00 |
5 000 |
146.00 |
140 000 |
1 266.00 |
6 000 |
165.00 |
155 000 |
1 386.00 |
7 000 |
184.00 |
170 000 |
1 506.00 |
8 000 |
203.00 |
185 000 |
1 626.00 |
9 000 |
222.00 |
200 000 |
1 746.00 |
10 000 |
241.00 |
230 000 |
1 925.00 |
13 000 |
267.00 |
260 000 |
2 104.00 |
16 000 |
293.00 |
290 000 |
2 283.00 |
19 000 |
319.00 |
320 000 |
2 462.00 |
22 000 |
345.00 |
350 000 |
2 641.00 |
25 000 |
371.00 |
380 000 |
2 820.00 |
30 000 |
406.00 |
410 000 |
2 999.00 |
35 000 |
441.00 |
440 000 |
3 178.00 |
40 000 |
476.00 |
470 000 |
3 357.00 |
45 000 |
511.00 |
500 000 |
3 536.00 |
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.