-
Dwar in-NĠE
In-NĠE (fi kwistjonijiet kriminali) huwa network ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE maħtura fost awtoritajiet ċentrali u awtoritajiet kompetenti oħra, b’responsabbiltajiet speċifiċi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.
-
ATLAS Ġudizzjarju f'materji kriminali
L-Atlas Ġudizzjarju tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jgħinek issib l-awtorità kompetenti li jkollok bżonn tikkuntattja biex titlob kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, skont it-tip ta’ kooperazzjoni (“miżura”) li tintalab.
-
Kompendju
Il-Kompendju jintuża biex jitfasslu talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-pajjiżi tal-UE.
-
Librerija Ġudizzjarja
Il-Librerija Ġudizzjarja tan-NĠE f’materji kriminali hija mfassla biex tipprovdi lill-prattikanti legali bid-dokumenti disponibbli kollha relatati mal-istrumenti legali rilevanti tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Il-librerija Ġudizzjarja fiha wkoll dokumenti rilevanti ta’ istituzzjonijiet oħrajn (KtE, NU).
-
Fiches Belges
Il-Fiches Belges hija għodda li tipprovdi informazzjoni prattika dwar settijiet speċifiċi ta’ miżuri li huma koperti mill-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.
-
Informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali
Fil-paġna “Info about national systems” tas-sit web tan-Network Ġudizzjarju Ewropew hemm links għal informazzjoni dwar is-sistemi ġudizzjarji ta’ pajjiżi konnessi man-NĠE.
-
Kooperazzjoni ma' pajjiżi mhux tal-UE u netwerks ġudizzjarji
In-Network Ġudizzjarju Ewropew, apparti r-relazzjonijiet mill-qrib tiegħu mal-pajjiżi kandidati u assoċjati tal-UE, stabbilixxa wkoll relazzjonijiet ma’ networks ġudizzjarji oħra u diversi pajjiżi oħra mhux tal-UE madwar id-dinja.