- Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
- Liema tipi ta’ avviżi huma ppubblikati?
- Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
- L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?
- X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?
- Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?
- It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?
- L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
Liema tipi ta’ avviżi huma ppubblikati?
It-tipi ta’ avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit https://www.justiz.gv.at/:
- Rapporti
- Perizji
- Opinjonijiet
- Evalwazzjonijiet
- Ċirkulari
- Linji gwida
- Testi għal konsultazzjoni
- Statuti
- Statistika
- Manwali
- Avviżi ta’ postijiet vakanti
- Pubblikazzjoni tal-ħatriet
L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit web https://edikte.justiz.gv.at/ (Ediktsdatei – “Fajl tal-Editti”):
- Każijiet ta' insolvenza (fallimenti, riorganizzazzjonijiet, saldi ta' djun)
- Proċedura Ewropea ta’ ristrutturar
- Inabbiltà evidenti li wieħed iħallas
- Bejgħ u lokazzjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza
- Subbasti ordnati mill-qorti
- Proprjetà
- Beni mobbli
- Bejgħ ta’ oġġetti b’kuntratt privat skont l-Artikolu 268(2) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni
- Riċevitura ġudizzjarja
- Irkanti volontarji
- Bini suġġett għal wegħda mhux possessorja li jinbena fuq art ta’ partijiet terzi
- Editti u avviżi fi proċedimenti kriminali
- Avviżi mill-qrati kriminali
- Proċedura ta’ rkupru kriminali
- Notifiki ta’ konsenja fi proċedimenti kriminali
- Terminazzjoni tal-investigazzjonijiet
- Avviżi pubbliċi
- Amministraturi maħtura mill-qorti u notifiki permezz ta’ avviż pubbliku
- Kanċellazzjoni ta' titoli
- Ċertifikati tal-mewt/prova ta’ kawża tal-mewt
- Editti fi proċedimenti tas-suċċessjoni
- Editti skont l-Att dwar il-Kustodja u s-Sekwestru (Verwahrungs- und Einziehungsgesetz)
- Rappreżentanza tar-residenti skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kura Residenzjali(Heimaufenthaltsgesetz)
- L-ombudsmen tal-pazjenti skont l-Artikolu 13 tal-Att dwar ir-Reklużjoni fl-Istituzzjonijiet (Unterbringungsgesetz)
- Notifika b'avviż pubbliku lil persuni ġuridiċi
- Notifika b'avviż pubbliku mill-Qrati Kummerċjali (Firmenbuchgerichte)
- Avviżi mill-Qrati Kummerċjali
- Editti mill-Qrati tar-Reġistru tal-artijiet (Grundbuchsgerichte)
- Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prattiki Restrittivi (Kartellgericht)
- Pubblikazzjonijiet tal-Ġustizzja Awstrijaka (Kundmachungen der Justiz)
- Pubblikazzjonijiet mill-kumpaniji
Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
Mill-Ministeru Federali għall-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz)
Mill-qrati, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati u n-nutara
L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?
Iva
X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?
Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Homepage der Justiz) joffri tiftixa sempliċi bil-kliem li tiċċekkja d-dokumenti kollha fuq is-sit web.
Il-kategoriji kollha fis-sit web tal-Ediktsdatei joffru l-għażla ta’ tiftixa bil-kliem. Barra minn hekk, għal bosta kategoriji ta' avviżi, l-utenti jistgħu jfittxu skont in-numru tal-fajl. Għall-irkantijiet hemm ukoll tiftixa skont l-oġġett. Dawn huma biss xi eżempji tat-tipi ta' tiftix peress li hemm varjetà tant kbira ta' għażliet tat-tiftix fil-kategoriji differenti.
Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?
Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Homepage der Justiz) u s-sit web tal-Ediktsdatei ilhom online mis-sena 2000.
It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?
Le
L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?
L-avviżi fis-sit web tal-Ediktsdatei huma disponibbli bla ħlas u jistgħu jiġu pproċessati sussegwentement bħala fajls HTML (ma hemm l-ebda protezzjoni mill-ikkupjar). Tista’ tinkiseb ukoll liċenzja skont l-Att tal-2022 dwar l-Użu mill Ġdid ta’ Informazzjoni Pubblika (Informationsweiterverwendungsgesetz 2022 – IWG) – link hawnhekk. Bħalissa d-data mhix disponibbli f'format ta' data miftuħa.
Il-pubblikazzjonijiet f’https://www.justiz.gv.at/ huma relatati b’mod predominanti ma’ dokumenti eżistenti f’format PDF. Hemm xi dokumenti MS Word, imma dawn rari. Il-pubblikazzjonijiet kollha huma disponibbli f’paġni HTML bla ħlas bħala parti mid-WCMS (is-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut tal-web). Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu bħala annessi mill-paġni HTML.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.