- Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
- Liema avviżi huma ppubblikati?
- Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
- L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?
- X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?
- Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?
- It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?
- L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
Fil-Latvja, l-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-Latvijas Vēstnesis, il-gazzetta uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja.
Liema avviżi huma ppubblikati?
Il-kategoriji ta' avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali:
- Rapport tal-attività
- Irkantijiet
- Sentenzi tal-qorti
- Teżijiet tad-dottorat
- Informazzjoni dwar wirt
- Informazzjoni dwar privatizzazzjoni
- Informazzjoni mir-reġistru kummerċjali
- Informazzjoni mir-reġistru tal-intrapriżi
- Informazzjoni mir-reġistru tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku
- Informazzjoni mir-reġistru tal-partiti politiċi
- Informazzjoni dwar kompetizzjonijiet għal karigi
- Sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin
- Avviżi dwar ippjanar territorjali
- Avviżi lill-kredituri
- Avviżi għas-saldu tal-obbligazzjonijiet
- Avviżi lill-azzjonisti u l-membri
- Revoka ta' setgħat
- It-Teżor tal-Istat
- Taħrikiet
- Ordnijiet ta' eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u provvista
- Irtirar ta' dokumenti u ta’ timbri uffiċjali
- Avviżi mixxellanji
Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
Il-gazzetta uffiċjali tippubblika avviżi uffiċjali ppreżentati minn awtoritajiet u istituzzjonijiet jew minn individwi (entrati fir-reġistri pubbliċi, notifiki, avviżi jew informazzjoni minn entitajiet pubbliċi u l-uffiċjali tagħhom u minn individwi) meta l-pubblikazzjoni uffiċjali ta' dawn l-avviżi tkun stipulata fil-liġi.
Lista ta' liġijiet u regolamenti li jipprevedu pubblikazzjoni uffiċjali.
L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?
Iva.
X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?
It-tiftixa tista' ssir billi ddaħħal test liberu.
Ir-riżultati jistgħu jkunu ffiltrati skont is-sena tal-pubblikazzjoni u l-kategorija tal-avviż.
Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?
Fis-sit tal-gazzetta uffiċjali https://www.vestnesis.lv il-verżjonijiet elettroniċi tal-ħarġiet kollha tal-gazzetta uffiċjali huma disponibbli mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri mill-25 ta' Frar 1993.
Għal dokumenti li dehru sal-1 ta' Lulju 2012, il-pubblikazzjoni uffiċjali hija dik tal-verżjoni stampata tal-gazzetta.
It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?
Le.
L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?
Le, imma l-avviżi uffiċjali huma disponibbli għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni. Iktar dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.