Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Spanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-gazzetti uffiċjali varji li jikkorrispondu għal-livelli differenti tal-gvern ċentrali, reġjonali u lokali li jiffurmaw l-Amministrazzjoni ta' Spanja.

Il-gazzetti kollha għandhom verżjonijiet uffiċjali awtentiċi ppubblikati elettronikament, u jipprovdu servizzi ta' bażi ta' data li jistgħu jintużaw biex jinstabu avviżi ppubblikati.

Is-siti huma dawn li ġejjin:

L-Istat: https://www.boe.es

17-il komunità awtonoma u 2 bliet awtonomi: is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' https://www.boe.es/legislacion/otros_diarios_oficiales.php#boletines_autonomicos

L-awtoritajiet lokali (gazzetti uffiċjali provinċjali): is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' https://www.boe.es/legislacion/otros_diarios_oficiales.php#boletines_provinciales

Liema avviżi huma ppubblikati?

  • atti amministrattivi (kwistjonijiet ta’ persunal, deċiżjonijiet amministrattivi, deċiżjonijiet li jagħmlu bosta azzjonijiet amministrattivi pubbliċi)
  • avviżi ta' sejħiet għal offerti pubbliċi
  • avviżi ta' notifikazzjonijiet li ma rnexxewx
  • ċerti avviżi ppubblikati mill-qrati.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha, kull waħda minnhom fil-gazzetta uffiċjali korrispondenti tagħha.

Il-qrati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

  • test liberu (inklużi ismijiet ta' individwi)
  • tip
  • l-organizzazzjoni tal-ħarġa
  • id-data tal-ħarġa
  • id-data tal-pubblikazzjoni
  • in-numru uffiċjali.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Il-liġi li tippermetti l-pubblikazzjoni elettronika tal-gazzetti uffiċjali ġiet adottata fl-2007.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva, għall-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjola u l-parti l-kbira tal-gazzetti uffiċjali għall-komunitajiet u l-bliet awtonomi. Il-funzjoni mhix disponibbli b'mod ġenerali għall-gazzetti uffiċjali provinċjali.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju jew l-informazzjoni?

Il-politika tad-data miftuħa tiddependi minn kull gazzetta uffiċjali li xi wħud minnhom għandhom data miftuħa u format xml.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.