- SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
- L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)
- L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50
- L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)
Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
- Renju Unituk
SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)
Il-qorti b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) hija l-Qorti tal-Appell [Corte di Appello].
Il-qorti b’kompetenza fuq appelli minn deċiżjonijiet dwar rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 49(2) hija l-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni [Suprema Corte di Cassazione].
L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50
Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata permezz ta’:
1) rikors għal rieżami skont l-Artikolu 391-bis u ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;
2) rikors għal proċedimenti minn partijiet terzi skont l-Artikolu 391-ter tal-Kodiċi ta; Proċedura Ċivili.
Rikors għal korrezzjoni jista’ jiġi ppreżentat ukoll kontra d-deċiżjoni jekk is-sentenza hija affettwata minn żbalji fil-kitba jew żbalji fil-kalkoli.
L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)
Għall-għanijiet tal-Artikolu 3(2) dan jinkludi:
avukati li jaġixxu taħt il-proċedura ta’ negozjati assistiti [negoziazione assistita] skont l-Artikolu 6 tad-Digriet-Liġi Nru 132 tal-2014;
reġistraturi ċivili li jaġixxu taħt il-proċedura ta’ negozjati assistiti skont l-Artikolu 12 tad-Digriet-Liġi Nru 132 tal-2014.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.