Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

Malta

Content provided by:
Malta

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) huma: il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) għal Malta u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni tal-Familja) għal Għawdex.

Il-qorti kompetenti biex tittratta appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2) hija: il-Qorti tal-Appell (kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

M'hemm l-ebda appell ieħor disponibbli mid-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Appell dwar appell minn deċiżjoni dwar dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà, ħlief għal reviżjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta) (Ritrattazzjoni)

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 06/08/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.