Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Il-Liġi tal-Familja – Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati


*input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati b’ġuriżdizzjoni fuq talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament huma l-Qorti tal-Eżekuzzjoni (Exekutionsgericht) jew il-Qorti Distrettwali (Bezirksgericht) ta’ fejn ikun domiċiljat il-konvenut.

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-appelli minn deċiżjonijiet fuq talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà hija l-Qorti Reġjonali superjuri (Landesgericht); madankollu, l-appell irid jiġi ppreżentat mal-qorti tal-ewwel istanza li ħadet id-deċiżjoni.

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

L-appelli fuq punt ta’ dritt (Revisionsrekurs) jsiru quddiem il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) iżda jridu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-ewwel istanza.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fl-Awstrija, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali oħrajn kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) fi kwistjonijiet ta’ konsegwenzi fuq il-proprjetà.

L-aħħar aġġornament: 17/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.