Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

il-Kroazja

Il-Liġi tal-Familja – Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati


*input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) u l-appelli minn deċiżjonijiet dwar dawn ir-rikorsi skont l-Artikolu 49(2) iridu jiġu ppreżentati quddiem il-qrati muniċipali.

Il-qrati responsabbli huma:

Il-qrati muniċipali kollha skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sede tal-Qrati (Narodne novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 128/14).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx mekkaniżmu li, għall-finijiet tal-Artikolu 50, tista’ tiġi kkontestata ulterjorment deċiżjoni fuq rimedju legali permezz tiegħu. Fi kliem ieħor, ma hemmx qrati li jista’ jiġi ppreżentat appell ulterjuri quddiemhom.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fil-Kroazja, il-qrati muniċipali huma responsabbli għall-kawżi mhux kontenzjużi u ta’ eżekuzzjoni skont l-Att dwar il-Qrati (NN Nri 28/13, 33/15, 82/15, 82/16). Għalhekk, skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali kompetenti oħra skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament b’kompetenza fil-qasam tar-reġim tal-propjetà matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġuridiċi jew jaġixxu b’delega ta’ setgħat minn awtorità ġudizzjarja jew taħt il-kontroll tagħha.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.