Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità f’konformità mal-Artikolu 44(1) taż-żewġ Regolamenti jridu jiġu ppreżentati lill-qorti lokali kompetenti - il-qorti tal-familja. Il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva hija l-qorti lokali fis-sede tal-qorti reġjonali ogħla li fid-distrett tagħha d-debitur ikun residenti jew li fid-distrett tagħha s-sentenza għandha tiġi eżegwita.

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjonijiet dwar dikjarazzjoni ta’ eżegwibilità meħuda mill-qrati lokali jistgħu jiġu appellati quddiem il-qorti reġjonali ogħla, f’konformità mal-Artikolu 49(2) tar-Regolamenti.

Id-deċiżjonijiet dwar l-appell jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolamenti.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 15/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.