- L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)
- L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50
- L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)
L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: diġà ġew tradotti.
Il-Qorti kompetenti biex tittratta talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 44(1), hija l-Qorti tal-Appell [Corte di Appello].
Il-Qorti kompetenti biex tittratta r-rikorsi kontra deċiżjonijiet dwar talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 49(2), hija l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni [Suprema Corte di Cassazione].
L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50
Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata:
1) b’rikors għal rieżami skont l-Artikoli 391-bis, 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;
2) b’oppożizzjoni minn terzi skont l-Artikolu 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.
Tista’ ssir ukoll talba għall-korrezzjoni tad-deċiżjoni jekk is-sentenza jkun fiha żball materjali jew ta’ kalkolu.
L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)
Għall-finijiet tal-Artikolu 3(2), l-awtoritajiet ġudizzjarji jinkludu wkoll:
l-avukati, meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-iskema ta’ negozjar assistit skont l-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi nru 132 tal-2014
u l-Uffiċjali tal-Istat Ċivili, meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-iskema ta’ semplifikazzjoni prevista mill-Artikolu 12 tad-Digriet Liġi nru 132 tal-2014.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.