Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

Italja

Il-kontenut ipprovdut minn
Italja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Italja

Il-Liġi tal-Familja – Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati


*input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-Qorti kompetenti biex tittratta talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 44(1), hija l-Qorti tal-Appell [Corte di Appello].

Il-Qorti kompetenti biex tittratta r-rikorsi kontra deċiżjonijiet dwar talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 49(2), hija l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni [Suprema Corte di Cassazione].

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata:

1) b’rikors għal rieżami skont l-Artikoli 391-bis, 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;

2) b’oppożizzjoni minn terzi skont l-Artikolu 391-ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Tista’ ssir ukoll talba għall-korrezzjoni tad-deċiżjoni jekk is-sentenza jkun fiha żball materjali jew ta’ kalkolu.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 3(2), l-awtoritajiet ġudizzjarji jinkludu wkoll:

l-avukati, meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-iskema ta’ negozjar assistit skont l-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi nru 132 tal-2014

u l-Uffiċjali tal-Istat Ċivili, meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-iskema ta’ semplifikazzjoni prevista mill-Artikolu 12 tad-Digriet Liġi nru 132 tal-2014.

L-aħħar aġġornament: 04/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.