Dokumenti pubbliċi

Belġju

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

L-użu tal-lingwi mis-servizzi lokali huwa regolat mil-leġiżlazzjoni Belġjana marbuta mal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi (il-Liġi tat-2 ta’ Awwissu 1963 dwar l-użu tal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi u d-Digriet Irjali tat-18 ta’ Lulju 1966 li jikkoordina l-liġijiet dwar l-użu tal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi).

Din il-leġiżlazzjoni tiddetermina liema lingwa (i) jistgħu jużaw iċ-ċittadini meta jippreżentaw dokumenti quddiem awtorità.

Il-Belġju għandu erba’ reġjuni lingwistiċi: ir-reġjun tal-lingwa Olandiża, ir-reġjun tal-lingwa Franċiża, ir-reġjun tal-lingwa Ġermaniża u r-reġjun ta’ Brussell-Kapitali (l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-użu tal-lingwi għal kwistjonijiet amministrattivi). F’kull reġjun lingwistiku, l-awtoritajiet lokali jaċċettaw biss dokumenti ippreżentati fil-lingwa ta’ dak ir-reġjun.

  • Ir-reġjun tal-lingwa Olandiża:

Il-muniċipalitajiet fil-provinċji ta’ Antwerp, Limburg, ta’ Flanders tal-Lvant, ta’ Flanders tal-Punent, u l-Brabant Fjamming:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bl-Olandiż.

Bl-eċċezzjoni ta’: il-muniċipalitajiet ta’ Sint-Genesius-Rode, Wezembeek-Oppem, Drogenbos, Kraainem, Linkebeek, Wemmel, Bever, Herstappe, Spiere-Helkijn, Voeren, Mesen u Ronse:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bl-Olandiż, iżda jistgħu jiġu ppreżentati bil-Franċiż.

  • Ir-reġjun tal-lingwa Franċiża:

Il-muniċipalitajiet fil-provinċji ta’ Hainaut, tal-Lussemburgu, Namur, Liège (bl-eċċezzjoni taż-żona tal-lingwa Ġermaniża) u l-Brabant ta’ Walloon:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Franċiż.

Bl-eċċezzjoni ta’: il-muniċipalitajiet ta’ Soignies, Enghien, Mouscron u Comines-Warneton:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Franċiż, iżda jistgħu jiġu ppreżentati bl-Olandiż.

Bl-eċċezzjoni ta’: il-muniċipalitajiet ta’ Malmedy u Waimes:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Franċiż, iżda jistgħu jiġu preżentati bil-Ġermaniż.

  • Ir-reġjun tal-lingwa Ġermaniża:

Il-muniċipalitajiet ta’ Amel, Büllingen, Burg-Reuland, Bütgenbach, Eupen, Kelmis, Lontzen, Raeren u Sankt Vith:

fejn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu ppreżentati bil-Ġermaniż, iżda jistgħu jiġu preżentati bil-Franċiż.

  • Ir-reġjun ta’ Brussell-Kapitali:

Il-muniċipalitajiet ta’ Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Brussels, Etterbeek, Evere, Ganshoren, Forest, Ixelles, Jette, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwe-Saint-Lambert u Woluwe-Saint-Pierre:

fejn id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati bl-Olandiż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

1) Ċertifikat tal-istat ċivili (imfassla mill-muniċipalitajiet Belġjani u mill-missjoni diplomatika u l-konsolat)

  • Ċertifikat tat-twelid;
  • Ċertifikat taż-żwieġ;
  • Ċertifikat tal-adozzjoni;
  • Ċertifikat ta’ rikonoxximent;
  • Ċertifikat tal-mewt;
  • Ċertifikat ta’ bidla fil-kunjom;
  • Ċertifikat ta’ bidla fl-isem;
  • Ċertifikat tad-divorzju;
  • Ċertifikat ta’ persuna nieqsa;
  • Ċertifikat ta’ nazzjonalità Belġjana;
  • Ċertifikat ta’ twelid mejjet;
  • Ċertifikat ta’ rikonoxximent ta’ qabel it-twelid;
  • Ċertifikat dwar id-dikjarazzjoni tal-għażla tal-kunjom;
  • Ċertifikat ta’ bidla tal-ġeneru rreġistrat;
  • Ċertifikat ta’ revoka ta’ adozzjoni, ċertifikat ta’ rieżami tal-adozzjoni, ċertifikat tat-tieni bidla tal-ġeneru rreġistrat jew ċertifikat ta’ tħassir.

2) Deċiżjonijiet ġudizzjarji

  • Sentenza supplimentari ta’ att tat-twelid
  • Sentenza li tikkonferma l-filjazzjoni (tfittxija tal-maternità, il-paternità jew il-komaternità)
  • Sentenza li tikkontesta l-filjazzjoni (maternità, preżunzjoni tal-paternità jew komaternità, rikonoxximent mill-omm, il-missier jew il-koġenitur)
  • Sentenza ta’ adozzjoni

3) Estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

  • Sakemm l-estratt ma fihx kundanni u b'hekk juri fedina penali nadifa:
    • estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali maħruġ skont l-Artikolu 595 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali;
    • estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali maħruġ skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 596 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali;
    • estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali maħruġ skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 596 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.
  • Fil-Belġju, l-estratti għall-individwi normalment jinħarġu mill-awtoritajiet muniċipali, li ġew konnessi mar-Reġistru Kriminali Ċentrali mill-1 ta’ Jannar 2018. Ir-Reġistru Kriminali Ċentrali joħroġ ċertifikati biss f’ċirkostanzi speċifiċi (pereżempju għal residenti barranin, aġenti diplomatiċi jew persuni ġuridiċi).

4) Ċertifikati maħruġa mill-konsolati

  • Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ restrizzjoni fuq żwieġ;
  • Ċertifikat tal-istatus ċivili (divorzju, separazzjoni legali u l-annullament taż-żwieġ, sħubija rreġistrata, ħall tas-sħubija rreġistrata);
  • Ċertifikat tad-domiċilju (domiċilju u / jew residenza, bi jew mingħajr l-indirizzi preċedenti);
  • Ċertifikat tan-nazzjonalità;
  • Estratt mir-reġistri;
  • Ċertifikat ta’ kompożizzjoni tal-unità domestika;
  • Ċertifikat ta’ konkordanza tal-isem.

5) Ċertifikati maħruġa mill-muniċipalitajiet / is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern (SPF Intérieur)

  • Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna;
  • Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna flimkien mal-indirizzi preċedenti;
  • Ċertifikat ta' eżistenza;
  • Ċertifikat ta’ nazzjonalità Belġjana;
  • Ċertifikat ta’ koabitazzjoni legali;
  • Ċertifikat ta’ residenza qabel iż-żwieġ;
  • Ċertifikat elettorali Belġjan;
  • Estratt mir-reġistri.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

1) Estratti mill-atti tal-istat ċivili

Imfassla mill-muniċipalitajiet u l-konsolati:

- Ċertifikat tat-twelid;

- Ċertifikat taż-żwieġ;

- Ċertifikat tal-mewt.

2) Estratti mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

- Nuqqas ta’ fedina penali.

3) Ċertifikati maħruġa mill-konsolati

- Prova tal-kapacità li persuna tiżżewweġ;

- Stat ċivili.

4) Ċertifikati maħruġa mill-muniċipalitajiet / is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern

- Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna -> Anness X;

- Ċertifikat li juri r-residenza ewlenija ta’ persuna flimkien mal-indirizzi preċedenti -> Anness X;

- Ċertifikat ta' eżistenza -> Anness II;

- Ċertifikat ta’ koabitazzjoni legali -> Anness VII;

- Ċertifikat ta’ residenza qabel iż-żwieġ -> Anness X.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.

Sa issa, għad ma hemmx lista ta’ tradutturi li jkunu ħadu l-ġurament fil-Belġju.

Il-Liġi tal-10 ta’ April li temenda diversi dispożizzjonijiet sabiex jiġi stabbilit reġistru nazzjonali ta’ esperti legali u reġistru nazzjonali ta’ tradutturi, interpreti u tradutturi-interpreti li jkunu ħadu l-ġurament li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2016.

Din il-liġi għandha l-għan li toħloq reġistru nazzjonali ta’ tradutturi, interpreti u tradutturi-interpreti li jkunu ħadu l-ġurament; madankollu, ir-reġistru nazzjonali għadu mhux operattiv.

Bħalissa qiegħda tiġi mfassla liġi ġdida dwar l-iżvilupp ulterjuri tar-reġistru nazzjonali. Hekk kif tgħaddi l-liġi l-ġdida u r-reġistru nazzjonali jsir operattiv, il-Belġju jibgħat lill-Kummissjoni ħolqa għas-sit elettroniku tar-reġistru nazzjonali. Permezz ta’ dan is-sit elettroniku kulħadd se jkun jista’ jsib traduttur li jkun ħa l-ġurament għal-lingwa li jkollu bżonn fir-reġjun tiegħu, għalkemm mhux l-informazzjoni kollha dwar it-tradutturi bil-ġurament se tkun disponibbli għall-pubbliku.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

1) Ċertifikati tal-istat ċivili:

-        Muniċipalitajiet;

-        Meħuda direttament mill-bażi tad-data taċ-ċertifikati tal-istat ċivili (Banque de données des actes de l’état civil, BAEC);

-        Ambaxxati u konsolati tal-Belġju;

-        Is-Servizz Federali Pubbliku tal-Affarijiet Barranin - Direttorat tad-Drittijiet Personali (SPF Affaires étrangères – Direction Droit des personnes).

2) Ċertifikati maħruġa mill-muniċipalitajiet/is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern (bl-użu ta’ “Mon Dossier”)

-        Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern – Direttorat-Ġenerali għall-Istituzzjonijiet u l-Poplu - Reġistru Nazzjonali (Direction générale Institutions et Population - Registre national).

3) Estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

“Kopji” ta’ estratt mir-Reġistru Kriminali Ċentrali ma jistgħux jiġu ċċertifikati bħala kopji awtentiċi. L-estratt oriġinali biss jitqies bħala awtentiku.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Informazzjoni dwar l-estratti u ċ-ċertifikati (mhux kopji ċċertifikati)

1) Ċertifikati tal-istat ċivili:

-        Il- logo tal-muniċipalità JEW il- logo tal-BAEC JEW il-logo tal-post konsolari u l-logo tal-Belġju.

-        Timbru elettroniku tal-BAEC + ħolqa / barcode biex jiġu użati għall-verifika li kopja jew estratt ġew maħruġa mill-BAEC.

2) Ċertifikati maħruġa mis-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern (bl-użu ta’ “Mon Dossier”):

Is-siġill (timbru elettroniku) tar-Renju tal-Belġju u l-kliem “SPF Interieur- Registre National” jidhru fuq kull dokument.

Il-fajls huma f’format PDF u għandhom il-firma tar-Reġistru Nazzjonali u l-logos uffiċjali kollha.

It-timbru elettroniku jidher fl-ittri “IBZ” fl-intestatura.

3) Estratti mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

-        Estratti maħruġa mill-awtoritajiet muniċipali

L-estratt irid ikun datat u ffirmat mill-awtoritajiet muniċipali. (L-Artikolu 10, Digriet Irjali tal-21 ta’ Novembru 2016).

Bħalissa, l-estratti dejjem irid ikollhom timbru awtentiku, id-data u l-firma tas-sindku u / jew tad-deputat tiegħu.

Peress li l-estratti jittieħdu mir-Reġistru Kriminali Ċentrali, dejjem ikollhom ukoll il-firma viżibbli (skanjata) tad-Direttur tar-Reġistru Kriminali Ċentrali.

Numru ta’ muniċipalitajiet diġà’ ħarġu estratti f’format elettroniku.

-        Estratti maħruġa mir-Reġistru Kriminali Ċentrali

Id-dokument se jkollu t-timbru mqabbeż tar-Reġistru Kriminali Ċentrali, kif ukoll il-firma (rreġistrata) tal-uffiċjali li ħareġ l-estratt.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Xejn aktar minn dak li ntqal aktar 'il fuq.

L-aħħar aġġornament: 08/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.