- L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
- L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
- L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
- L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
- L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
- L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
- L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
Ir-Repubblika tal-Kroazja taċċetta biss id-dokumenti pubbliċi li jkunu bil-Kroat, jiġifieri ma taċċettax dokumenti pubbliċi f’lingwi uffiċjali oħra tal-Istati Membri tal-UE.
L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
Il-lista ta’ dokumenti pubbliċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
- ċertifikat tat-twelid (rodni list) (Anness I)
- ċertifikat tal-mewt (smrtni list) (Anness III)
- ċertifikat taż-żwieġ (vjenčani list) (Anness IV)
- ċertifikat tal-istat ta’ ġuvni/xebba (potvrda o slobodnom bračnom stanju) (Anness VI)
- ċertifikat ta’ unjoni ċivili (potvrda o životnom partnerstvu) (Anness VII)
- ċertifikat ta’ domiċilju u/jew ta’ residenza (uvjerenje o prebivalištu i/ili boravištu) (Anness X)
- ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali (potvrda o nepostojanju kaznene evidencije) (Anness XI)
Nota: Id-dokumenti pubbliċi msemmija fl-Annessi I-VII jinħarġu mill-Ministeru għall-Amministrazzjoni Pubblika (Ministarstvo uprave), dawk imsemmija fl-Anness X jinħarġu mill-Ministeru għall-Intern (Ministarstvo unutarnjih poslova) u dawk imsemmija fl-Anness XI jinħarġu mill-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministarstvo pravosuđa).
L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
Il-lista ta’ dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża formoli standard multilingwi bħala għajnuna xierqa għat-traduzzjoni:
- ċertifikat tat-twelid (Anness I)
- ċertifikat tal-mewt (Anness III)
- ċertifikat taż-żwieġ (Anness IV)
- ċertifikat tal-istat ta’ ġuvni/xebba (Anness VI)
- ċertifikat ta’ unjoni ċivili (Anness VII)
- ċertifikat ta’ domiċilju u/jew residenza (Anness X)
- ċertifikat ta’ nuqqas ta’ fedina penali (Anness XI)
L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
Skont il-liġi Kroata, l-interpreti tal-qorti għandhom il-kwalifiki biex jagħmlu traduzzjonijiet iċċertifikati.
Ħolqa aġġornata tal-interpreti tal-qorti hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tan-Netwerk Ġudizzjarju (Sudačka mreža):
http://www.sudacka-mreza.hr/tumaci.aspx?Lng=hr
L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
Skont il-liġi Kroata, in-nutara jistgħu jagħmlu kopji ċertifikati ta’ dokumenti pubbliċi (javni bilježnici); il-lista ta’ dawk kwalifikati - magħrufa bħala d-direttorju tan-nutara (Imenik javnih bilježnika) - qiegħda f’idejn il-Bord tal-Amministrazzjoni (Upravni odbor) tal-Kamra tan-Nutara tal-Kroazja (Hrvatska javnobilježnička komora) u wieħed jista’ jaraha fuq is-sit elettroniku tal-Kamra - http://www.hjk.hr/Uredi
L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
It-traduzzjonijiet u l-kopji iċċertifikati jistgħu jiġu identifikati permezz ta’ verifika viżwali ordinarja, għaliex kull traduzzjoni jew kopja għandha t-timbru u l-firma ta’ interpretu tal-qorti jew ta’ nutar, li b’mod ċar jindika li d-dokument ikkonċernat huwa traduzzjoni jew kopja.
L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Il-karatteristika speċifika ta’ kopja iċċertifikata hija t-timbru u l-firma tan-nutar li jkun fassalha.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.