- L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
- L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
- L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
- L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
- L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
- L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
- L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
Bħala regola ġenerali, l-awtoritajiet Daniżi huma obbligati biss li jaċċettaw dokumenti pubbliċi bid-Daniż u għalhekk jistgħu jirrikjedu li dawn id-dokumenti jiġu tradotti jekk ma jkunux bid-Daniż.
Madankollu, skont il-Konvenzjoni Nordika dwar il-Lingwi, ċerti dokumenti jistgħu jiġu aċċettati bil-Finlandiż, bl-Iżlandiż, bin-Norveġiż u bl-Iżvediż. Dan japplika b’mod partikolari għaċ-ċertifikati tal-bidla tal-isem, għall-permess għall-użu ta’ isem, għall-approvazzjoni ta’ isem, għaċ-ċertifikati taż-żwieġ, għaċ-ċertifikati tal-unjoni ċivili, għaċ-ċertifikati ta’ stat ċivili, għad-digrieti ta’ divorzju, għall-ordnijiet ta’ separazzjoni u għas-sentenzi relatati mad-divorzju, is-separazzjoni jew l-annullament taż-żwieġ, u għas-sentenzi li jiddikjaraw li żwieġ jew unjoni ċivili rreġistrata hija rikonoxxuta bħala li ma għadhiex teżisti. Barra minn hekk, dokumenti relatati mal-ipproċessar ta’ każijiet li jikkonċernaw isem persuna jistgħu jiġu aċċettati bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.
Id-dokumenti li jikkonfermaw in-nuqqas ta’ fedina penali jistgħu jiġu aċċettati bl-Ingliż ukoll.
F’każijiet speċifiċi, madankollu, awtorità tista’ tippermetti dokumenti f’lingwi oħra, iżda mhija obbligata li tirrikonoxxi l-ebda lingwa oħra għajr dawk elenkati hawn fuq.
L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
L-awtoritajiet Daniżi identifikaw dawn li ġejjin bħala dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament:
- in-nuqqas ta’ fedina penali;
- il-prova ta' residenza;
- ir-rekord individwali ta’ persuna fir-Reġistru tal-Popolazzjoni Ċentrali (personattest);
- iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-magħmudija (fødsels- og dåbsattest);
- iċ-ċertifikat taż-żwieġ;
- iċ-ċertifikat ta’ benedizzjoni għaż-żwieg;
- iċ-ċertifikat tal-magħmudija (dåbsattest);
- iċ-ċertifikat tat-twelid (fødselsattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
- iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-isem (fødsels- og navneattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
- iċ-ċertifikat tal-isem (navneattest) (ma għadux joħroġ imma għadu validu);
- iċ-ċertifikat tal-mewt u tal-funeral (jinħarġu biss f’ċerti każijiet meta jkun meħtieġ ċertifikat għal ċittadin li miet qabel l-1 ta’ April 1968, jiġifieri dakinhar li nħoloq ir-Reġistru Ċentrali tal-Popolazzjoni);
- iċ-ċertifikat tal-bidla fl-isem;
- il-permess għall-użu ta’ isem;
- l-approvazzjoni ta’ isem;
- iċ-ċertifikat tal-unjoni ċivili;
- ċertifikati tal-istat ċivili;
- id-digriet tad-divorzju;
- l-ordni tas-separazzjoni;
- sentenza
- li tiddikjara divorzju;
- li tiddikjara separazzjoni;
- li tiddikjara annullament taż-żwieġ;
- li tagħti l-effett li żwieġ jiġi rikonoxxut bħala li m’għadux jeżisti;
- li tagħti l-effett li unjoni ċivili rreġistrata tiġi rikonoxxuta bħala li m’għadhiex teżisti.
L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
Din li ġejja hija lista tad-dokumenti Daniżi li jista’ jiġi mehmuż anness lingwistiku magħhom bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni:
- in-nuqqas ta’ fedina penali;
- il-prova ta' residenza;
- ir-rekord individwali ta’ persuna fir-Reġistru tal-Popolazzjoni Ċentrali (personattest);
- iċ-ċertifikat tat-twelid u tal-magħmudija (fødsels- og dåbsattest);
- iċ-ċertifikat taż-żwieġ;
- iċ-ċertifikat ta’ benedizzjoni għaż-żwieg;
- iċ-ċertifikat tal-magħmudija (dåbsattest);
- iċ-ċertifikat tal-unjoni ċivili;
- iċ-ċertifikati tal-istat ċivili.
L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
Fid-Danimarka ma hemm l-ebda lista ta’ tradutturi/interpreti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew id-dokument tista’ f’ċerti każijiet toħroġ kopja konfermatorja. Barra minn hekk, awtorità li tkun ħadet f’idejha l-kompitu tal-awtorità emittenti tista’ f’ċerti każijiet toħroġ ukoll kopja konfermatorja.
Nutar fil-qrati Daniżi jista’ wkoll joħroġ kopja konfermatorja taċ-ċertifikat jew tad-dokument.
L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
Normalment kopja konfermatorja turi liema awtorità tkun ikkonfermat il-kopja, jew permezz ta’ timbru minn muniċipalità jew permezz ta’ ċertifikazzjoni notarili.
L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
F’xi każijiet, kopja konfermatorja jkollha “KOPJA” stampata fuqha.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.