Dokumenti pubbliċi

Estonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

L-Estonja taċċetta dokumenti bl-Estonjan.

Id-diversi uffiċċji tar-reġistru Estonjani (awtoritajiet lokali u missjonijiet barranin tal-Estonja) jaċċettaw ukoll dokumenti bl-Ingliż jew bir-Russu jew tradotti f’dawk il-lingwi.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Ċertifikat tat-twelid irreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat tal-mewt irreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat taż-żwieġ irreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat tad-divorzju rreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat tal-bdil tal-isem irreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ;

Estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni Estonjan;

Estratt tal-bażi tad-data tal-fedini penali, li jiddikjara li ma hemm l-ebda entrata fil-bażi tad-data tal-fedini penali.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Ċertifikat tat-twelid irreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat tal-mewt irreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat taż-żwieġ irreġistrat f’uffiċċju tar-reġistru Estonjan;

Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ;

Estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni Estonjan li jikkonferma li persuna hija ħajja;

Estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni Estonjan li jikkonferma l-istat ċivili;

Estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni Estonjan li jikkonċerna r-residenza;

Estratt tal-bażi tad-data tal-fedini penali, li jiddikjara li ma hemm l-ebda entrata fil-bażi tad-data tal-fedini penali.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Fl-Estonja, il-persuni kkwalifikati biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati huma t-tradutturi ġuramentati.

Lista ta’ tradutturi ġuramentati

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Il-korpi amministrattivi li huma awtorizzati joħorġu dokumenti uffiċjali jew li jżommu dokumenti fl-arkivji tagħhom jistgħu wkoll joħorġu kopji jew estratti ta’ dawk id-dokumenti u jiċċertifikaw uffiċjalment l-awtentiċità tagħhom.

In-nutara għandhom is-setgħa li joħorġu kopji notarili.

Ma ssir l-ebda kopja ċċertifikata ta’ dokumenti tal-istat ċivili, u l-formoli tradotti jinħarġu biss għal dokumenti oriġinali.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Traduzzjonijiet iċċertifikati

It-traduzzjonijiet iċċertifikati jistgħu jiġu identifikati bil-firma u t-timbru tat-traduttur ġuramentat. Traduzzjoni minn traduttur ġuramentat tista’ tiġi prodotta wkoll f’forma diġitali. F’dak il-każ, il-firma u t-timbru tat-traduttur ġuramentat jiġu sostitwiti bil-firma diġitali tiegħu.

Kopji ċċertifikati uffiċjalment

Sabiex l-awtentiċità ta’ kopja tiġi ċċertifikata uffiċjalment, trid tinżdied nota li tikkonċerna ċ-ċertifikazzjoni fl-aħħar tat-test u din trid tinkludi:

1) l-emittent tad-dokument, id-data tal-ħruġ u referenza għall-post tad-dokument fir-reġistru;

2) konferma li l-kopja hija identika għall-oriġinal;

3) jekk l-oriġinal ma jkunx inħareġ mill-korp amministrattiv li jiċċertifika l-awtentiċità tal-kopja, nota li l-kopja nħarġet unikament biex tintbagħat lill-korpi amministrattivi msemmijin fin-nota;

4) informazzjoni dwar kwalunkwe spazji vojta fid-dokument, test li ġie ingassat, inserzjonijiet, test li ma jistax jinqara, traċċi ta’ test li tħassar, fatturi oħrajn li jindikaw bidliet fil-kontenut oriġinali tad-dokument, jew il-fatt li dokument ta’ bosta paġni ma jkunx marbut;

5) il-post u d-data taċ-ċertifikazzjoni, l-isem u l-firma tal-persuna li tiċċertifika l-kopja, u t-timbru tal-korp amministrattiv.

Avviżi tal-bażi tad-data tal-fedini penali ffirmati jinħarġu f’kopja stampata mill-bażi tad-data tal-fedini penali.

Kopji notarizzati

Sabiex jipprovdi konferma notarili ta’ fatt, nutar jagħmel attestazzjoni notarili, li trid tinkludi dikjarazzjoni min-nutar dwar il-fatti li jkun stabbilixxa u jkollha l-firma u t-timbru tal-linka tan-nutar. Id-data ta’ meta saret l-attestazzjoni u l-post ta’ fejn saret iridu indikati. Attestazzjoni notarili tista’ tkun ukoll f’forma diġitali. F’dak il-każ, il-firma u t-timbru tal-linka tan-nutar jiġu sostitwiti bil-firma diġitali tiegħu. L-attestazzjoni diġitali tista’ tiġi pprovduta biss għal dokument diġitali.

Meta jiċċertifika l-awtentiċità ta’ kopja, in-nutar jikteb il-kelma “ärakiri” [kopja] fil-parti ta’ fuq tal-ewwel paġna tad-dokument. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-attestazzjoni notarili f’forma diġitali.

L-aħħar aġġornament: 29/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.