- L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
- L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
- L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
- L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
- L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
- L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
- L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
Ġermaniż
L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
Kamp ta’ applikazzjoni | Dokument pubbliku |
Twelid |
|
Ħajja |
|
Mewt |
|
Isem |
|
Żwieġ Kapacità li persuna tiżżewweġ Status ċivili |
|
Divorzju Annullament taż-żwieġ |
|
Unjoni ċivili Kapaċità li persuna tidħol għal unjoni ċivili |
|
Ħall ta’ unjoni ċivili |
|
Ġenituri |
|
Domiċilju Residenza |
|
Nazzjonalità |
|
Adozzjoni |
|
Nuqqas ta’ fedina penali |
|
L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
Dokument pubbliku | Għajnuna għat-traduzzjoni |
Geburtsurkunde (ċertifikat tat-twelid) | Anness I - Twelid |
einfache Meldebescheinigung (ċertifikat qasir ta’ reġistrazzjoni tar-residenza) | Anness II - Ħajja |
Sterbeurkunde (ċertifikat tal-mewt) | Anness III - Mewt |
Eheurkunde (ċertifikat taż-żwieġ) | Anness IV - Żwieġ |
Ehefähigkeitszeugnis (ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ) | Anness V - Kapacità li persuna tiżżewweġ |
erweiterte Meldebescheinigung (ċertifikat komplut ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza) | Anness VI - Stat ċivili |
Lebenspartnerschaftsurkunde (ċertifikat ta’ unjoni ċivili) | Anness VII - Unjoni ċivili |
Bescheinigung zur Begründung einer Lebenspartnerschaft (ċertifikat tal-kapaċità li wieħed jidħol għal unjoni ċivili) | Anness VIII - Kapaċità li persuna tidħol għal unjoni ċivili |
erweiterte Meldebescheinigung (ċertifikat komplut ta’ reġistrazzjoni ta’ residenza) | Anness IX - Stat ta’ unjoni ċivili |
einfache Meldebescheinigung (ċertifikat qasir ta’ reġistrazzjoni tar-residenza) | Anness X - Domiċilju u/jew residenza |
Nuqqas ta’ fedina penali | Anness XI- Nuqqas ta’ fedina penali |
L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
Hemm bażi tad-data mal-pajjiż kollu ta’ interpreti u tradutturi, li hija ġestita mill-istat federali ta’ Hessen. Hija disponibbli mingħajr ħlas għal kulħadd fuq http://www.justiz-dolmetscher.de/, u għandha funzjoni tat-tiftix dettaljata (pereż. wieħed jista’ jfittex skont l-istat federali, il-qorti jew il-lingwa). Fil-bażi ta' data hemm biss interpreti u tradutturi maħtura uffiċjalment u li jkunu ħadu l-ġurament. Tista’ ssib l-awtoritajiet responsabbli permezz ta’ dan l-indirizz.
L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
Fil-Ġermanja l-awtoritajiet jew il-korpi kollha li joħorġu dokumenti pubbliċi (pereż. l-uffiċċji tar-reġistru tal-istat ċivili, l-awtoritajiet għar-reġistrazzjoni tar-residenza jew il-qrati tal-qorti) u n-nutara għandhom is-setgħa li joħorġu kopji ċċertifikati.
L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
Kopja ċċertifikata għandha dikjarazzjoni li tikkonferma li hija veru kopja tal-oriġinal (pereż. dokument tal-qorti jew att notarili), is-siġill jew it-timbri tal-awtorità/uffiċċju tal-ħruġ u l-firma tal-persuna li tiċċertifika l-kopja (Artikolu 42(1) Beurkundungsgesetz (Liġi dwar ir-reġistrazzjoni uffiċjali tad-dokumenti). It-traduzzjonijiet iċċertifikati għandhom it-timbru/siġill u l-firma tat-traduttur.
L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Kopja ċċertifikata għandha dikjarazzjoni li tikkonferma li hija veru kopja tal-oriġinal (pereż. dokument tal-qorti jew att notarili), is-siġill jew it-timbri tal-awtorità/uffiċċju tal-ħruġ u l-firma tal-persuna li tiċċertifika l-kopja (Artikolu 42(1) Beurkundungsgesetz (Liġi dwar ir-reġistrazzjoni uffiċjali tad-dokumenti). It-traduzzjonijiet iċċertifikati għandhom it-timbru/siġill u l-firma tat-traduttur.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.