Dokumenti pubbliċi

Italja

Il-kontenut ipprovdut minn
Italja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Jistgħu jintużaw il-lingwi li ġejjin:

- it-Taljan (il-lingwa uffiċjali tal-Istat);

- il-Ġermaniż (Digriet tal-President tar-Repubblika [DPR] 31/8/1972 nru 670 u DPR 15/7/1988, nru 574) fir-Reġjun tat-Trentino Alto Adige li għandu status speċjali;

- il-Franċiż (l-Artikolu 38 tal-Liġi Kostituzzjonali 26/2/1948, nru 4) fir-Reġjun tal-Valle d’Aosta, li għandu status speċjali;

- is-Sloven (l-Artikolu 8 tal-Liġi 23/2/2001, nru 38) fir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia, li għandu status speċjali.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Id-dokumenti pubbliċi msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament jinkludu d-dokumenti tas-servizzi demografiċi, b’mod partikolari:

Kamp ta' applikazzjoni

Dokumenti pubbliċi

Twelid

  • Ċertifikat tat-twelid (certificato di nascita)
  • Estratt tal-att tat-twelid (estratto dell’atto di nascita)
  • Kopja integrali tal-att tat-twelid (copia integrale atto di nascita)

Ħajja

  • Ċertifikat ta' prova ta’ ħajja (certificato di esistenza in vita)

Mewt

  • Ċertifikat tal-mewt (certificato di morte)
  • Estratt tal-att tal-mewt (estratto atto di morte)
  • Kopja integrali tal-att tal-mewt (copia integrale atto di morte)

Isem

  • Ċertifikat tat-twelid
  • Estratt tal-att tat-twelid
  • Kopja integrali tal-att tat-twelid

Żwieġ, inklużi l-kapaċità għaż-żwieġ u l-istat ċivili

  • Ċertifikat taż-żwieġ (certificato di matrimonio)
  • Estratt tal-att taż-żwieġ (estratto dell’atto di matrimonio)
  • Kopja integrali tal-att taż-żwieġ (copia integrale dell’atto di matrimonio)
  • Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ (certificato di capacità di contrarre matrimonio) jew ċertifikat tal-ebda ostaklu għaż-żwieġ (certificato di nulla osta alla celebrazione del matrimonio)
  • Ċertifikat tal-istat ċivili (certificato di stato civile)
  • Estratt tal-att tat-twelid

Divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ

  • Ċertifikat taż-żwieġ
  • Estratt sommarju tal-att taż-żwieġ (estratto per riassunto dell’atto di matrimonio)
  • Kopja integrali tal-ftehim tas-separazzjoni/tad-divorzju (copia integrale dell’accordo di separazione/divorzio)
  • Estratt tal-att tat-twelid

Sħubija reġistrata, inkluża l-kapaċità li persuna tidħol fi sħubija reġistrata u l-istat ta’ sħubija reġistrata)

  • Ċertifikat tal-unjoni ċivili (certificato di unione civile)
  • Estratt tal-kostituzzjoni ta’ unjoni ċivili (estratto di costituzione di unione civile)
  • Kopja integrali tal-att tal-kostituzzjoni ta’ unjoni ċivili (copia integrale di atto di costituzione di unione civile)
  • Ċertifikat ta’ kapaċità ta’ dħul f’unjoni ċivili
  • Estratt tal-att tat-twelid

Xoljiment ta’ sħubija reġistrata

  • Estratt tal-kostituzzjoni ta’ unjoni ċivili
  • Estratt tal-att tat-twelid

Filjazzjoni

  • Estratt tal-att tat-twelid bil-paternità u l-maternità (estratto dell’atto di nascita con paternità e maternità)

Domiċilju u/jew Residenza

  • Ċertifikat tar-residenza (certificato di residenza)

Ċittadinanza

  • Ċertifikat taċ-ċittadinanza (certificato di cittadinanza)
  • Estratt tal-att tat-twelid

Adozzjoni

  • Estratt tal-att tat-twelid

Nuqqas ta’ rekord kriminali

  • Ċertifikat tar-rekord kriminali (certificato del casellario giudiziale)

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Dokumenti pubbliċi

Formoli standard multilingwi

Ċertifikat tat-twelid

Anness I — Twelid

Ċertifikat ta' prova ta’ ħajja

Anness II — Ħajja

Ċertifikat tal-mewt

Anness III — Mewt

Ċertifikat taż-żwieġ

Anness IV — Żwieġ

Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ jew ċertifikat tal-ebda ostaklu għaż-żwieġ

Anness V — Kapaċità għaż-żwieġ

Ċertifikat tal-istat ċivili

Anness VI — Stat ċivili

Ċertifikat tal-unjoni ċivili

Anness VII — Sħubija reġistrata

Ċertifikat ta’ kapaċità ta’ dħul f’unjoni ċivili

Anness VIII — Kapaċità ta’ dħul f’unjoni ċivili

Ċertifikat tal-istat ta’ unjoni ċivili

Anness IX — Ċertifikat tal-istat ta’ sħubija reġistrata

Ċertifikat tar-residenza

Anness X — Domiċilju u/jew residenza

Ċertifikat tar-rekord kriminali

Anness XI— Nuqqas ta’ rekord kriminali

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Ma teżisti l-ebda lista pubblika ta’ tradutturi u interpreti. Min-naħa l-oħra, fil-qrati hemm direttorju li t-tradutturi u l-interpreti jistgħu jinkitbu fih bħala konsulenti.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Skont l-Artikolu 18(2), l-ewwel sentenza tad-DPR Nru 445 tat-28/12/2000, l-awtentikazzjoni tal-kopji tista’ ssir:

- mill-uffiċjal pubbliku (pubblico ufficiale) li jkun ħareġ l-oriġinal jew li l-oriġinal ikun iddepożitat għandu, jew li d-dokument ikun irid jiġi ppreżentat lilu;

- minn nutar (notaio);

- minn reġistratur tal-qorti (cancelliere);

- minn segretarju muniċipali (segretario comunale), jew uffiċjal ieħor maħtur mis-sindku.

Il-kompiti relatati mar-reġistru tal-popolazzjoni u mal-istat ċivili huma responsabbiltà tal-gvern, u jitwettqu mis-sindki tal-muniċipalitajiet bħala uffiċjali tal-gvern, u mill-persunal maħtur minnhom.

L-uffiċjali tal-gvern joħorġu ċertifikati tar-reġistru tal-popolazzjoni (l-Artikolu 33 DPR nru 223/1989) u estratti mir-rekords tal-istat ċivili miżmuma fir-reġistri rilevanti (l-Artikoli 106-108, DPR nru 396/2000).

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Għat-traduzzjonijiet iċċertifikati, id-dokumenti jridu ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni lejn it-Taljana, li trid tkun iċċertifikata bħala konformi mat-test barrani mill-awtorità diplomatika jew konsulari jew minn traduttur uffiċjali jew minn interpretu li jiċċertifika bil-ġurament li tkun konformi mat-test barrani. L-awtorità diplomatika jew konsulari jew it-traduttur jew l-interpretu jdaħħal id-dettalji ta’ identifikazzjoni tiegħu u jżid il-firma tiegħu jew it-timbru tal-uffiċċju li jappartjeni lilu flimkien mal-firma. Huwa jrid idaħħal ukoll dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà għax-xogħol li jkun wettaq.

Kopja tiġi ċċertifikata billi tiddaħħal dikjarazzjoni fl-aħħar tal-kopja, li tiċċertifika li tkun konformi mal-oriġinal. Dan isir minn uffiċjal pubbliku li jrid jindika wkoll id-data u l-post tal-ħruġ, l-għadd ta’ folji użati, ismu u kunjomu, il-kariga tiegħu u jdaħħal il-firma sħiħa tiegħu u t-timbru tal-uffiċċju. Jekk il-kopja taċ-ċertifikat jew dokument tikkonsisti f’bosta folji, l-uffiċjal pubbliku jrid jiffirma fil-ġenb ta’ kull folja.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Kif intqal fuq fil-punt e), kopji ta’ dokumenti jiġu ċċertifikati permezz ta’ dikjarazzjoni, miktuba minn uffiċjal pubbliku awtorizzat, li tiċċertifika li l-kopja tikkorrispondi mad-dokument oriġinali.

Kopja ċċertifikata b’dan il-mod tissejjaħ “awtentika” (autentica) jekk iċ-ċertifikazzjoni tagħtiha l-istess effetti ġuridiċi bħall-oriġinal.

L-aħħar aġġornament: 21/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.