Dokumenti pubbliċi

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-Latvjan.

Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet f’ċerti każijiet definiti b’mod ristrett ħafna mil-liġi: il-liġi dwar l-Immigrazzjoni (Imigrācijas likums), pereżempju, tiddikjara li għall-approvazzjoni ta’ sponsorizzazzjonijiet jew l-estensjoni ta’ permessi ta’ residenza, id-dokumenti meħtieġa (eż. ċertifikat ta’ assenza ta’ rekord kriminali, kopji ta’ dokumenti li jagħtu prova ta’ parentela jew affinità, jew dokumenti oħra meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Latvjana) jistgħu jiġu ppreżentati bil-Latvjan, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bir-Russu.

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Twelid: iċ-ċertifikat tat-twelid (dzimšanas apliecība) jew estratt mir-reġistru tat-twelid ( izziņa no dzimšanas reģistra) maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili (Dzimtsarakstu departaments) tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tat-twelid jew estratt mir-reġistru tat-twelid maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili (Dzimtsarakstu nodaļa) ta’ awtorità lokali; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni (izziņa no Iedzīvotāju reģistra) maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni (Pilsonības un migrācijas lietu pārvalde); ċertifikat tat-twelid (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Li persuna tkun ħajja: ċertifikat maħruġ minn nutar (zvērināts notārs); ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Mewt: ċertifikat tal-mewt (miršanas apliecība) jew estratt tar-reġistru tat-twelid (izziņa no miršanas reģistra) maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tal-mewt jew estratt mir-reġistru għall-imwiet maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat tal-mewt (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Isem: ordni ta’ bidla ta’ isem u / jew kunjom (lēmums par uzvārda maiņu un/vai vārda maiņu) maħruġa mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Żwieġ, inkluża l-kapaċità li persuna tiżżewweġ: att taż-żwieġ (laulības apliecība) jew estratt tar-reġistru taż-żwieġ (izziņa no laulības reģistra) maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; att taż-żwieġ jew estratt mir-reġistru taż-żwieġ maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; att taż-żwieġ maħruġ minn ministru ta’ wieħed mid-denominazzjonijiet reliġjużi elenkati fil-Liġi Ċivili ( (Civillikums); estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; att taż-żwieġ (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Il-Latvja ma tipprovdix dokument li jiċċertifika l-kapacità li persuna tiżżewweġ. Minflok tali ċertifikat, persuna tista’ titlob informazzjoni dwar l-istat ċivili tagħha.

Divorzju jew annullament taż-żwieġ: dokument notarili (notariāls akts) li jiċċertifika d-divorzju (laulības šķiršanas apliecība); deċiżjoni tal-Qorti (tiesas nolēmums); estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż; estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja li juri d-divorzju; estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili tal-awtorità lokali li juri d-divorzju.

Paternità/maternità: sentenza tal-qorti; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Adozzjoni: deċiżjoni ta’ qorti; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni.

Domiċilju u/jew residenza: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn awtorità lokali.

Nazzjonalità: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Assenza ta’ rekord kriminali: Estratt mir-reġistru ta’ kundanni kriminali (izziņa no sodu reģistra) maħruġ miċ-Ċentru tal-Informazzjoni (Informācijas centrs) tal-Ministeru tal-Intern; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Twelid: ċertifikat tat-twelid jew estratt tar-reġistru maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tat-twelid jew estratt mir-reġistru tat-twelid maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat tat-twelid (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Li persuna tkun ħajja: ċertifikat maħruġ minn nutar; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Mewt: ċertifikat tal-mewt jew estratt tar-reġistru għall-imwiet maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; ċertifikat tal-mewt jew estratt mir-reġistru għall-imwiet maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; ċertifikat tal-mewt (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Żwieġ: att taż-żwieġ jew estratt tar-reġistru taż-żwieġ maħruġ mid-Dipartiment tar-Reġistru Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja; att taż-żwieġ jew estratt mir-reġistru taż-żwieġ maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili ta’ awtorità lokali; att taż-żwieġ maħruġ minn ministru ta’ wieħed mid-denominazzjonijiet reliġjużi elenkati fil-Liġi Ċivili; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; att taż-żwieġ (oriġinali jew duplikat) jew estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Stat ċivili: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

Domiċilju u / jew residenza: estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ mill-Uffiċċju għaċ-Ċittadinanza u għall-Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni; estratt tar-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż; estratt mir-reġistru tal-popolazzjoni maħruġ minn awtorità lokali.

Assenza ta’ rekord kriminali: Estratt mir-reġistru ta’ kundanni kriminali maħruġ miċ-Ċentru tal-Informazzjoni tal-Ministeru tal-Intern; ċertifikat maħruġ minn missjoni diplomatika jew konsulari Latvjana barra mill-pajjiż.

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Ma hemmx listi bħal dawn, minħabba li fil-Latvja traduzzjoni tista’ tiġi ċċertifikata minn kwalunkwe persuna fiżika li tassumi responsabbiltà skont il-proċedura stabbilità bil-liġi għal kwalunkwe dannu kkawżat minn żbalji fit-traduzzjoni tad-dokument.

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Il-kopji ta’ dokumenti jistgħu jiġu awtentikati minn nutar; salv fejn il-leġiżlazzjoni tirrikjedi li kopja trid tiġi awtentikata minn nutar, il-preċiżjoni tagħha tista’ tiġi awtentikata wkoll mill-organizzazzjoni kkonċernata (il-Liġi dwar il-forza legali tad-dokumenti (Dokumentu juridiskā spēka likuma), Artikolu 6).

L-eżattezza ta’ kopja ta’ dokument tista’ wkoll tiġi awtentikata mill-persuna fiżika li hija l-awtur tad-dokument. Persuna fiżika tista’ wkoll tawtentika l-preċiżjoni ta’ kopja ta’ dokument li hija tkun irċeviet minn persuna fiżika jew minn organizzazzjoni oħra, salv fejn il-leġiżlazzjoni tkun teħtieġ il-kunsens tal-awtur.

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

It-traduttur jawtentika l-preċiżjoni tat-traduzzjoni fl-aħħar paġna tat-traduzzjoni, wara t-test, bil-Latvjan. It-traduttur idaħħal il-kliem TULKOJUMS PAREIZS (“akkurattezza tat-traduttur”) b’ittri kapitali, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali, il-firma tat-traduttur, l-isem tal-post tal-awtentikazzjoni, u d-data tal-awtentikazzjoni (ara r-Regolament tal-Kabinett Nru 291 dwar il-proċeduri għall-awtentikazzjoni ta’ traduzzjonijiet ta’ dokumenti fil-lingwa uffiċjali (Ministru kabineta noteikumus Nr.291 Kārtība, kādā apliecināmi dokumentu tulkojumi valsts valodā)).

Rekwiżiti simili japplikaw għal kopji awtentikati (ara l-punt li jmiss).

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Il-kelma KOPIJA (“kopja”) trid tiddaħħal b’ittri kapitali fir-rokna leminija ta’ fuq fl-ewwel paġna. Iċ-ċertifikat jikkonsisti fil-kliem KOPIJA PAREIZA (“kopja preċiża”), miktuba b’ittri kapitali; it-titolu uffiċjali sħiħ tal-uffiċjal li jawtentika l-preċiżjoni tal-kopja (inkluż l-isem sħiħ tal-organizzazzjoni u jekk meħtieġ informazzjoni oħra li tippermetti li l-persuna tkun identifikata b’mod inekwivoku), il-firma tal-uffiċjal, u l-isem tal-uffiċjal f’forma li tinqara; u d-data tal-awtentikazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.