- L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
- L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
- L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
- L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
- L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
- L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
- L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)
Il-Portugiż
L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
Twelid:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid;
Ħajja:
- Ċertifikati tal-ħajja maħruġin min-nutara (l-Artikolu 161 tal-Kodiċi tan-Nutara) jew mill-kunsilli tal-parroċċa;
Mewt:
- Estratt mir-reġistru tal-imwiet:
Isem:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid;
Żwieġ:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid, bl-annotazzjoni rilevanti;
Kapaċità għaż-żwieġ:
- Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ;
Stat ċivili:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid;
Divorzju:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid, bl-annotazzjoni rilevanti;
- Estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet, bl-annotazzjoni rilevanti;
- Ċertifikat ta’ divorzju b’kunsens reċiproku maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili;
- Ċertifikat ta’ divorzju maħruġ mill-Qorti;
Separazzjoni legali:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid, bl-annotazzjoni rilevanti;
- Estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet, bl-annotazzjoni rilevanti;
- Ċertifikat ta’ separazzjoni legali b’kunsens reċiproku maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru ċivili;
- Ċertifikat mill-Qorti;
Annullament taż-żwieġ:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid, bl-annotazzjoni rilevanti;
- Estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet, bl-annotazzjoni rilevanti;
Parentela:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid;
Adozzjoni:
- Estratt mir-reġistru tat-twelid;
Domiċilju u/jew residenza:
- Ċertifikat ta’ domiċilju maħruġ mill-kunsill tal-parroċċa;
Nazzjonalità:
- Ċertifikat tan-nazzjonalità;
Nuqqas ta’ fedina penali:
- Ċertifikat li jipprova n-nuqqas ta’ fedina penali.
L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni
- Estratt mir-reġistru tat-twelid;
- Estratt mir-reġistru tal-imwiet:
- Estratt mir-reġistru taż-żwiġijiet;
- Ċertifikat ta’ kapaċità għaż-żwieġ;
- Ċertifikat li jipprova n-nuqqas ta’ fedina penali.
L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati
- Servizzi tar-reġistru;
- Nutara;
- Kunsilli tal-parroċċa;
- Persunal tal-uffiċċju postali (CCT);
- Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija debitament rikonoxxuti;
- Avukati;
- Aġenti legali.
L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati
- Traduzzjonijiet ċertifikati:
Id-dokumenti miktubin b’lingwa barranija jridu jkunu akkumpanjati minn traduzzjoni; id-dokument jista’ jiġi tradott minn nutar Portugiż, mill-konsulat Portugiż fil-pajjiż li fih ikun tfassal id-dokument, mill-konsulat ta’ dak il-pajjiż fil-Portugall jew minn traduttur xieraq li jrid jagħmel dikjarazzjoni ġuramentata jew solenni quddiem nutar biex jikkonferma li t-traduzzjoni tkun fidila lejn l-oriġinali.
- It-traduzzjonijiet jistgħu jitwettqu wkoll mill-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija li huma rikonoxxuti skont l-Ordni Amministrattiv Nru 244/92 tad-29 ta’ Ottubru 1992 u minn avukati u aġenti legali.
It-traduzzjoni trid tindika l-lingwa li jkun miktub biha d-dokument oriġinali u tinkludi dikjarazzjoni li t-test huwa traduzzjoni fidila li tirrifletti t-test oriġinali.
Jekk it-traduzzjoni titwettaq minn traduttur ġuramentat li jdaħħal iċ-ċertifikat fit-traduzzjoni proprja tiegħu jew jehmeż iċ-ċertifikat bħala folja separata, huwa jrid jindika l-mod kif saret it-traduzzjoni kif ukoll l-informazzjoni msemmija hawn fuq. It-traduzzjoni trid issemmi wkoll kwalunkwe siġill jew marki legali, timbri u informazzjoni dwar pagamenti oħra inklużi fl-oriġinali, u trid tindika b’mod ċar ukoll kwalunkwe irregolaritajiet jew nuqqasijiet identifikati fit-test li jqajmu dubji dwar l-att jew id-dokument.
- Kopji ċertifikati:
L-informazzjoni li ġejja trid tkun inkluża jew imdaħħla fid-dokument fotokopjat: dikjarazzjoni ta’ konformità mal-oriġinal, il-post u d-data tal-att, l-isem u l-firma tal-persuna li tiċċertifika l-kopja, kif ukoll it-timbru uffiċjali jew xi marka oħra li tidentifika l-korp ta’ ċertifikazzjoni, bħat-timbru uffiċjali tal-korp emittenti.
NOTA: Iċ-ċertifikazzjonijiet u t-traduzzjonijiet imwettqa minn kmamar tal-kummerċ u tal-industrija rikonoxxuti skont l-Ordni Amministrattiv Nru 244/92 tad-29 ta’ Ottubru 1992, u minn avukati u aġenti legali, iridu jiġu rreġistrati f’sistema tal-IT sabiex ikunu validi; għalhekk, minbarra l-elementi msemmija hawn fuq, huma jrid ikun fihom ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni ġġenerat mis-sistema tal-IT. – L-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 657-B/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006.
L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati
Il-kopji ċertifikati jridu jinkludu l-isem u t-titolu tal-impjieg tal-persuna li tiċċertifika l-kopja u d-data li fiha tkun ġiet iċċertifikata; il-korp emittenti għandu jittimbra d-dokument fuq din l-informazzjoni.
Iċ-ċertifikat li jipprova n-nuqqas ta’ fedina penali fih kodiċi alfanumeriku ta’ awtentikazzjoni u aċċess li jippermetti li tiġi verifikata l-awtentiċità tal-oriġinal.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.