Dokumenti pubbliċi

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

L-Artikolu 24(1)(a) - lingwi aċċettati mill-Istat Membru għad-dokumenti pubbliċi biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet tiegħu skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1)

Il-lingwa uffiċjali tas-Slovenja hija s-Sloven. Fil-muniċipalitajiet fejn jgħixu l-minoranzi Taljani jew Ungeriżi u hemmhekk biss, il-lingwa uffiċjali hija wkoll it-Taljan jew l-Ungeriż (l-Artikolu 11 tal-Kostituzzjoni Slovena).

L-Artikolu 24(1)(b) - lista indikattiva ta' dokumenti pubbliċi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Lista indikattiva tad-dokumenti pubbliċi koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tinkludi:

- iċ-ċertifikat tat-twelid
- iċ-ċertifikat tal-eżistenza
- iċ-ċertifikat tal-mewt
- iċ-ċertifikat taż-żwieġ jew iċ-ċertifikat ta’ sħubija reġistrata
- iċ-ċertifikat tar-residenza temporanja jew tad-domiċilju
- iċ-ċertifikat tan-nuqqas ta’ fedina penali

L-Artikolu 24(1)(c) - il-lista ta' dokumenti pubbliċi li magħhom jistgħu jiġu mehmuża l-formoli standard multilingwi bħala għajnuna adatta għat-traduzzjoni

Il-lista ta’ dokumenti pubbliċi li l-formoli standard multilingwi jistgħu jinhemżu magħhom bħala għajnuna xierqa għat-traduzzjoni hija kif ġej:


- tat-twelid (Anness I)
- tal-eżistenza (Anness II)
- tal-mewt (Anness III)
- taż-żwieġ (Anness IV)
- tal-kapaċità taż-żwieġ (Anness V)
- tas-sħubija reġistrata (Anness VII)
- tal-istatus tas-sħubija reġistrata (Anness IX)
- tad-domiċilju u/jew tar-residenza (Anness X)
- tan-nuqqas ta’ fedina penali (Anness XI).”

L-Artikolu 24(1)(d) - il-listi ta' persuni kkwalifikati, f'konformità mal-liġi nazzjonali, biex iwettqu traduzzjonijiet iċċertifikati, meta tali listi jkunu jeżistu

Il-listi ta’ persuni kkwalifikati biex jipproduċu traduzzjonijiet iċċertifikati skont il-liġi nazzjonali, jekk dawn il-listi jeżistu:

l-interpreti tal-qorti huma l-persuni kkwalifikati biex jipproduċu traduzzjonijiet iċċertifikati ta’ dokumenti pubbliċi skont il-liġi Slovena. Ħolqa għal-lista aġġornata tal-interpreti tal-qorti ppubblikata fis-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja:
https://spvt.mp.gov.si/tolmaci.html

L-Artikolu 24(1)(e) - lista indikattiva ta' tipi ta' awtoritajiet awtorizzati mil-liġi nazzjonali sabiex jagħmlu kopji ċċertifikati

Lista indikattiva tat-tipi ta’ korpi awtorizzati biex joħorġu kopji ċċertifikati skont il-liġi nazzjonali:

Il-korpi awtorizzati skont il-liġi Slovena biex joħorġu kopji ċċertifikati huma n-nutara, li r-reġistru tagħhom jinżamm mill-Kamra Slovena tan-Nutara [Notarska zbornica Slovenije] u jiġi ppubblikat fis-sit web tagħha: https://www.notar-z.si/poisci-notarja kif ukoll korpi oħra (unitajiet amministrattivi [upravne enote]), li jistgħu jiċċertifikaw traskrizzjoni [prepis] jew kopja matul operazzjonijiet amministrattivi. Id-dettalji ta’ kuntatt għall-unitajiet amministrattivi jinsabu f’din il-ħolqa: http://www.upravneenote.gov.si/.

Uffiċjal li jkun qed jiċċertifika traskrizzjoni jew kopja u li ma jkunx jifhem il-lingwa li tkun inkitbet biha, jista’ jordna li interpretu tal-qorti jqabbel it-traskrizzjoni jew il-kopja mad-dokument oriġinali. Id-direttorju tal-interpreti tal-qorti jinsab fis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja: https://spvt.mp.gov.si/tolmaci.html

L-Artikolu 24(1)(f) - informazzjoni dwar il-mezzi li bihom traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu identifikati

Informazzjoni dwar kif tidentifika traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati:

Traduzzjonijiet iċċertifikati u kopji ċċertifikati jistgħu jiġu rikonoxxuti viżwalment, peress li kull traduzzjoni jew kopja jkollha t-timbru ta’ interpretu tal-qorti jew tan-nutar mehmuż magħha, li jindika b’mod ċar li tkun traduzzjoni jew kopja ta’ dokument.

L-Artikolu 24(1)(g) - informazzjoni dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kopji ċċertifikati

Ara l-punt (f).

L-aħħar aġġornament: 03/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.