Drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea

Il-korpi u d-dokumenti legali li jipproteġu d-drittijiet tiegħek fl-UE

Strumenti legali

Id-drittijiet fundamentali tiegħek huma protetti fl-UE fuq:

Il-Karta:

  • tiġbor flimkien id-drittijiet kollha (personali, ċiviċi, politiċi, ekonomiċi, soċjali) li jgawdu l-persuni fi ħdan l-UE, f’test wieħed
  • tikkodifikahom bħala sensiela ta’ drittijiet fundamentali
  • fiha drittijiet aktar reċenti, bħall-protezzjoni tad-data u l-amministrazzjoni tajba.

Għal aktar dettalji, ara l-applikazzjoni mobbli tagħna tal-Karta.

Ara wkoll l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Karta.

Il-Karta ma tagħtix setgħa ġenerali lill-istituzzjonijiet tal-UE (il-Kummissjoni Ewropea) biex tintervjeni fi kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali f’pajjiżi tal-UE.

Il-Kummissjoni tista’ tintervjeni biss meta tkun applikabbli l-liġi tal-UE, pereżempju meta miżura nazzjonali tapplika l-liġi tal-UE b’mod inkompatibbli mal-Karta.

Korpi

Il-korpi li ġejjin jistgħu possibbilment jgħinuk fi kwistjonijiet li int taħseb li jkunu qegħdin jiksru d-drittijiet fundamentali tiegħek:

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE

Inti tista’ tressaq każ quddiem il-Qorti jekk int temmen li att legali tal-UE jikser id-drittijiet fundamentali tiegħek (jew bħala individwu jew bħala organizzazzjoni). Skont ċerti kundizzjonijiet, il-Qorti tista’ tannulla t-tali att.

Inti ma tistax tieħu azzjoni direttament kontra individwu ieħor jew organizzazzjoni jew gvern permezz tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-Kunsill tal-Ewropa)

Inti tista’ tressaq każ quddiem din il-qorti jekk taħseb li pajjiż tal-UE jkun kiser dritt fundamentali protett mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Iċċekkja jekk l-ilment tiegħek huwiex ammissibbli

Il-qorti tinterpreta l-Konvenzjoni https://www.coe.int/en/web/human-rights-convention/- mhux bħala strument tal-UE, iżda wieħed li huwa vinkolanti fuq il-pajjiżi kollha tal-UE.

3. Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali

L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali tipprovdi assistenza u għarfien espert dwar id-drittijiet fundamentali lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet Membri tal-UE meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Hija tiġbor u tippubblika data dwar kif dawn id-drittijiet jiġu osservati fil-pajjiżi kollha tal-UE, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

L-aħħar aġġornament: 09/07/2024

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.