Izvorna jezična inačica ove stranice nizozemski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Medjazzjoni fil-pajjiżi tal-UE

Nizozemska

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-ġustizzja fl-Olanda huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Sadržaj omogućio
Nizozemska
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Lil min għandek tikkuntattja?

L-Istitut tal-Medjazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi (NMI) huwa istitut indipendenti li jimmira li jiffamiljarizza lin-nies dwar il-medjazzjoni fil-Pajjiż l-Baxxi u jtejjeb l-istandard tas-servizzi disponibbli. L-NMI żviluppa diversi mudelli u regoli għal dan il-għan.

L-NMI jiġġestixxi wkoll reġistru nazzjonali ta’ medjaturi li jinkludi biss il-medjaturi kwalifikati. Dawn il-medjaturi jkunu segwew taħriġ fil-medjazzjoni bażika rikonoxxut mill-NMI u mbagħad għaddew minn eżami teoretiku u evalwazzjoni. Il-medjaturi rreġistrati mal-NMI huma mitluba li jżommu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom aġġornati, u dan jiġi vverifikat mill-NMI. Ir-reġistru jista’ jiġi kkonsultat hawnhekk: Ir-Reġistru tal-Medjaturi tal-NMI.

Fis-sit hemm ukoll informazzjoni indipendenti dwar il-medjazzjoni u l-medjaturi fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fis-sit tista’ tfittex informazzjoni skont l-interessi u l-preferenzi tiegħek, bl-użu ta’ kriterji mfasslin skont il-bżonnijiet tiegħek. Pereżempju, tista’ tfittex medjatur b’kompetenza speċifika f’qasam partikolari.

L-indirizz tal-NMI huwa Westblaak 150, 3012 KM Rotterdam. L-indirizz postali tiegħu huwa Kaxxa Postali 21499, 3001 AL Rotterdam. Tel.: 010 - 201 23 44, faks: 010 - 201 23 45, indirizz elettroniku info@nmi-mediation.nl

Il-medjaturi jistgħu jirreġistraw għand l-NMI, u mbagħad għandhom jirrispettaw il-kodiċi ta’ kondotta għall-medjaturi. Ir-reġistrazzjoni hija volontarja (bħall-konformità mal-kodiċi ta’ kondotta), iżda l-medjaturi li jkunu jixtiequ jaħdmu fis-sistema Olandiża tal-għajnuna legali ssussidjata jew riferiment mill-qrati għandhom jirreġistraw mal-NMI, kif ukoll jiksbu akkreditazzjoni u ssirilhom evalwazzjoni.

Il-Pajjiżi l-Baxxi introduċew ukoll inizjattiva dwar il-medjazzjoni marbuta mal-qrati, imsejħa “Mediation naast rechtspraak”. Dan ifisser li l-qorti tad-distrett jew il-qorti tal-appell li tkun qed tisma' l-każ tiegħek tindikalek il-possibbiltà li tuża l-medjazzjoni. Din tista’ tagħmel hekk bil-miktub, f’liema każ iż-żewġ partijiet jirċievu ittra flimkien ma’ fuljett informattiv, l-awtoevalwazzjoni tal-medjazzjoni u formola ta’ tweġiba. Alternattivament, l-imħallef jista’ jindika waqt is-seduta li għall-każ tiegħek tista' tintuża l-medjazzjoni u jipproponi din l-għażla lilek u lill-parti l-oħra.

Tista’ tavviċina lill-uffiċjal tal-medjazzjoni int stess. Kull qorti tad-distrett u qorti tal-appell ikollha uffiċjal bħal dan, li jkun jista’ jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek, iressaq il-proposta tiegħek għall-medjazzjoni lill-parti l-oħra, jgħin lill-partijiet isibu l-medjatur xieraq u jorganizzaw l-ewwel laqgħa.

Tista’ tikseb aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni minn:

  • Id-Desk tas-Servizzi Legali (Het Juridisch Loket) Kaxxa Postali 487, 3500 AL Utrecht. Tel.: 0900-8020 (0.10 kull minuta).
  • Il-Kunsill tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand) f’Utrecht: Jaarbeursplein 15, 3521 AM Utrecht, Kaxxa Postali 24080, 3502 MB Utrecht. Tel.: 088-7871012 (Id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni).

F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni dejjem hi permessa u tintuża l-aktar fil-liġi ċivili u fil-liġi pubblika.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

Ir-rikors għall-medjazzjoni huwa totalment volontarju. Teżisti kodiċi ta’ kondotta għall-medjaturi.

Informazzjoni u taħriġ

L-Istitut ta’ Medjazzjoni tal-Olanda (NMI) jipprovdi informazzjoni dwar il-medjazzjoni u jirreġistra lill-medjaturi.

L-NMI jipprovdi assigurazzjoni tal-kwalità indipendenti rigward il-medjazzjoni u l-medjaturi nazzjonali u jżomm aġġornat reġistru pubbliku tal-medjaturi.

Il-medjaturi reġistrati mal-NMI huma mħarrġa u kkwalifikati biex jagħmluha ta’ medjaturi skont ir-regoli ta’ medjazzjoni tal-NMI. Huma impenjaw irwieħhom biex jimxu mas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-NMI.

Biex wieħed jitniżżel fir-reġistru tal-NMI bħala medjatur, irid jissodisfa żewġ rekwiżiti bażiċi:

  • Irid jirnexxielu jtemm it-taħriġ bħala medjatur akkreditat mill-NMI
  • Irid jgħaddi evalwazzjoni tal-għarfien rilevanti

L-NMI akkreditat diversi istituti ta’ taħriġ fil-medjazzjoni. Il-programmi ta’ taħriġ tagħhom ivarjaw minn kors bażiku ta’ sitt ijiem (inklużi filgħaxijiet) għal korsijiet li jdumu 20 jum jew iktar. Waħda miż-żewġ kundizzjonijiet preliminari għall-ammissjoni fir-Reġistru tal-Medjaturi tal-NMI hija appuntu li l-kandidat jirnexxielu jtemm wieħed minn dawn il-korsijiet ta’ taħriġ.

It-tieni kundizzjoni preliminari għall-ammissjoni fir-Reġistru tal-NMI huwa li l-kandidat irid jgħaddi minn test li jevalwa l-għarfien rilevanti. L-istrument ta’ evalwazzjoni kien żviluppat għall-NMI mill-Università ta’ Leiden fl-Olanda. Dan jinkludi 50 mistoqsija fejn ir-risposta tingħażel mill-possibbiltajiet offruti, kif ukoll ħames domandi miftuħa. L-għarfien rilevanti huwa inkluż fil-“Mediation Handboek” Olandiż (ed. Sdu Uitgevers, L-Aja, L-Olanda).

It-tieni kondizzjoni bażika għall-ammissjoni hija li tgħaddi minn test ta’ għarfien rilevanti. Il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi iżomm l-istatistika dwar il-medjazzjoni (b’sommarju bl-Ingliż).

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni biex tinstab soluzzjoni għal tilwim ċivili ma tkunx ipprovduta mingħajr ħlas.

Il-kostijiet jiddependu mit-tip ta' każ. Ċerti proċeduri huma kumplessi u jieħdu l-ħin u, għaldaqstant, iqumu aktar flus. Jeżistu wkoll każijiet fejn il-partijiet jingħataw parir li jinvolvu lil avukati speċjalizzati fil-medjazzjoni. Xi drabi r-riferiment għand medjatur jista’ jġiegħel lill-partijiet isolvu d-differenzi tagħhom bejniethom stess, li huwa sinjal li l-medjazzjoni tista’ tgħin biex twaqqaf tilwima milli tikber.

Jekk il-partijiet ikollhom biżżejjed mezzi finanzjarji, huma obbligati jħallsu l-ispejjeż tal-medjazzjoni. Il-limitu għad-dħul biex parti tikkwalifika għal avukat jew medjatur iffinanzjat mill-Istat huwa:

  • Għal koppji miżżewġa, sħubiji rreġistrati jew persuni jgħixu flimkien: EUR 35 200 kull sena.
  • Għal persuni waħedhom: EUR 24 900 kull sena.

Barra minn dawn il-limiti finanzjarji, l-għajnuna finanzjarja mhix disponibbli għall-partijiet b’assi 'l fuq minn ċertu valur li jirrikjedu żvelar lill-awtoritajiet tat-taxxa. Dawn jinkludu t-tieni dar, beni immobbli oħra, tfaddil, likwidità, assi, eċċ. Il-valur preċiż għall-koppji miżżewġa, sħubiji rreġistrati jew persuni jgħixu flimkien jiġi ddeterminat abbażi ta’ dejta mingħand l-awtorità tat-taxxa.

Jekk id-dħul tal-partijiet ikun inqas mil-livelli limiti applikabbli, l-istat jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta' avukat jew medjatur. Madankollu, l-istat qatt ma jħallas l-ammont sħiħ. Kull parti jkollha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja. Din tammonta għal EUR 51 għal sa erba’ sigħat u EUR 102 għal ħames sigħat jew aktar (għal kull medjazzjoni, mhux għal kull parti). Il-kontribuzzjoni għal avukat hija ogħla. Dawn iċ-ċifri jingħataw bħala indikazzjoni u mhumiex legalment vinkolanti. L-ammonti preċiżi jistgħu jinstabu fis-sit tal-Kunsill tal-Għajnuna Legali

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Id-Direttiva 2008/52/KE tippermetti li dawk involuti f’tilwima jitolbu li ftehim bil-miktub li jirriżulta mill-medjazzjoni jsir eżegwibbli. L-istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni tal-qrati jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn biex jirċievu talbiet bħal dawn.

L-Olanda għadha ma kkomunikatx din l-informazzjoni.

Links relatati

Istitut ta' Medjazzjoni tal-Olanda

L-aħħar aġġornament: 11/04/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.