Sib informazzjoni għal kull reġjun
Lil min għandek tikkuntattja?
Is-sit elettroniku tal- Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk għandu taqsima iddedikata lill-medjazzjoni, disponibbli biss bl-Islovakk.
F'liema qasam huwa ammissibbli u/jew l-aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?
Il-mekkaniżmi ta’ medjazzjoni huma deskritti fl-Att Nru 420/2004 dwar il-medjazzjoni li jemenda liġijiet partikolari, kif emendati, li jirregola:
- il-prestazzjoni tal-medjazzjoni,
- il-prinċipji bażiċi tal-medjazzjoni, u
- l-organizzazzjoni u l-effetti tal-medjazzjoni.
Dan l-Att japplika għal kunflitti li jseħħu f'relazzjonijiet regolati mill-liġi ċivili, tal-familja, il-kuntratti kummerċjali, u l-liġi tax-xogħol.
Il-medjazzjoni hija proċediment ta’ barra mill-qorti li permezz tiegħu l-medjatur jipprova jsolvi kunflitt ġej minn relazzjoni kuntrattwali jew relazzjonijiet ġuridiċi oħra. Hija proċedura fejn żewġ partijiet jew iktar għal tilwima jiġu assistiti minn medjatur sabiex isibu soluzzjoni għat-tilwima.
It-tielet sentenza tat-Taqsima 99 (1) tal-Att Nru 99/1963 Regoli tal-Proċedura Ċivili, kif emendat, tinqara kif ġej: "Jekk ikunu jippermettu ċ-ċirkostanzi tal-każ, qabel l-ewwel seduta ta' smigħ u matul il-proċedimenti, il-qorti tista' tistieden lill-partijiet sabiex jattednu għal laqgħa ta' informazzjoni ma' medjatur imniżżel fir-Reġistru tal-Medjaturi sabiex ifittxu jsibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom permezz tal-medjazzjoni."
Informazzjoni u taħriġ
It-taqsima dwar il-medjazzjonitas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk tipprovdi informazzjoni dwar il-medjazzjoni bis-Slovakk. Tista’ ssib iktar informazzjoni fis-sit elettroniku tan- Network Ġudizzjarju Ewropew.
X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?
Il-medjazzjoni hija servizz bi ħlas. Il-ħlas tal-medjatur isir individwalment u ġeneralment ikun ibbażat fuq rata fis-siegħa jew fuq rata fissa. Il-medjazzjoni hija attività kummerċjali u m’hemmx spejjeż iffissati minn qabel.
Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?
Id-Direttiva 2008/52/KE tippermetti li dawk involuti f’tilwima jitolbu li ftehim bil-miktub li jirriżulta mill-medjazzjoni ikun jista’ jiġi infurzat.. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-qrati u lill-awtoritajiet l-oħra li huma kompetenti jirċievu talbiet bħal dawn.
Il-medjazzjoni fis-Slovakkja hija proċess informali, volontarju u kunfidenzjali biex jissolvew il-kunflitti barra mill-qorti permezz ta’ medjatur. L-għan tal-medjazzjoni huwa li jintlaħaq ftehim li jkun aċċettabbli għaż-żewġ partijiet.
Il-ftehim li jirriżulta mill-proċedura ta' medjazzjoni jrid jitniżżel bil-miktub. Dan japplika primarjament għall-partijiet involuti fil-ftehim u jorbothom. Fuq il-bażi tal-ftehim, il-parti intitolata tista’ tapplika għal infurzar ġudizzarju tad-deċiżjoni jew biex din tiġi eżegwita, sakemm il-ftehim ikun:
- imfassal fil-forma ta’ att notarili;
- -approvat bħala konċiljazzjoni fil-qorti minn entità ta’ arbitraġġ.
Jekk il-medjazzjoni ma twassal għall-ebda ftehim, il-kwistjoni tista’ titkompla fil-qorti.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.