Mediation in EU countries

Mediation is at varying stages of development in Member States. There are some Member States with comprehensive legislation or procedural rules on mediation. In others, legislative bodies have shown little interest in regulating mediation. However, there are Member States with a solid mediation culture, which rely mostly on self-regulation.

More and more disputes are being brought to court. As a result, this has meant not only longer waiting periods for disputes to be resolved, but it has also pushed up legal costs to such levels that they can often be disproportionate to the value of the dispute.

Mediation is in most cases faster and, therefore, usually cheaper than ordinary court proceedings. This is especially true in countries where the court system has substantial backlogs and the average court proceeding takes several years.

This is why, despite the diversity in areas and methods of mediation throughout the European Union, there is an increasing interest for in this means of resolving disputes as an alternative to judicial decisions.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 17/11/2021

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Belġju

Minflok tiftaħ kawża, għaliex ma ssolvix tilwima permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma alternattiva ta’ soluzzjoni għat-tilwim, fejn medjatur jgħin lill-partijiet sabiex jaslu għal ftehim. Fil-Belġju, il-gvern u l-professjonisti huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

Il-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni (Commission fédérale de médiation).

Għalkemm din ma tagħmilx medjazzjonijiet hija stess, il-Kummissjoni federali tirregola l-professjoni u żżomm aġġornata lista ta’ medjaturi awtorizzati.

Is-segretarjat tal-Kummissjoni joffri tagħrif bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż. Tista’ tikkuntattjaha permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaposta elettronika u fl-indirizz li ġej:

SPF Justice
Commission fédérale de médiation
Rue de la Loi, 34
1040 Bruxelles
Tel: (+32) 2 224 99 01
Fax: (+32) 2 224 99 07

Il-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni tiggarantixxi (permezz tal-approvazzjoni tal-medjaturi) il-kwalità u l-iżvilupp tal-medjazzjoni.

Il-lista ta’ medjaturi hija disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż.

F’liema oqsma huwa ammissibbli / frekwenti r-rikors għall-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli fil-:

  • Liġi ċivili (inklużi kwistjonijiet tal-familja);
  • Liġi kummerċjali;
  • Liġi industrijali;
  • Teżisti wkoll medjazzjoni kriminali u ta’ riparazzjoni, iżda dawn l-oqsma ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni.

L-iktar qasam ta’ medjazzjoni frekwenti huwa l-liġi ċivili, b’mod speċjali l-kwistjonijiet tal-familja.

X’inhuma r-regoli li wieħed għandu jsegwi?

Il-medjazzjoni hija għażla volontarja tal-partijiet, u m’hijiex soġġetta għal xi pieni f’każ li ma tirnexxiex.

Skont id-dispożizzjonijiet reċenti tal-liġi tal-familja, l-imħallef huwa mistenni li jinforma lill-partijiet bl-eżistenza u l-potenzjal tal-medjazzjoni.

Jeżisti "Kodiċi ta’ Kondotta" tal-medjaturi, disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż.

Informazzjoni u taħriġ

Hemm ħafna informazzjoni disponibbli fuq is-sit elettroniku, bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOlandiż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż, li tagħti tagħrif dwar l-aspetti differenti tal-medjazzjoni (il-proċess tal-medjazzjoni, spejjeż, indirizzi,…).

Ir-rokna tal-professjonisti

Din il-parti tas-sit elettroniku tal-Web tinforma dwar il-kriterji ta’ approvazzjoni u l-kondizzjonijiet tat-taħriġ tal-medjaturi.

Il-Kummissjoni federali tal-medjazzjoni rregolat it-taħriġ tal-medjaturi, iżda t-taħriġ innifsu jingħata mis-settur privat.

Il-programm jinkludi kurrikulu komuni ta’ 60 siegħa li jinqasam fuq mill-inqas 25 siegħa ta’ taħriġ teoretiku u mill-inqas 25 siegħa ta’ taħriġ prattiku.

  • Il-kurrikolu komuni jkopri l-prinċipji ġenerali tal-medjazzjoni (etika/filosofija), l-istudju ta’ Modi Alternattivi differenti ta’ Soluzzjoni ta’ Tilwim, il-liġi applikabbli, l-aspetti soċjoloġiċi, psikoloġiċi u l-proċess ta’ medjazzjoni.
  • L-eżerċizzji prattiċi jkopru s-suġġetti tal-programm u jiżviluppaw, permezz ta’ simulazzjoni ta’ rwoli, il-kapaċitajiet ta’ negozjar, u ta’ komunikazzjoni.

Minbarra dan il-kurrikulu komuni, hemm programmi partikolari għal kull tip ta’ medjazzjoni (mill-inqas 30 siegħa li jinqasmu liberament bejn il-ħin tat-taħriġ teoretiku u prattiku).

Hemm programmi partikolari fil-medjazzjoni tal-familja, ċivili u kummerċjali, u soċjali.

Il-kriterji ta’ approvazzjoni

  • il-kriterji ta’ approvazzjoni tal-medjaturi,
  • id-Direttivi dwar il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni sabiex wieħed jikseb liċenzja bħala medjatur fuq il-bażi tal-liġi tal-21 ta’ Frar 2005,
  • l-inventarju tat-talba għal rikonoxximent bħala medjatur (Word)

Il-kriterji ta’ taħriġ / taħriġ permanenti

Taħriġ bażiku

  • Id-Deċiżjoni tal-1 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri ta’ approvazzjoni taċ-ċentri ta’ taħriġ u tat-taħriġ tal-medjaturi approvati (PDF)
  • Il-Proċeduri ta’ taħriġ tal-medjaturi approvati mill-Kummissjoni Federali tal-Medjazzjoni

Taħriġ kontinwu

  • Deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi l-obbligi tal-medjaturi approvati rigward taħriġ kontinwu u l-kriterji ta’ approvazzjoni tal-programmi f’dan is-suġġett

Il-Kodiċi ta’ kondotta tajba

  • Il-Kodiċi ta’ kondotta tajba tal-medjatur approvat (Word)

Il-Ġestjoni tal-ilmenti

  • Id-Deċiżjoni li tirrigwarda l-proċedura tal-irtirar tal-approvazzjoni, id-determinazzjoni ta’ sanzjonijiet li jirriżultaw mill-kodiċi ta’ kondotta tajba u l-proċedura tal-applikazzjoni ta’ dawn is-sanzjonijiet

Kemm tiswa flus medjazzjoni?

Medjazzjoni m’hijiex bla ħlas. Il-dritt tal-medjatur huwa soġġett għal ftehim bejn il-medjatur privat u l-partijiet. Il-liġi ma tirregolahomx. Ġeneralment, kull parti tħallas nofs id-dritt.

Parti tista’ tikseb għajnuna sabiex tħallas id-dritt ta’ medjatur, jekk din ikollha dħul baxx u sakemm il-medjatur ikun awtorizzat.

Jista’ wieħed jagħti effett lil ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Skont id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva Ewropea 2008/52/KE, huwa possibbli li wieħed jitlob li ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni isir inforzabbli. L-Istati Membri jikkomunikaw liema tribunali jew awtoritajiet oħrajn huma kompetenti sabiex jirċievu talbiet bħal dawn. Il-Belġju għadu ma kkomunikax din l-informazzjoni.

Madankollu, skont l-Artikoli 1733 u 1736 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, huwa possibbli li wieħed iġib l-approvazzjoni ta’ ftehim minn medjazzjoni mingħand imħallef, li jagħmel dan il-ftehim awtentiku u inforzabbli. F’dak li jirrigwarda l-forma, il-ftehim imbagħad jiġi mibdul f’sentenza.

Teżisti alternattiva għall-approvazzjoni. Fil-fatt huwa possibbli li wieħed jibdel il-ftehim minn medjazzjoni f’dokument notarili għand nutar. B’hekk il-ftehim ukoll isir awtentiku u inforzabbli mingħajr ma wieħed jirrikorri għal imħallef. Din l-għażla hija possibbli biss jekk il-partijiet kollha jkunu jaqblu.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaService Public Fédéral Justice (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission fédérale de médiation (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni Federali tal-Medjazzjoni)

L-aħħar aġġornament: 06/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Bulgarija

Minflok ma tidher il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwim tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jassisti lil dawk involuti f'tilwim biex jaslu għal qbil. Il-gvern u  l-prattikanti tal-liġi tal-Bulgarija huma konxji tal-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Bulgarija stabbilixxa reġistru ta' medjaturi bħala parti mir-reġistru ċentrali ta' korpi korporattivi mingħajr skop ta' qliegħ li joffru servizzi pubbliċi utli.

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja  jipprovdi aċċess għal:

F'liema qasam huwa r-rikors għall-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli f'bosta oqsma tal-liġi. Madankollu, dawn l-oqsma mhumiex irregolati jew limitati mil-leġislazzjoni. S'issa, il-biċċa l-kbira tal-medjaturi speċjalizzaw f'medjazzjoni kummerċjali u tan-negozju.

Għandhom jiġu segwiti regoli speċifiċi?

Il-medjazzjoni hija totalment volontarja. Minkejja li l-medjazzjoni tipprovdi mezzi alternattivi għas-soluzzjoni ta' tilwim mingħajr proċedimenti l-qorti, mhijiex prerekwiżit meta jinbdew proċedimenti fil-qrati.

M'hemm l-ebda kodiċi speċifiku ta' ħidma għall-medjaturi. Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar l-istandards etiċi jinsabu fil-Liġi dwar il-Medjazzjoni u r-Regolament Nru 2 tal-15 ta' Marzu 2007, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċess ta' approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-medjazzjoni.

Informazzjoni u taħriġ

L-organizzazzjonijiet li joffru taħriġ lill-medjaturi huma mis-settur privat.

Is-suġġetti tas-seminar ta' taħriġ jinkludu l-proċedimenti legali u r-regoli etiċi għall-imġiba tal-medjaturi, kif ukoll il-proċedura stabbilita fil-Liġi dwar il-Medjazzjoni u r-Regolament Nru 2 tal-15 ta' Marzu 2007.

X'inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni mhijiex bla ħlas; il-ħlas huwa soġġett għal qbil bejn il-medjatur u l-partijiet involuti.

Huwa possibbli li jiġi infurzat qbil li jirriżulta minn medjazzjoni?

Skont id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE (biex tiġi mħeġġa u ffaċilitata l-medjazzjoni bħala forma alternattiva ta' soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali fl-UE), għandu jkun possibbli li jintalab li l-kontenut ta' qbil bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jkun infurzabbli.

L-Istati Membri ser jikkomunikaw dan lill-qrati u lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti biex jirċievu tali talbiet.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-medjaturi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-medjaturi (fittex)

L-aħħar aġġornament: 09/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Repubblika Ċeka

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma ssolvix it-tilwim bil-medjazzjoni?

Din hija forma ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim (alternative dispute resolution — ADR), fejn medjatur jgħin lill-partijiet fit-tilwima jilħqu ftehim. Il-vantaġġ li tuża l-medjazzjoni huwa l-ħin li tiffranka meta tuża din il-forma ta’ soluzzjoni tat-tilwim (b’paragun ma’ każ fil-qorti, li jieħu fit-tul) u ta’ spiss frankar finanzjarju (meta mqabbel mal-ispejjeż ta’ kawża l-qorti).

Lil min għandek tikkuntattja?

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Probation u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka (Probační a mediační služba ČR) huwa l-korp ċentralizzat responsabbli mill-medjazzjoni bħala mezz biex jiġu trattati l-konsegwenzi ta’ reat kriminali bejn it-trasgressur u l-vittma fi proċedimenti kriminali. Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka huwa responsabbli minn dan is-servizz.

Għall-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-liġi ċivili, tista’ tikkuntattja wieħed mill-medjaturi li joffru dak is-servizz. Tista’ ssib il-kuntatti tal-medjaturi li jaħdmu fir-Repubblika Ċeka f’diversi websajts billi ddaħħal il-kelma tat-tfittix ‘medjazzjoni’.

Tista’ ssib lista ta’ medjaturi, pereżempju fil-websajts tal-Assoċjazzjoni Ċeka tal-Medjaturi, l-Assoċjazzjoni Ċeka tal-Avukatura u l-Unjoni tal-Proċeduri tal-Arbitraġġ u tal-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka. Wieħed jista’ jsib il-kuntatti tal-professjonisti li jaħdmu taħt il-mandat tal-qrati distrettwali rilevanti fil-websajt tas-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka.

Lista ta’ medjaturi rreġistrati skont l-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni, miżmuma mill-Ministeru tal-Ġustizzja, hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Għadd ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet oħra li jaħdmu fil-qasam tal-medjazzjoni.

F’liema oqsma huwa ammissibbli jew l-aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli f’kull qasam tal-liġi, barra fejn hija eskluża bil-leġiżlazzjoni. Dan jinkludi l-liġi tal-familja, il-liġi kummerċjali u l-liġi kriminali. Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, l-imħallef li jkun qed jippresjedi jista’, jekk ikun prattiku u xieraq, jordna lill-partijiet fil-proċedimenti jagħmlu laqgħa inizjali ta’ tliet sigħat ma’ medjatur. F’dawn il-każijiet, il-proċedimenti jistgħu jiġu sospiżi sa tliet xhur.

Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

Iva, il-medjazzjoni hija rregolata kemm mill-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni kif ukoll, fil-qasam tal-proċedimenti kriminali, mill-Att Nru 257/2000 dwar is-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka.

Informazzjoni u taħriġ

Medjatur irreġistrat li jaħdem skont l-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni jkollu jgħaddi minn eżami professjonali quddiem kummissjoni maħtura mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Medjatur li jaħdem fi ħdan il-mandat tas-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni skont l-Att Nru 257/2000 dwar is-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni tar-Repubblika Ċeka jrid jgħaddi b’suċċess minn eżami ta’ kwalifika.

It-taħriġ tal-medjaturi li jaħdmu fis-sistema tal-ġustizzja kriminali jitwettaq mis-Servizzi tal-Probation u l-Medjazzjoni; it-taħriġ fil-qasam tal-medjazzjoni mhux kriminali huwa offrut minn firxa ta’ korpi u istituzzjonijiet edukattivi.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni pprovduta mis-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni hija bla ħlas, jew l-ispejjeż jitħallsu mill-Istat.

Jekk qorti tissospendi l-proċedimenti f’kawża ċivili u tordna lill-partijiet jorganizzaw laqgħa inizjali ma’ medjatur, l-ewwel tliet sigħat tal-laqgħa tal-medjazzjoni jitħallsu bir-rata stabbilita fil-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni (CZK 400 għal kull siegħa mibdija), u din it-tariffa tiġi kondiviża miż-żewġ partijiet b’mod ugwali (jekk il-partijiet ikunu eżentati mit-tariffi tal-qorti, dawn jitħallsu mill-Istat). Jekk il-medjazzjoni testendi lil hinn minn tliet sigħat, l-ispejjeż ulterjuri jinqasmu ugwalment bejn iż-żewġ partijiet, bl-ammont miftiehem bejn il-medjatur u l-partijiet fil-medjazzjoni (jiġifieri fil-proċedimenti).

Huwa possibbli li l-ftehim li jirriżulta mill-medjazzjonili jiġi infurzat?

Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE tippermetti li dawk involuti fit-tilwima jirrikjedu li ftehim bil-miktub li joħroġ minn medjazzjoni jsir infurzabbli. Ftehim bejn il-partijiet fil-medjazzjoni f’kawża ċivili jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti għall-approvazzjoni fil-kuntest ta’ proċedimenti ulterjuri. Ir-riżultati tal-medjazzjoni li tkun saret fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali mis-Servizz tal-Probation u l-Medjazzjoni jistgħu jitqiesu mill-prosekutur pubbliku u mill-qorti fid-deċiżjoni tagħhom fil-każ partikolari.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Ġermanja

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Fil-Ġermanja, l-awtoritajiet pubbliċi u l-professjonisti legali huma kollha konxji mill-benefiċċji tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

Bosta organizzazzjonijiet jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni. Hawn taħt issib lista mhux eżawrjenti ta’ xi wħud mill-assoċjazzjonijiet il-kbar:

Dawn l-assoċjazzjonijiet jappoġġaw lill-partijiet li jixtiequ jużaw medjatur biex isibu medjatur xieraq.

F'liema oqsma huwa ammissibbli u/jew l-aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?

Ġeneralment, meta ma jkun hemm l-ebda rekwiżit legali formali li tip partikolari ta’ tilwima jew kwistjoni trid tiġi ttrattata fil-qorti, il-medjazzjoni hija dejjem permessa. L-iktar oqsma komuni għall-medjazzjoni huma l-liġi tal-familja, il-liġi tas-suċċessjoni u l-liġi tal-kummerċ.

Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

L-Att dwar il-Medjazzjoni (Mediationsgesetz) (l-Artikolu 1 tal-Att li jippromwovi l-medjazzjoni u proċeduri oħra għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti tal-21 ta’ Lulju 2012, il-Gazzetta Federali tal-Liġi I (Bundesgesetzblatt I)¸ p. 1577), daħal fis-seħħ fil-Ġermanja fis-26 ta’ Lulju 2012. Din kienet l-ewwel biċċa leġiżlazzjoni li tirregola formalment is-servizzi ta’ medjazzjoni fil-Ġermanja. L-Att jittrasponi wkoll id-Direttiva Ewropea dwar il-Medjazzjoni fil-liġi Ġermaniża (id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3). L-ambitu tal-Att Ġermaniż dwar il-Medjazzjoni jiżboq ir-rekwiżiti tad-Direttiva Ewropea; filwaqt li d-Direttiva tipprovdi biss għal tilwim ċivili u kummerċjali transfruntiera, l-Att Ġermaniż dwar il-Medjazzjoni jkopri l-forom kollha ta’ medjazzjoni fil-Ġermanja, irrispettivament mill-forma tat-tilwima jew il-post ta’ residenza tal-partijiet ikkonċernati.

L-Att Ġermaniż dwar il-Medjazzjoni jistabbilixxi biss linji gwida ġenerali, minħabba li l-medjaturi u l-partijiet ikkonċernati għandhom bżonn spazju sinifikanti fejn jimmanuvraw matul il-proċess ta’ medjazzjoni. L-Att inizjalment jiddefinixxi t-termini “medjazzjoni” u “medjatur”, biex jiddistingwi l-medjazzjoni minn forom oħra ta’ soluzzjoni tat-tilwim. Skont l-Att, il-medjazzjoni hija proċess strutturat li bih il-partijiet implikati volontarjament u b’mod awtonomu jfittxu forma ta’ soluzzjoni reċiproka tat-tilwim bl-għajnuna ta’ medjatur wieħed jew aktar. Il-medjaturi huma persuni indipendenti u imparzjali, mingħajr is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet, li jiggwidaw lill-partijiet ikkonċernati fil-proċedura ta’ medjazzjoni. L-Att jevita deliberatament li jistabbilixxi kodiċi preċiż ta’ kondotta għall-proċedura tal-medjazzjoni. Madankollu, huwa jistabbilixxi għadd ta’ obbligi ta’ żvelar u restrizzjonijiet fuq l-attività, biex jipproteġi l-indipendenza u l-imparzjalità tal-professjoni tal-medjatur. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tobbliga formalment lill-medjaturi biex iżommu kunfidenzjalità stretta dwar il-klijent.

L-Att jippromwovi soluzzjoni reċiproka tat-tilwim billi jinkludi għadd ta’ inċentivi differenti fil-kodiċijiet proċedurali uffiċjali (eż. il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, Zivilprozessordnung). Minn issa ’l quddiem, pereżempju, meta l-partijiet iressqu każ f’qorti ċivili, ikollhom jgħidu jekk fittxewx diġà li jsolvu l-kwistjoni permezz ta’ miżuri barra mill-qorti, bħall-medjazzjoni, u jekk hemmx raġunijiet speċifiċi biex ma jikkunsidrawx azzjoni f’din id-direzzjoni. Barra minn hekk, il-qorti tista’ tissuġġerixxi li l-partijiet jippruvaw isolvu l-kunflitt permezz tal-medjazzjoni, jew permezz ta' forma oħra ta’ soluzzjoni barra mill-qorti; jekk il-partijiet jirrifjutaw li japplikaw din l-għażla, il-Qorti tista’ tagħżel li tissospendi l-proċeduri. L-għajnuna legali għall-medjazzjoni għalissa ma hijiex prevista. Skont l-Artikolu 278(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti tista’, għall-iskop tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni u għal aktar tentattivi ta’ soluzzjoni bonarja, tirreferi l-partijiet lil imħallef ta’ konċiljazzjoni (Güterichter) li jkun maħtur speċifikament għal dak l-iskop u ma għandux setgħat ta’ teħid ta' deċiżjonijiet. L-imħallef ta’ konċiljazzjoni jista’ juża l-metodi kollha ta’ soluzzjoni tat-tilwim, inkluża l-medjazzjoni.

Il-Gvern Federali żamm mal-obbligu legali tiegħu li jirrapporta lura lill-Bundestag (it-tieni kamra tal-parlament) dwar l-impatt tal-Att ħames snin wara l-implimentazzjoni tiegħu permezz tar-rapport tiegħu tal-20 ta’ Lulju 2017. Ir-rapport jinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Juri li l-medjazzjoni bħala għodda alternattiva għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-Ġermanja għadha ma tintużax daqs kemm mixtieq. Skont ir-rapport, ma hemm l-ebda ħtieġa immedjata li jiġu adottati miżuri leġiżlattivi. Abbażi tas-sejbiet fir-rapport, il-Gvern Federali madankollu se jeżamina kif jista’ jinkiseb aħjar l-għan tal-promozzjoni tal-medjazzjoni mixtieqa mill-Att dwar il-Medjazzjoni.

Informazzjoni u taħriġ

Informazzjoni ġenerali hija disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru Federali għall-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur (Bundesministeriums der Justiz und für Verbraucherschutz).

Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-profil professjonali ta’ medjatur. Bl-istess mod, l-aċċess għall-professjoni ma huwiex ristrett. Il-medjaturi huma responsabbli biex jiżguraw li jkollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa (permezz ta’ taħriġ xieraq u korsijiet ta’ żvilupp ulterjuri) biex jiggwidaw b’mod affidabbli lill-partijiet matul il-proċess ta’ medjazzjoni. Il-liġi Ġermaniża tistabbilixxi l-għarfien ġenerali, il-kompetenzi u l-proċeduri li għandhom ikunu koperti minn taħriġ xieraq minn qabel. Kull persuna li tissodisfa dawn il-kriterji tista’ taħdem bħala medjatur. Ma hemm l-ebda età minima stabbilita, u l-ebda rekwiżit, pereżempju li medjatur irid ikun segwa kors ta’ studju fil-livell universitarju.

Il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur għamel użu mis-setgħa tiegħu li joħroġ strument statutorju u adotta r-“Regolament dwar it-taħriġ u l-iżvilupp ulterjuri ta medjaturi ċertifikati” (Verordnung über die Aus- und Fortbildung von zertifizierten Mediatoren), u b’hekk stabbilixxa kundizzjonijiet aktar speċifiċi għat-taħriġ biex wieħed isir medjatur ċertifikat u għal korsijiet ta’ żvilupp ulterjuri għal medjaturi ċertifikati, kif ukoll rekwiżiti għal stabbilimenti ta’ taħriġ u żvilupp ulterjuri.

L-ebda inizjattiva formali ma hija prevista għalissa.

It-taħriġ tal-medjaturi bħalissa huwa offrut minn assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet, universitajiet, kumpaniji u individwi.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni ma hijiex bla ħlas; il-ħlas huwa suġġett għal ftehim bejn il-medjatur privat u l-partijiet ikkonċernati.

Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni li tirregola t-tariffi għall-medjazzjoni, u lanqas ma hemm statistika dwar l-ispejjeż. Huwa realistiku li wieħed jassumi li t-tariffi fis-siegħa jistgħu jvarjaw bejn wieħed u ieħor minn EUR 80 sa EUR 250.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim ta’ medjazzjoni?

Fil-prinċipju, ftehim ta’ medjazzjoni jista’ jiġi ddikjarat eżegwibbli bl-għajnuna ta’ avukat (bħala soluzzjoni bl-avukati) jew nutar (bħala att notarili pubbliku skont l-Artikoli 796a sa 796c u 794(1)(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali għall-Medjazzjoni tal-Familja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali għall-Medjazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali għall-Medjazzjoni Ekonomika u Professjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru għall-Medjazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniżi

L-aħħar aġġornament: 14/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Estonja

Minflok tmur il-qorti, għalfejn ma tippruvax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, li biha medjatur jipprova jgħin dawk involuti f'tilwima biex jintlaħaq qbil. Il-gvern u l-ġuristi tal-Estonja jinsabu konxji tal-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

Il-konċiljazzjoni tirreferi għall-attivitajiet ta' konċiljatur jew korp tal-konċiljazzjoni f'każijiet ċivili. Il-konċiljazzjoni hija rregolata mill-Att dwar il-Konċiljazzjoni. L-Att dwar il-Konċiljazzjoni kien abbozzat biex jittrasponi d-Direttiva 2008/52/KE dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali fil-liġi Estonjana.

Taħt l-Att dwar il-Konċiljazzjoni, konċiljatur jista' jkun kull persuna naturali li l-partijiet ikunu talbuha biex taġixxi bħala konċiljatur. Avukati u nutara jistgħu wkoll jaġixxu bħala konċiljatur. Taħt l-Att speċifiku r-rwol ta' konċiljatur jista' jiġi assenjat ukoll lil stat jew korp tal-gvern lokali.

Tista’ ssib lista ta' nutara fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Kamra tan-Nutara.

Fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Kamra tal-Avukati Estonjana hemm lista ta' avukati li jaġixxu bħala konċiljaturi.

Tista' tikkuntattja lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li ġejjin:

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi tipprovdi informazzjoni kemm bl-Estonjan kif ukoll bl-Ingliż.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Unjoni Estonjana għall-Benessri tat-Tfal hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li tappoġġa d-drittijiet tat-tfal. L-attivitajiet tagħha jinkludu pariri lill-ġenituri li jixtiequ jisseparaw jew jiddivorzjaw, fejn jinkoraġġuhom biex jużaw is-servizzi tal-konċiljaturi sabiex jipproteġu l-interessi tat-tfal tagħhom. L-Unjoni organizzat sessjonijiet ta' taħriġ dwar is-suġġett tal-medjazzjoni tal-familja.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Assigurazzjoni waqqfet medjatur tal-assigurazzjoni biex jittratta tilwim bejn detenturi tal-assigurazzjoni u assiguraturi jew sensara tal-assigurazzjoni.

Il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Awtur, stabbilit fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, huwa korp ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tal-Att dwar il-Konċiljazzjoni. Il-Kumitat jittratta applikazzjonijiet dwar miżuri li jridu jiġu applikati biex xogħol protett bid-drittijiet tal-awtur jew suġġett protett minn drittijiet relatati jkun jista’ jintuża liberament f’ċerti każijiet.

Skont l-Att Kollettiv għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim dwar ix-Xogħol, il-partijiet għandhom id-dritt ta’ rikors quddiem il-konċiljatur pubbliku fil-każ ta’ tilwim industrijali kollettiv (tilwima rigward it-termini ta’ ftehim kollettiv). Il-Konċiljatur Pubbliku huwa espert imparzjali li jgħin lil dawk involuti f'tilwim industrijali biex jintlaħaq kompromess. Il-Konċiljatur Pubbliku għal tilwim industrijali kollettiv huwa Meelis Virkebau – e-mail: meelis.virkebau@riikliklepitaja.ee. Tista' ssib aktar informazzjoni fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Konċiljatur Pubbliku.

F’xi każijiet il-medjatur jista’ jkun il-Kanċillier tal-Ġustizzja. Għalkemm il-kunċett ta’ "ombudsman" mhux użat fl-Att dwar il-Kanċillier tal-Ġustizzja, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jwettaq ukoll il-funzjonijiet ta’ ombudsman, billi jissorvelja jekk korpi tal-gvern jikkonformawx mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-poplu u mal-prinċipji ta' governanza tajba u jissorvelja wkoll il-gvernijiet lokali, il-persuni ġuridiċi fil-liġi pubblika u entitajiet privati li jwettqu funzjonijiet pubbliċi. Mill-2011, il-Kanċillier tal-Ġustizzja wettaq ukoll il-funzjonijiet tal-Ombudsman għat-Tfal skont l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u ttratta l-konċiljazzjoni f’tilwim dwar id-diskriminazzjoni. Tista' ssib aktar informazzjoni fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja.

F'liema qasam huwa ammissibbli u/jew l-aktar komuni li jsir r-rikors għall-medjazzjoni?

Il-proċess ta' konċiljazzjoni previst fl-Att dwar il-Konċiljazzjoni jista' ġeneralment jintuża biex jissolva kwalunkwe tilwim ċivili li jinvolvi kontenut konċiljatorju.Hemm proċedura ta' konċiljazzjoni f'kawżi ċivili meta t-tilwima tkun tikkonċerna relazzjoni fil-liġi privata u tkun qiegħda tiġi eżaminata minn qorti tal-kontea. Filwaqt li m'hemmx statistiċi komparattivi, huwa probabbli li l-medjazzjoni hija aktar komuni fil-qasam tal-liġi tal-familja.

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jsolvi tilwim li jikkonċerna d-diskriminazzjoni meta individwu japplika għal dikjarazzjoni li ġie diskriminat fuq raġunijiet ta' sess, razza, nazzjonalità (oriġini etnika), il-kulur, il-lingwa, l-oriġini, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew twemmin ieħor, l-istatus finanzjarju jew soċjali, l-età, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew karatteristiċi oħra stabbiliti bil-liġi. Il-medjaturi jistgħu wkoll jaġixxu fl-eventwalità ta' ksur tad-drittijiet fundamentali.

Il-Konċiljatur Pubbliku jaġixxi bħala konċiljatur f'tilwim industrijali kollettiv.

Hemm regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

Skont il-liġi Estonjana r-rikors għall-konċiljazzjoni huwa ġeneralment volontarju. Ir-regoli li jirregolaw il-konċiljazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet ta’ konċiljazzjoni huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Konċiljazzjoni .

Il-Kodiċi Estonjan tal-Proċedura Ċivili għandu regola speċjali li tipprovdi għal konċiljazzjoni minn imħallef f’sitwazzjonijiet fejn ġenitur jikser ordni rigward il-kuntatt mat-tfal. Skont l-Artikolu 563 tal-Kodiċi, dwar petizzjoni minn ġenitur wieħed, il-qorti tista' tħarrek liż-żewġ ġenituri biex jidhru l-qorti biex isolvu t-tilwima permezz ta' ftehim. Il-qorti tordna lill-ġenituri biex jidhru personalment u tgħarrafhom bil-potenzjal ta' konsegwenzi ġuridiċi (multa jew detenzjoni) jekk jonqsu milli jidhru.

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi wkoll li jekk il-qorti tħoss li jkun neċessarju, fl-interess li jiġi solvut il-każ skont il-fatti tal-każ u l-proċedimenti li jkunu saru sa dak iż-żmien, tista' tobbliga lill-partijiet biex jieħdu sehem fi proċess ta' konċiljazzjoni taħt l-Att ta' Konċiljazzjoni.

Ir-regoli ta' proċedura tal-konċiljatur tal-assigurazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni Estonjana huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonline.

Il-Konċiljazzjoni permezz tal-Kanċillier tal-Ġustizzja hija rregolata mill-Att dwar il-Kanċillier tal-Ġustizzja. Ir-riżoluzzjoni ta' tilwim industrijali kollettiv, l-attivitajiet tal-Konċiljatur Pubbliku u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti fil-proċess huma rregolati mill-Att Kollettiv għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Industrijali.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni mwettqa mill-Kumitat tad-Drittijiet tal-Awtur huma stabbiliti fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur.

Informazzjoni u taħriġ

L-informazzjoni dwar il-konċiljaturi li jaġixxu skont l-Att dwar il-Konċiljazzjoni, inklużi nutara u avukati, tinsab fis-siti ta' dawk li jaġixxu bħala konċiljatur. Tista’ ssib lista ta' nutara fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Kamra tan-Nutara. Fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Kamra tal-Avukati Estonjana hemm lista ta' avukati li jaġixxu bħala konċiljaturi.

Informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kanċillier tal-Ġustizzja fil-kapaċità tiegħu bħala Ombudsman għat-Tfal tinstab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Kanċillier tal-Ġustizzja. Informazzjoni dwar il-konċiljazzjoni f’tilwim dwar diskriminazzjoni tinsab ukoll fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Kanċillier tal-Ġustizzja.

Fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Konċiljatur Pubbliku hemm informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Konċiljatur Pubbliku bħala konċiljatur.

It-taħriġ għall-medjaturi huwa pprovdut mis-settur privat (pereżempju l-Assoċjazzjoni tal-Medjaturi). M'hemm l-ebda regolament speċifiku dwar it-taħriġ tal-medjaturi.

X'inhuma l-ispejjeż marbuta mal-medjazzjoni?

Skont l-Att tal-Konċiljazzjoni, il-konċiljazzjoni mhix bla ħlas; l-ispiża tal-konċiljazzjoni hija soġġetta għal ftehim bejn il-medjatur u l-partijiet involuti.

F’każijiet meta qorti tkun ipproponiet li l-partijiet fil-proċedimenti jmorru għand konċiljatur jew tkun ordnat lill-partijiet isegwu l-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista fl-Att dwar il-Konċiljazzjoni, kull parti li ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni jew li tkun tista’ taffordja tħallas parti minnhom biss jew billi tħallas bin-nifs, bħala forma ta’ għajnuna legali, tista’ titlob li jinħafrulha l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti ta’ konċiljazzjoni jew parti minnhom, a spejjeż tar-Repubblika tal-Estonja.

Jekk il-Kanċillier tal-Ġustizzja jaġixxi bħala konċiljatur ma jkun hemm l-ebda tariffa x'titħallas. Madankollu, jista' jkun hemm spejjeż addizzjonali marbuta mal-proċess ta' konċiljazzjoni. Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jiddeċiedi min għandu jħallas dawn l-ispejjeż.

Ir-riżoluzzjoni ta' tilwim industrijali kollettiv mill-Konċiljatur Pubbliku hija wkoll mingħajr ħlas. L-ispejjeż li jirriżultaw mir-riżoluzzjoni ta' tilwim industrijali kollettiv iġġarrabhom il-parti li jkollha t-tort jew jiġu maqsuma bi ftehim komuni bejn il-partijiet.

L-awtorità kontraenti tal-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni Estonjana titlob il-ħlas ta’ tariffa amministrattiva ta' EUR 50 u l-konċiljatur tal-assigurazzjoni jitlob il-ħlas ta’ tariffa massima ta' EUR 160. Bil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-qgħad, dan jammonta għal total ta’ EUR 214.08. Jekk il-konċiljazzjoni ma tkunx suċċess nofs id-dritt ta' ħlas tal-konċiljatur tal-assigurazzjoni ma tkunx pagabbli.

Huwa possibbli li ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni jiġi infurzat?

Skont l-Att dwar il-Konċiljazzjoni, il-ftehim konkluż b’riżultat ta' proċess ta' konċiljazzjoni jkun eżegwibbli wara li titwettaq il-proċedura adatta li tiddikjarah eżegwibbli fuq il-bażi ta’ talba (l-Artikoli 6271 u 6272 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Ftehim ta' Konċiljazzjoni konkluż bħala riżultat ta' proċess ta' konċiljazzjoni minn nutar jew avukat f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Att Notarili, jista' wkoll jiġi ddikjarat eżegwibbli minn nutar. Ir-regoli speċjali li jirregolaw l-eżekutorjetà ta’ ftehimiet dwar il-proċedura għal kuntatt ma’ minuri huma stabbiliti fl-Artikolu 563 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Kull ftehim konkluż b’riżultat ta’ proċess ta’ konċiljazzjoni approvat mill-Kanċillier tal-Ġustizzja huwa eżekutorju.

Ftehim milħuq permezz tal-Konċiljatur Pubbliku biex tiġi solvuta tilwima tax-xogħol kollettiv jorbot liż-żewġ partijiet u huwa validu mid-data li fiha jkun ġie ffirmat, sakemm ma jkunx intlaħaq qbil dwar skadenza għad-dħul fis-seħħ. Madankollu, dan it-tip ta' ftehim ma jikkostitwixxix titolu li jista' jkun infurzat.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Irlanda

Lil min għandek tikkuntattja?

M’hemm l-ebda korp ċentralizzat tal-Istat responsabbli biex jipprovdi s-servizzi ta’ medjazzjoni.

F’liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni tintuża l-aktar b’konnessjoni ma’ kawżi ta’ danni personali, tal-familja u kummerċjali u f’kawżi ta’ lmenti ta’ diskriminazzjoni illegali taħt il-leġiżlazzjoni tal-ugwaljanza.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

Danni

Ġeneralment, l-użu tal-medjazzjoni huwa volontarju. L-Att tal-2004 dwar il-Qrati u r-Responsabbiltà Ċivili (artikoli 15 u 16) jipprovdu għall-medjazzjoni. L-artikolu 15 jintroduċi l-kunċett ta’ konferenza ta’ medjazzjoni. Il-Qorti tista’ tordna lill-partijiet f’azzjoni dwar danni personali biex jiltaqgħu sabiex jiddiskutu u jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni. Meta parti tonqos milli tħares l-ordni, il-qorti tista’ tordna lil dik il-parti tħallas l-ispejjeż sussegwenti.

Il-medjatur f’dak il-każ jista’, f’ċerti ċirkustanzi, jkun persuna nominata minn korp “maħtur, għall-finijet ta’ dan l-artikolu, b’ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Riforma tal-liġi”.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni tal-2005 taħt l-Att tal-2004 dwar Responsabbiltà Ċivili u l-Qrati (Korpi Maħtura taħt l-Artikolu 15) u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaORDNI tal-2005 taħt l-Att tal-2004 dwar Responsabbiltà Ċivili u l-Qrati (Korpi Maħtura taħt l-Artikolu 15) (NRU.2).

Liġi tal-Familja

Fil-kamp tal-liġi tal-familja, numru ta’ Atti jeħtieġu li r-rappreżentanti legali tal-partijiet f’separazzjoni/divorzju jiddiskutu mar-rikorrent jew konvenut (kif xieraq) bil-possibbiltà li jagħmlu użu mill-medjazzjoni. L-għan hu li tinkiseb separazzjoni jew jinkiseb divorzju bbażat fuq ftehim bejn il-konjuġi. Ir-rappreżentanti legali jridu wkoll jgħatu lill-partijiet konċernati l-ismijiet u l-indirizzi ta’ persuni kwalifikati biex jagħtu servizz ta’ medjazzjoni għall-konjuġi mifrudin – u jridu jiċċertifikaw lill-qorti li hu jew hi osserva/t dawn ir-rekwiżiti. Jekk din iċ-ċertifikazzjoni ma tingħatax, il-qorti tista’ tiddifferixxi l-proċeduri għal dak iż-żmien li hi tikkunsidra li jkun raġonevoli biex ir-rappreżentant legali jkun jista’ jagħmel id-diskussjonijiet meħtieġa.

Jekk jogħoġbok irrikorri għas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija tal-Appoġġ tal-Familja u s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Medjazzjoni tal-Familja għal aktar informazzjoni.

Kummerċjali

Meta tinstema’ kwistjoni mdaħħla fil-lista kummerċjali, imħallef jista’ (taħt ordni 63A tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Qrati Superjuri [Proċeduri tal-Kummerċ] 2004), fuq rikors ta’ waħda mill-partijiet jew minn jeddu, jordna li: “il-proċeduri jew xi kwistjoni li tinqala’ fihom jiġu differiti għal dak iż-żmien, li ma jaqbisx tmienja u għoxrin ġurnata, kif hu jqis xieraq biex jagħti l-partijiet żmien biex jikkunsidraw jekk il-proċeduri jew il-kwistjoni għandiex tiġi riferuta għall-proċess ta’ medjazzjoni, konċiljazzjoni jew arbitraġġ, u meta l-partijiet jiddeċiedu li jirreferu l-proċeduri jew il-kwistjoni, li jestendi iż-żmien biex kwalunkwe parti ssir konformi ma kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dawn ir-Regoli jew ma’ xi ordni oħra tal-Qorti.”

Tribunal tal-Ugwaljanza

Jekk jogħoġbok sib iktar informazzjoni fuq it-Tribunal tal-Ugwaljanza Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafuq is-sit elettroniku tal-Informazzjoni għaċ-Ċittadini u s-sit elettroniku tat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal tal-Ugwaljanza.

Informazzjoni u taħriġ

B’mod ġenerali, it-taħriġ lill-medjaturi ma jaqax taħt ir-rwol tal-istat. Iżda, parti mir-rwol tal-Aġenzija tal-Appoġġ lill-Familja huwa li jipprovdi taħriġ relatat mal-medjazzjoni tal-familja. Sabiex japplikaw għal dan it-taħriġ, ir-rikorrenti jridu jkunu għamlu 60 siegħa ta’ kors ta’ taħriġ ġeneriku dwar il-medjazzjoni u jridu jgħaddu minn proċedura ta’ selezzjoni rigoruża.

Jekk jogħoġbok irreferi għas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija ta’ Appoġġ lill-Familja  għal aktar informazzjoni.

X’inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Ġeneralment, il-medjazzjoni mhijiex mingħajr ħlas; il-ħlas jiddependi mill-ftehim li jsir bejn il-medjatur privat u l-partijiet.

Iżda, is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Medjazzjoni tal-Familja u t-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal tal-Ugwaljanza jistgħu jipprovdu servizz mingħajr ħlas.

Huwa possibbli li jiġi infurzat ftehim li jkun intlaħaq minn medjazzjoni?

Ftehim li jkun intlaħaq fil-medjazzjoni jista’ jiġi infurzat bħala kuntratt.

L-aħħar aġġornament: 07/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Greċja

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma ssolvix it-tilwim permezz ta’ medjazzjoni? Din hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) fejn medjatur jgħin lill-partijiet biex jaslu għal ftehim. Il-gvern Grieg u l-prattikanti fis-sistema tal-ġustizzja huma attenti għall-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min tista’ tikkuntattja?

Is-servizzi ta’ medjazzjoni fil-Greċja huma pprovduti mill-korpi li ġejjin:

  • Skont il-Liġi 4640/2019 (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 190, 2019), li tittrasponi d-Direttiva 2008/52/KE, medjatur għandu jkun: (a) gradwat fl-edukazzjoni ogħla jew detentur ta’ diploma ekwivalenti ta’ istituzzjoni ta’ reputazzjoni internazzjonali rikonoxxuta; (b) imħarreġ minn Fornitur tat-Taħriġ għall-medjaturi rikonoxxut mill-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni jew detentur ta’ grad ta’ akkreditazzjoni minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea; u (c) akkreditat mill-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni u rreġistrat fir-Reġistri tal-Medjaturi. Detentur ta’ grad ta’ dottorat jew grad barrani ekwivalenti fil-medjazzjoni ma għandux għalfejn jiġi mħarreġ aktar minn Fornitur tat-Taħriġ għall-medjaturi sabiex ikun akkreditat, u jista’ jipparteċipa direttament fl-eżamijiet ta’ akkreditazzjoni. Dawk li jservu bħala uffiċjali pubbliċi, muniċipali u ġudizzjarji jew bħala impjegati ta’ entitajiet legali u istituzzjonijiet irregolati mid-dritt pubbliku u uffiċjali ġudizzjarji jew uffiċjali pubbliċi li għadhom iservu, huma pprojbiti milli jeżerċitaw il-professjoni ta’ medjatur. Uffiċjali pubbliċi u impjegati ta’ persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku jistgħu jaġixxu bħala medjaturi akkreditati biss fil-kuntest u għall-bżonnijiet tax-xogħol tagħhom.
  • Il-medjaturi kandidati jiġu eżaminati mill-inqas darbtejn fis-sena mill-bord tal-eżamijiet, kif maħtur mill-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni. L-eżamijiet jinkludu testijiet bil-miktub u orali u wkoll valutazzjoni bbażata fuq simulazzjonijiet.
  • Il-bord tal-eżamijiet jiddeċiedi fejn, meta u kif isiru l-eżamijiet. Id-deċiżjoni tiegħu tiġi nnotifikata lill-fornituri tat-taħriġ liċenzjati u tittella’ fis-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja mill-inqas 30 jum qabel.
  • Il-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni jipprepara u jżomm ir-Reġistri tal-Medjaturi, f’forma elettronika, u dawn jittellgħu fis-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja: (a) ir-Reġistru Ġenerali tal-Medjaturi, li jelenka l-medjaturi akkreditati fil-pajjiż kollu f’ordni alfabetiku strett; u (b) ir-Reġistru Speċjali tal-Medjaturi, li jelenka l-medjaturi akkreditati bbażati fid-distrett ta’ kull Qorti tal-Prim’Istanza.
  • Il-medjaturi huma akkreditati u rreġistrati fir-Reġistri tal-Medjaturi mill-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni wara l-eżamijiet. Il-medjaturi li kienu diġà akkreditati meta daħlet fis-seħħ il-Liġi 4640/2019 iżommu l-akkreditazzjoni tagħhom.
  • Il-Ministeru għax-Xogħol, is-Sigurtà Soċjali u l-Benessri jipprovdi servizz tal-gvern li jippermetti lill-impjegati jitolbu smigħ uffiċjali dwar tilwima relatata mal-impjieg. Il-proċedura titmexxa mill-Ispettorat tax-Xogħol (Epitheorisi Ergasias). Spettur speċjalizzat jiffissa seduta għall-impjegatur biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu. Din is-seduta hija separata minn kwalunkwe proċedura ġudizzjarja.
  • L-Ombudsman tal-Konsumatur (Sinigoros tou Katanaloti) huwa awtorità indipendenti li topera taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kompetittività. L-Ombudsman huwa korp ekstraġudizzjarju għas-soluzzjoni konsenswali ta’ tilwim tal-konsumaturi u istituzzjoni konsultattiva li taħdem mal-gvern biex issolvi l-problemi li jaqgħu fil-mandat tiegħu. L-Ombudsman jissorvelja wkoll il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBordijiet ta’ Riżoluzzjoni Amikevoli tat-Tilwim (Epitropes Filikou Diakanonismou) tal-Kunsilli Lokali tad-Distretti (Nomarchiakes Aftodioikiseis), li jistgħu jaġixxu jekk ma sseħħ l-ebda proċedura ġudizzjarja parallela.

F’liema qasam huwa permess u/jew l-aktar komuni r-rikors għall-medjazzjoni?

Il-proċedura tal-medjazzjoni tista’ tkopri tilwim ċivili u kummerċjali eżistenti jew futur ta’ natura nazzjonali jew transfruntiera, sakemm il-partijiet ikkonċernati jkollhom l-awtorità li jsolvu s-suġġett tat-tilwima skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt sostantiv.

Barra minn hekk, it-tilwim privat li ġej huwa suġġett għall-proċedura tal-medjazzjoni, u, fin-nuqqas ta’ din, il-kawża ma tinstemax:

  1. tilwim bejn is-sidien ta’ sulari jew appartamenti li jirriżultaw mir-relazzjoni ta’ sjieda ta’ sular, tilwim li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ sjieda vertikali sempliċi u kumplessa, tilwim bejn maniġers tal-proprjetà ta’ sular u vertikali u s-sidien ta’ sulari, appartamenti u proprjetajiet vertikali, kif ukoll tilwim li jaqa’ fl-ambitu regolatorju tal-Artikoli 1003 sa 1031 tal-Kodiċi Ċivili;
  2. tilwim relatat ma’ talbiet għal kumpens ta’ kwalunkwe tip għal ħsara fil-karozza, bejn il-benefiċjarji tal-kumpens jew is-suċċessuri tagħhom u dawk responsabbli għall-kumpens jew is-suċċessuri tagħhom, kif ukoll talbiet skont kuntratt ta’ assigurazzjoni tal-karozza, bejn kumpaniji tal-assigurazzjoni u detenturi ta’ polza jew is-suċċessuri tagħhom, sakemm l-avveniment ta’ ħsara ma kkawżax mewt jew ħsara fuq il-persuna;
  3. tilwim relatat ma’ tariffi skont l-Artikolu 22A tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  4. tilwim familjari, ħlief għal dawk stabbilit fl-Artikolu 592(1)(a), (b) u (c) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  5. tilwim dwar talbiet għal kumpens minn pazjenti jew mill-qraba tagħhom kontra tobba li jirriżultaw waqt l-eżerċizzju tal-attività professjonali tat-tobba;
  6. tilwim li jirriżulta mill-ksur ta’ trademarks, privattivi, disinni jew mudelli industrijali;
  7. tilwim li jirriżulta minn kuntratti tal-borża.
  • fil-qasam tal-liġi tax-xogħol u għas-soluzzjoni ta’ tilwim tal-konsumaturi, kif deskritti hawn fuq;
  • li jinvolvi vittmi tal-vjolenza domestika (Liġi 3500/2006);
  • għal ċerti reati kif previst mil-Liġi 3094/2010.

Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu mħarsa?

- Ir-rikors għall-medjazzjoni għat-tilwim stabbilit fil-Liġi 4640/2019 huwa permess fil-każijiet li ġejjin:

  1. jekk il-partijiet jaqblu li jużaw il-medjazzjoni wara li tinqala’ t-tilwima;
  2. jekk il-partijiet huma msejħa biex jirrikorru għall-medjazzjoni u jagħtu l-kunsens tagħhom;
  3. jekk ir-rikors għall-medjazzjoni jiġi ordnat minn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru ieħor u tali rikors ma jaffettwax il-moralità u l-ordni pubbliku;
  4. jekk ir-rikors għall-proċedura ta’ medjazzjoni jkun meħtieġ mil-liġi;
  5. jekk ikun hemm klawżola ta’ medjazzjoni fi ftehim bil-miktub bejn il-partijiet.

- Il-qorti li quddiemha tkun pendenti tilwima privata li tista’ tkun soġġetta għall-medjazzjoni tista’, fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti, kif xieraq, filwaqt li tqis fid-diskrezzjoni unika tagħha ċ-ċirkostanzi kollha tal-kawża, issejjaħ lill-partijiet biex jużaw il-proċedura ta’ medjazzjoni biex isolvu t-tilwima. Jekk il-partijiet jaqblu, il-ftehim bil-miktub rilevanti jiġi inkluż fil-minuti tal-qorti. F’dan il-każ, il-qorti għandha tipposponi s-smigħ tal-kawża għal data tal-proċess wara li jgħaddu tliet xhur u mhux aktar minn sitt xhur, mingħajr ma jitqies il-waqfien tal-qorti. Il-konsegwenza hija l-istess fil-każijiet l-oħra ta’ rikors għall-medjazzjoni waqt li l-proċedimenti għas-smigħ tal-kawża ikunu pendenti. Jekk il-partijiet jew waħda minnhom tidher quddiem il-qorti permezz ta’ avukat, il-prokura tkopri wkoll il-ftehim dwar is-soġġettar tat-tilwima għall-medjazzjoni.

- Is-soġġettar ta’ tilwima, skont id-dritt privat, għall-proċess ta’ medjazzjoni ma jipprekludix li tittieħed miżura provviżorja għal dik it-tilwima, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. L-imħallef li jordna l-miżura provviżorja jista’, skont l-Artikolu 693(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jistabbilixxi perjodu ta’ mhux inqas minn tliet xhur għall-preżentata tal-azzjoni għall-kawża prinċipali.

- Il-Prosekutur tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Eisangeleas Protodikon), fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tiegħu, skont l-Artikolu 25(4)(a) tal-Liġi 1756/1988 (Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 35, 1988), huwa intitolat li jirrakkomanda li l-partijiet jużaw il-proċedura ta’ medjazzjoni, fejn possibbli.

- Il-ftehim tal-partijiet li jużaw il-proċedura ta’ medjazzjoni huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tad-dritt kuntrattwali sostantiv u għandu jiddeskrivi s-suġġett ta’ tali proċedura.

Il-partijiet jidhru fil-proċedura ta’ medjazzjoni flimkien mar-rappreżentant legali tagħhom, ħlief f’tilwim tal-konsumatur u tilwim minuri, fejn id-dehra personali tal-partijiet hija permessa. Tista’ tipparteċipa wkoll parti terza fil-proċedura, jekk dan jitqies li jkun meħtieġ, bi ftehim mal-partijiet u l-medjatur.

- Medjatur jinħatar mill-partijiet jew minn parti terza magħżula mill-partijiet kollha, inklużi ċ-ċentri ta’ medjazzjoni. Ikun hemm medjatur wieħed, sakemm il-partijiet ma jaqblux bil-miktub li jkun hemm aktar minn wieħed.

- Il-ħin, il-post u dettalji proċedurali oħra tal-medjazzjoni huma determinati mill-medjatur bi ftehim mal-partijiet. Jekk ma jkunx possibbli li ż-żewġ partijiet u l-medjatur ikunu fiżikament preżenti fl-istess post u ħin, il-medjazzjoni tista’ ssir permezz ta’ telekonferenza bil-kompjuter jew b’sistema oħra ta’ telekonferenza li għaliha għandhom aċċess il-partijiet l-oħrajn fit-tilwima.

- Il-medjaturi jistgħu, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, jikkomunikaw ma’ kull waħda mill-partijiet u jiltaqgħu magħhom, separatament jew flimkien. Medjatur ma jistax jgħaddi informazzjoni li jkun irċieva waqt laqgħa ma’ parti minnhom lill-parti l-oħra mingħajr il-kunsens tal-parti li tkun ipprovdiet l-informazzjoni.

- Il-proċedura ta’ medjazzjoni hija fil-prinċipju kunfidenzjali, ma jinżamm l-ebda rekord, u għandha titmexxa b’mod li ma tinkisirx il-kunfidenzjalità tagħha, sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor. Qabel tibda l-proċedura, il-partijiet kollha involuti għandhom jaqblu bil-miktub li jżommu l-proċedura ta’ medjazzjoni kunfidenzjali. L-istess obbligu japplika wkoll għal kwalunkwe parti terza involuta fil-proċedura. Jekk jixtiequ hekk, il-partijiet jistgħu jintrabtu bil-miktub li jżommu l-kunfidenzjalità dwar il-kontenut tal-ftehim li jistgħu jilħqu matul il-medjazzjoni, sakemm in-notifika tiegħu ma tkunx meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ftehim, skont l-Artikolu 8(4), jew tkun meħtieġa għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku.

- Jekk it-tilwima titressaq quddiem il-qrati jew issir soġġetta għal arbitraġġ, il-medjatur, il-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom u dawk li pparteċipaw b’xi mod fil-proċedura ta’ medjazzjoni ma jiġux eżaminati bħala xhieda u ma jitħallewx jippreżentaw informazzjoni li tirriżulta mill-proċedura ta’ medjazzjoni jew li tkun relatata magħha, u speċifikament milli jirreferu għad-diskussjonijiet, għad-dikjarazzjonijiet u għall-proposti tal-partijiet, kif ukoll għall-fehmiet tal-medjatur, sakemm dan ma jkunx meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, prinċipalment biex tkun żgurata l-protezzjoni ta’ minuri jew biex jiġi evitat kull riskju ta’ ħsara għall-integrità fiżika jew għas-saħħa mentali ta’ persuna.

- Meta jwettqu dmirijiethom, il-medjaturi huma soġġetti għar-responsabbiltà ċivili biss għal imġiba ħażina volontarja.

Applikazzjoni prattika ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

L-uniku mekkaniżmu ADR li jista’ jiġi meqjus bħala operattiv fil-Greċja huwa l-arbitraġġ:

Skont l-Artikoli 99 ff. tal-Kodiċi Grieg dwar il-Fallimenti, jista’ jinħatar medjatur għal proċedura ta’ konċiljazzjoni fuq talba minn persuna fiżika jew ġuridika lill-qorti tal-fallimenti (ptocheftiko dikastirio).

Il-qorti tal-falliment tiddetermina l-validità tat-talba u tista’ taħtar medjatur minn lista ta’ esperti. Ir-rwol tal-medjatur huwa li juża l-mezzi xierqa kollha biex jintlaħaq ftehim bejn id-debitur u maġġoranza (definita legalment) tal-kredituri, sabiex tiġi żgurata s-sopravivenza tan-negozju tad-debitur.

Medjatur jista’ jitlob lil istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja għal kwalunkwe informazzjoni rigward l-attività ekonomika tad-debitur li tista’ tkun utli għas-suċċess tal-proċess ta’ medjazzjoni.

Jekk ma jistax jintlaħaq ftehim, il-medjatur jinforma minnufih lill-president tal-qorti, li jibda proċeduri quddiem il-qorti tal-falliment. Ir-rwol tal-medjatur jintemm hawnhekk.

Informazzjoni u taħriġ

Il-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni huwa responsabbli biex jittratta kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-istituzzjoni tal-medjazzjoni.

Il-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jistabbilixxi sottobordijiet għar-riżoluzzjoni rapida u l-eżaminazzjoni ta’ kwistjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Liġi 4640/2019. Is-sottobordijiet ta’ hawn fuq huma magħmula minn membri tal-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni; ma huwiex prekluż li tkun membru ta’ aktar minn sottobord wieħed. Dawn is-sottobordijiet huma awtorizzati espliċitament mill-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni biex jiffinalizzaw il-kwistjonijiet li jwettqu, sakemm il-Liġi 4640/2019 ma tistipulax speċifikament li s-Sessjoni Plenarja tal-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni hija responsabbli biex tiffinalizzahom.

Fi kwalunkwe każ, il-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni għandu jinkludi erba’ sottobordijiet, b’terminu ta’ sentejn fil-kariga u r-responsabbiltajiet li ġejjin:

  1. il-Bord għar-Reġistru tal-Medjaturi, li huwa responsabbli għaż-żamma tar-Reġistri tal-Medjaturi, għal kwalunkwe kwistjoni rilevanti jew ħruġ ta’ att li jikkonċerna r-Reġistri miżmuma u għall-ġbir tar-Rapporti Annwali tal-Attivitajiet;
  2. il-Bord tal-Etika u l-Kontroll tad-Dixxiplina, li huwa responsabbli għall-konformità tal-medjaturi mal-obbligi li jirriżultaw mil-Liġi 4640/2019, għall-applikazzjoni tal-liġi dixxiplinarja u l-impożizzjoni ta’ pieni dixxiplinari;
  3. il-Bord għall-Ispezzjoni tal-Fornituri tat-Taħriġ, li huwa responsabbli għal kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-Korpi tat-Taħriġ għall-Medjaturi;
  4. il-Bord tal-Eżamijiet, li huwa responsabbli biex jagħmel eżamijiet bil-miktub u orali u jikklassifika lill-medjaturi eżaminati għall-akkreditazzjoni.

Fornitur tat-taħriġ (“Fornitur”) għall-medjaturi, li jopera b’liċenzja mogħtija wara deċiżjoni speċjali rraġunata tal-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni, huwa:

Fornitur tat-taħriġ (“Fornitur”) għall-medjaturi, li jopera b’liċenzja mogħtija wara deċiżjoni speċjali rraġunata tal-Bord Ċentrali tal-Medjazzjoni, huwa:

A. Persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, li tista’ tiġi stabbilita minn:

  1. kamra tal-avukati waħda jew flimkien b’aktar minn kamra tal-avukati waħda,
  2. kamra tal-avukati waħda jew aktar fi sħubija ma’ korpi jew kmamar xjentifiċi, edukattivi jew professjonali.

Fil-każijiet (a) u (b) hija possibbli sħubija ma’ fornitur tat-taħriġ barrani ta’ reputazzjoni tajba, rikonoxxut internazzjonalment, b'esperjenza fil-provvista ta’ taħriġ ta’ medjazzjoni u, b’mod aktar ġenerali, f’metodi alternattivi ta’ soluzzjoni għat-tilwim jew fit-twettiq tal-medjazzjoni.

B. Iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni u t-Tagħlim Tul il-Ħajja (KEDIVIM) ta’ Istituzzjoni ta’ Edukazzjoni Ogħla, li għandu kurrikulu rilevanti u li l-operat tiegħu huwa rregolat esklużivament mid-dispożizzjonijiet attwali dwar l-operat ta’ Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Ogħla, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha tal-Liġi 4640/2019 rigward il-kwalifiki tal-ħarrieġa li jwettqu t-taħriġ dwar is-suġġett tal-medjazzjoni u l-għadd minimu ta’ ħarrieġa u trainees.

C. Persuna fiżika jew entità legali stabbilita skont id-dritt Grieg attwali jew id-dritt ta’ Stat Membru, li l-għan ewlieni tagħha huwa l-provvediment ta’ taħriġ dwar il-medjazzjoni u modi alternattivi oħra ta’ soluzzjoni għat-tilwim.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

  1. Ir-rimunerazzjoni tal-medjatur hija stabbilita liberament permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-medjatur u l-partijiet.
  2. Jekk ma jkunx hemm ftehim bil-miktub, ir-remunerazzjoni tal-medjatur hija stabbilita kif ġej: (a) f'każijiet fejn il-medjazzjoni hija obbligatorja, il-parti li tfittex medjazzjoni tħallas bil-quddiem lill-medjatur l-ammont ta’ EUR 50 bħala tariffa għas-sessjoni inizjali obbligatorja. Dan l-ammont jitħallas mill-partijiet b’mod ugwali. Jekk it-tilwima titressaq quddiem qorti, il-parti fit-tilwima li ma dehritx fil-proċedura ta’ medjazzjoni, anke jekk din kienet legalment imsejħa għal dan il-għan, jew li ma ħallsitx l-ammont dovut lill-medjatur għas-smigħ inizjali obbligatorju, tiġi ordnata, skont l-Artikoli 176 ff. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, biex tħallas bis-sħiħ l-ammont imħallas għas-sessjoni inizjali obbligatorja mill-parti li titlob il-medjazzjoni. Dan l-ammont huwa kkunsidrat bħala spejjeż tal-qorti irrispettivament mir-riżultat tal-proċess; (b) għal kull siegħa ta’ medjazzjoni wara s-smigħ inizjali obbligatorju, it-tariffa minima hija stabbilita għal EUR 80 u titħallas mill-partijiet b’mod ugwali. Il-medjatur għandu jipprovdi lill-partijiet b’informazzjoni sħiħa dwar kif jiġi remunerat.

Jista’ jiġi eżegwit ftehim medjat?

Wara l-medjazzjoni, rekord tal-medjazzjoni jiġi ffirmat mill-medjatur, mill-partijiet u mir-rappreżentanti legali tagħhom. Jekk il-medjazzjoni tfalli, ir-rekord tal-medjazzjoni jista’ jiġi ffirmat mill-medjatur biss. Kull parti tista’ tissottometti r-rekord tal-ftehim fi kwalunkwe ħin lir-reġistru tal-qorti li għandha s-suġġett u l-ġuriżdizzjoni territorjali u li fiha l-proċess tal-kawża huwa pendenti jew għandu jiġi introdott. Wara li r-rekord tal-medjazzjoni jiġi ddepożitat fil-qorti, azzjoni għall-istess tilwima hija inammissibbli sa fejn is-suġġett tagħha huwa kopert mill-ftehim bejn il-partijiet, u kwalunkwe proċess pendenti jiġi mitmum.

Meta r-rekord jiġi ddepożitat fir-reġistru tal-qorti kompetenti, ir-rekord tal-medjazzjoni jikkostitwixxi ordni ta’ eżekuzzjoni kif previst fl-Artikolu 904(2)(c) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jekk il-ftehim jista’ jkun soġġett għal eżekuzzjoni. Il-kopja uffiċjali tinħareġ bla ħlas mill-imħallef jew mill-president tal-qorti kompetenti.

Jekk il-ftehim li jinsab fir-rekord tal-medjazzjoni fih ukoll dispożizzjonijiet relatati ma’ atti legali li bil-liġi huma soġġetti għal att notarili, ikunu meħtieġa atti notarili, kif xieraq. F’dan il-każ, japplikaw ir-regolamenti li jirregolaw il-preparazzjoni ta’ dawn id-dokumenti notarili u t-traskrizzjoni tagħhom.

Malli jiġi ddepożitat fir-reġistru tal-qorti kompetenti, ir-rekord tal-medjazzjoni jista’ jintuża bħala dokument legali biex tirreġistra jew tħassar ipoteka, skont l-Artikolu 293(1)(c) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

In-notifika bil-miktub tal-medjatur lill-partijiet biex jinżamm is-smigħ inizjali obbligatorju jew il-ftehim dwar rikors volontarju għall-proċedura ta’ medjazzjoni tal-Artikolu 5 tissospendi l-preskrizzjoni u l-perjodu ta’ limitazzjoni għal talbiet u drittijiet, jekk tali perjodi diġà jkunu bdew jiddekorru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dritt sostantiv, kif ukoll l-iskadenzi proċedurali stabbiliti fl-Artikoli 237 u 238 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, sakemm iddum il-proċedura ta’ medjazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 261, 262 u 263 tal-Kodiċi Ċivili, il-preskrizzjoni u l-perjodu ta’ limitazzjoni sospiżi għal talbiet u drittijiet skont id-dritt sostantiv jerġgħu jibdew jiddekorru fil-jum wara l-abbozzar tar-rekord tan-nuqqas ta’ ftehim, jew fil-jum wara li d-dikjarazzjoni tal-irtirar ta’ parti waħda mill-proċedura ta’ medjazzjoni tiġi notifikata lill-parti l-oħra u lill-medjatur, jew fil-jum wara li l-proċedura ta’ medjazzjoni tkun tlestiet jew intemmet b’xi mod.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati ta’ Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ombudsman tal-Konsumatur

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru Elleniku għall-Medjazzjoni u l-Arbitraġġ

L-aħħar aġġornament: 13/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Spanja

Wieħed mill-fenomeni li qed jaffettwaw l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fi Spanja f'dawn l-aħħar snin huwa ż-żieda fil-litiġji, li qed tħalli impatt fuq l-operat tagħha.

Minħabba f'hekk Spanja qed tara kif issib modi alternattivi biex issovi t-tilwim b'mod iktar effikaċi mill-mudell preżenti.

Il-medjazzjoni hija waħda minn dawn il-mezzi, flimkien mal-arbitraġġ u l-konċiljazzjoni.

Lil min tista' tikkuntattja?

Ara l-informazzjoni dwar kif issib medjatur fi Spanja.

F'liema qasam huwa ammissibbli jew l-iktar komuni r-rikors għall-medjazzjoni?

Il-Liġi 5/2012, tas-6 ta' Lulju, dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tittrasponi fil-Liġi Spanjola d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008. Din il-Liġi tistabbilixxi qafas minimu għall-użu tal-medjazzjoni mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati mill-Komunitajiet Awtonomi.

Il-medjazzjoni fl-ambitu soċjali

Il-medjazzjoni hija komuni ħafna fit-tilwim industrijali. F'ċerti okkażjonijiet huwa obbligatorju li tipprova l-medjazzjoni qabel ma tirrikorri għall-Qrati. It-tilwim kollettiv normalment ikun suġġetti għall-medjazzjoni, u f'ċerti Komunitajiet Awtonomi t-tilwim individwali jkun medjat ukoll.

Il-Komunitajiet Awtonomi għandhom korpi ta' medjazzjoni industrijali ddedikati għal dawn il-kwistjonijiet. Fil-livell statali s-Servizz Interkonfederali tal-Medjazzjoni u l-Arbitraġġ (SIMA), joffri servizz ta' medjazzjoni bla ħlas għal tilwim li ma jaqax fil-kompetenza tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKomunitajiet Awtonomi.

Il-Liġi 36/2011, li tirregola l-ġuriżdizzjoni soċjali, tintroduċi noveltà ġenwina billi tistabbilixxi norma ġenerali li kull talba trid tkun akkumpanjata minn ċertifikat li juri li l-ewwel ġiet ippruvata l-konċiljazzjoni u l-medjazzjoni quddiem is-servizz amministrattiv korrispondenti, jiġifieri s-Servizz tal-Medjazzjoni, l-Arbitraġġ u l-Konċiljazzjoni (SMAC) jew quddiem korpi bl-istess funzjonijiet b'konformità ma' Ftehim Kollettiv, għalkemm l-artikolu ta' warajh jelenka l-proċessi li huma eżenti minn dan ir-rekwiżit.

Il-Liġi 36/2011 ma tintroduċix biss ir-referenza espressa għall-medjazzjoni dwar il-konċiljazzjoni ta' qabel il-proċess, iżda anke ladarba l-proċedimenti jkunu bdew.

Il-medjazzjoni fl-ambitu ċivili u familjari

Il-Liġi 5/2012, dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tinkludi l-possibilità li fis-seduta preliminari l-partijiet jiġu infurmati dwar il-possibbiltà li jirrikorru għall-medjazzjoni biex jippruvaw isibu soluzzjoni għat-tilwima, inkluż, u skont is-suġġett tal-proċess, il-qorti tkun tista' tistieden lill-partijiet biex jippruvaw jilħqu ftehim li jtemm il-proċess u tippermetti li l-partijiet jitolbu s-sospensjoni tal-proċess biex jissottomettu ruħhom għall-medjazzjoni jew l-arbitraġġ.

Il-Liġi 5/2012, implimentat bidla importanti f'dan il-qasam ġuridiku għax tintroduċi, fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, referenza espressa għall-medjazzjoni bħala mezz mhux ġudizzjarju kif ittemm il-proċediment.

Fl-ordni ġuridiku Spanjol, il-proċess tal-medjazzjoni huwa strutturat l-iktar u jilħaq l-iżvilupp massimu tiegħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-familja.

Fil-livell statali, il-Liġi 15/2005, tagħmel pass importanti 'l quddiem billi tqis il-medjazzjoni bħala mezz alternattiv volontarju għal soluzzjoni għal-litiġji familjari u tiddikjara l-libertà bħala valur superjuri fl-ordni ġuridiku Spanjol u tipprevedi li l-partijiet jistgħu jitolbu xħin iridu lill-Imħallef biex jissospendi l-proċess ġudizzjarju biex jidħlu f'medjazzjoni familjari u jippruvaw jaslu għal soluzzjoni kunsenswali dwar is-suġġett tal-litiġju.

Min-naħa l-oħra, il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tistipula l-possibilità li l-partijiet, bi qbil bejniethom, jitolbu s-sospensjoni tal-proċess biex jidħlu għall-medjazzjoni, imma ma tobbligax lill-imħallef jissospendi l-proċess mill-ewwel biex jirreferi lill-partijiet għal sessjoni informattiva, u lanqas ma tirrakkomanda li jsir hekk.

Is-servizzi ta' medjazzjoni familjari offruti jvarjaw ħafna bejn id-diversi Komunitajiet Awtonomi, u anke fl-istess Komunità jista' jkun hemm differenzi bejn belt u oħra. F'xi Komunitajiet Awtonomi hija l-Komunità stess li toffri s-servizz (bħal pereżempju, il-Katalonja) filwaqt li f'oħrajn, huma l-awtoritajiet lokali li joffru s-servizzi ta' medjazzjoni familjari.

Il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura jappoġġa u jagħmel superviżjoni tal-inizjattivi ta' medjazzjoni fid-diversi Qrati u Tribunali ta' Spanja, sostnuti minn Komunitajiet Awtonomi, Universitajiet, Awtoritajiet Lokali jew Assoċjazzjonijiet.

Il-medjazzjoni fl-ambitu kriminali

Il-medjazzjoni fl-ambitu kriminali minn naħa għandha bħala għan, ir-riintegrazzjoni tal-aggressur, u min-naħa l-oħra l-kumpens għall-vittma.

Fis-sistema ġudizzjarji għall-minuri (età bejn 14 u 18-il sena) il-medjazzjoni hija rregolata espressament bħala mezz ta' riedukazzjoni tal-minuri. F'dan l-ambitu, il-medjazzjoni ssir minn skwadra ta' appoġġ għas-servizz responsabbli mill-Prosekuzzjoni ta' Minuri, għalkemm jista' jsir ukoll minn istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Awtonomi u entitajiet oħrajn bħal Assoċjazzjonijiet.

Fl-ambitu tas-sistema ġudizzjarja għall-adulti, il-medjazzjoni mhix regolata, għalkemm fil-prattika f'ċerti provinċi ssir, abbażi tal-kodiċi kriminali u tal-proċedura kriminali li jippermettu t-tnaqqis tal-piena billi wieħed ipatti għad-danni li jkun ikkaġuna, kif ukoll skont in-normi internazzjonali applikabbli.

Normalment, il-medjazzjoni ssir b'konnessjoni ma' delitti inqas serji, bħal żbalji, għalkemm tista' tkun possibbli wkoll għal delitti iktar serji jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettuha.

Fir-rigward tal-vjolenza domestika, il-Liġi Organika 1/2004 dwar miżuri ta' protezzjoni koprensivi kontra l-vjolenza domestika, stabbiliet il-projbizzjoni espressa tal-medjazzjoni meta jkun hemm vjolenza domestika. Minkejja dan, hemm dejjem iżjed nies li jiddefendu l-medjazzjoni f'dan il-qasam tal-ordni ġuridiku, minħabba li jkun aħjar li tqis il-kawżi b'mod individwali biex tara jekk il-medjazzjoni tkunx xierqa għalihom. F'dan ir-rigward, il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura f'Rapport tal-2001 dwar il-Vjolenza Domestika fil-Familja, enfasizza l-adegwatezza li reati minuri jew reati li jinvolvu vjolenza domestika jkunu riferuti lill-Qrati Ċivili.

Il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura jappoġġa u jagħmel superviżjoni tal-inizjattivi ta' medjazzjoni fid-diversi Qrati Kriminali Lokali, Qrati Kriminali oħrajn u Qrati Provinċjali fi Spanja. S'issa, l-esperjenzi l-iktar importanti, fir-rigward ta' kwantità, saru fil-Katalonja u fil-Pajjiż Bask.

Il-medjazzjoni fl-ordni ġuridiku tad-dritt amministrattiv

Il-Liġi dwar id-Dritt Amministrattiv ma tikkontemplax espressament il-possibilità tal-użu ta' mezzi alternattivi biex tinsab soluzzjoni għat-tilwim, għalkemm lanqas ma teskludihom.

Fl-istess ħin, din il-liġi tagħraf il-possibilità li l-istħarriġ tal-legalità tal-attivitajiet amministrattivi jsir b'mezzi ġudizzjarji komplementari oħrajn, biex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta' rikorsi bla bżonn u toffri metodi inqas għaljin u inqas twal għas-soluzzjoni ta' għadd imdaqqas ta' kunflitti.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fih informazzjoni dwar l-organi ġudizzjarji li joffru servizzi ta' medjazzjoni intraġudizzjarji fid-dritt ċivili, kummerċjali, kriminali, soċjali u familjari, kif ukoll informazzjoni dwar id-diversi servizzi ta' medjazzjoni ekstraġudizzjarji li jkunu offruti permezz tad-diversi Kulleġġi u Assoċjazzjonijiet professjonali.

Hemm regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

B'mod ġenerali, il-medjazzjoni ssir minn terza persuna imparzjali li tkun marbuta li żżomm il-kunfidenzjalità.

Il-partijiet, assistiti mill-avukati tagħhom, jistgħu jiddeċiedu li jippruvaw il-medjazzjoni u jinfurmaw lill-Qorti b'dan, jew jistgħu anke jkunu kkuntattjati mill-Qorti meta jitqies li l-kawża tista' tiġi solvuta bil-medjazzjoni.

Fl-ambitu kriminali normalment l-ewwel ma jiġi kkuntattjat ikun l-aggressur, u ladarba jagħti l-kunsens tiegħu tiġi kkuntattjata l-vittma biex tiġi ppruvata l-medjazzjoni.

Informazzjoni u taħriġ

Il-Liġi 5/2012 dwar il-medjazzjoni fil-qasam ċivili u kummerċjali, tistabbilixxi li l-medjatur irid ikollu grad universitarju uffiċjali jew taħriġ professjonali avvanzat u taħriġ speċifiku biex jeżerċita l-medjazzjoni, li jkun kiseb billi jkun attenda wieħed mill-bosta korsijiet speċifiċi mogħtija minn istituzzjonijiet akkreditati għal dan, li jkunu validi għall-eżerċizzju tal-attività ta' medjatur f'kull parti tat-territorju nazzjonali.

Xi Komunitajiet Awtonomi jirreferu għat-taħriġ neċessarju biex wieħed isir medjatur fil-qasam tal-familja permezz tal-liġijiet u r-Regolamenti tagħhom għall-iżvilupp. B'mod ġenerali huwa meħtieġ li medjatur ikun gradwa minn Università, tal-inqas bi grad medju, u li barra minn hekk ikun tħarreġ speċifikatament fil-medjazzjoni b'korsijiet li fil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu prattika b'durata ta' bejn 100 u 300 siegħa.

It-taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni normalment ikun offrut minn Isitituti Universitarji u Kulleġġi Professjonali, bħal dawk tal-Psikologi u tal-Avukati.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

B'mod ġenerali, il-medjazzjoni konnessa mal-Qorti tkun b'xejn.

Fl-ambitu tad-dritt industrijali. is-servizzi tal-Komunitajiet Awtonomi u s-SIMA huma b'xejn.

Fl-ambitu tad-dritt tal-familja, is-servizzi offruti mill-entitajiet li jikkollaboraw mat-Tribunal huma ġeneralment b'xejn. Fil-Katalonja, il-prezz tal-proċess tal-medjazzjoni għall-persuni li ma jgawdux mill-benefiċċju tal-ġustizzja b'xejn huwa rregolat.

Fl-ambitu tad-dritt kriminali, il-medjazzjoni offruta mill-istituzzjonijiet pubbliċi hija b'xejn.

Fil-każ ta' medjazzjoni ekstraġudizzjarja, il-partijiet huma liberi li jirrikorru għand medjatur u jħallsu l-onorarji li jaqblu dwarhom liberament. Rigward il-ħlas għall-medjazzjoni, il-Liġi 5/2012 tgħid espressament li, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, il-ħlas għall-medjazzjoni jinqasam b'mod ugwali bejn il-partijiet, sew jekk il-medjazzjoni twassal għal ftehim u sew jekk le.

Bl-għan li tinċentiva s-soluzzjoni tal-litiġji b'mezzi ekstraġudizzjarji, il-Liġi 10/2012 li tirregola ċerti tariffi fl-ambitu tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u tal-istitut Nazzjonali tat-Tossikoloġija u x-Xjenza Forensika, tistabbilixxi tnaqqis fil-kwota tariffarja meta jkun hemm soluzzjoni ekstraġudizzjarja li tiffranka parti mill-ispejjeż tas-servizzi pprovduti.

Huwa possibbli li teżegwixxi ftehim miksub b'riżultat ta' medjazzjoni?

Il-Liġi 5/2012 tistabbilixxi li l-partijiet jistgħu jifformalizzaw bi skrittura pubblika, il-ftehim milħuq permezz ta' proċediment ta' medjazzjoni.

Meta l-eżekuzzjoni tal-ftehim mill-medjazzjoni tkun trid issir fi Stat ieħor, minbarra l-formalizzazzjoni bi skrittura pubblika, tkun neċessarja l-konformità mar-rekwiżiti li, skont il-każ, ikunu jeħtieġu l-ftehimiet internazzjonali li Spanja tkun aderiet magħhom u n-normi tal-Unjoni Ewropea.

Meta l-ftehim ikun intlaħaq bil-medjazzjoni wara li jkun diġà nbeda proċess ġudizzjarju, il-partijiet ikunu jistgħu jitolbu lill-qorti tapprova l-ftehim skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Il-possibilità ta' eżekuzzjoni ta' ftehim bil-medjazzjoni jiddependi mill-grad ta' libertà ta' azzjoni mill-partijiet dwar is-suġġett li sar il-ftehim dwaru.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIS-SERVIZZ INTERKONFEDERALI TAL-MEDJAZZJONI U L-ARBITRAĠĠ TA' SPANJA

L-aħħar aġġornament: 11/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Franza

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Fi Franza, il-gvern u l-professjonisti legali huma konxji tal-vantaġġi tal-medjazzjoni, u l-leġiżlatura tħeġġeġ bil-qawwa l-użu tagħha.

Lil min tista’ tikkuntattja?

Fi Franza, ma hemm l-ebda awtorità ċentrali jew governattiva responsabbli biex tirregola l-professjoni ta’ medjatur.

Ma hemm l-ebda sit web uffiċjali nazzjonali relatat mal-medjazzjoni. Madankollu, hemm taqsima dwar il-medjazzjoni fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.fr/régler-litiges-autrement/médiation, u din tinżamm aġġornata.

Kull qorti tal-appell (cour d’appel) tippubblika listi ta’ medjaturi fi kwistjonijiet ċivili, soċjali u kummerċjali. Dawn il-listi ġew stabbiliti bl-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 2016-1547 tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar il-modernizzazzjoni tas-sistema tal-ġustizzja tas-seklu 21. Filwaqt li l-iskop ewlieni tagħhom huwa li jinfurmaw lill-imħallfin, jistgħu wkoll jiġu kondiviżi mal-litiganti bi kwalunkwe mezz. B’mod partikolari, huma disponibbli fuq is-siti web tal-qrati tal-appell rilevanti.

F’liema qasam huwa ammissibbli/l-aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?

Il-partijiet jistgħu jirreferu kwistjoni għall-medjazzjoni fi kwalunkwe ħin u fi kwalunkwe qasam tal-liġi, ħlief għal dawk l-oqsma li jaqgħu taħt ir-regoli tal-politika pubblika li jirregolaw l-imġiba soċjali u ekonomika (ordre public de direction). Pereżempju, il-medjazzjoni ma tistax tintuża biex tevita r-regoli mandatorji dwar iż-żwieġ jew id-divorzju.

Il-medjazzjoni tintuża ħafna drabi biex issolvi:

  • tilwim bejn il-ġirien;
  • problemi fl-irkupru ta’ dejn;
  • tilwim bejn sidien u kerrejja;
  • tilwim bejn il-konjuġi rigward id-dritt ta’ aċċess għat-tfal.

X'inhuma r-regoli?

Rikors għall-medjazzjoni

Il-Liġi Nru 95-125 tat-8 ta’ Frar 1995 dwar l-organizzazzjoni tal-qrati u l-proċedura ċivili, kriminali u amministrattiva introduċiet il-medjazzjoni ċivili fil-liġi Franċiża.

L-Ordni (ordonnance) Nru 2011-1540 tas-16 ta’ Novembru 2011 ittrasponiet id-Direttiva tal-UE 2008/52/KE fil-liġi Franċiża. Id-Direttiva tistabbilixxi qafas maħsub biex jiffaċilita s-soluzzjoni bonarja tat-tilwim mill-partijiet, bl-għajnuna ta’ terza persuna, il-medjatur. L-Ordni wessgħet l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva biex ikopri mhux biss il-medjazzjoni transfruntiera iżda wkoll il-medjazzjoni mingħajr element transfruntier, bl-eċċezzjoni ta’ tilwim relatat ma’ kuntratt ta’ impjieg jew li jinvolvi liġi amministrattiva fi ħdan il-poter sovran tal-Istat (droit administratif régalien).

Din l-Ordni tas-16 ta’ Novembru 2011 emendat ukoll l-Att (loi) tat-8 ta' Frar 1995 sabiex tistabbilixxi qafas ġenerali għall-medjazzjoni. Hija ddefinixxiet il-kunċett ta’ medjazzjoni, iddeskriviet il-kundizzjonijiet li l-medjatur irid jissodisfa, u kkonfermat il-prinċipju ta' kunfidenzjalità, li huwa vitali għas-suċċess tal-proċess ta’ medjazzjoni.

Medjazzjoni bi ftehim:

Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li jikkonsultaw medjatur minn jeddhom. Huma ma għandhomx għalfejn imorru l-qorti biex jagħmlu dan.

Madankollu, partijiet li jkunu ressqu t-tilwima tagħhom il-qorti xorta għandhom l-għażla li jaċċessaw forma ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, bħall-medjazzjoni.

Medjazzjoni ordnata mill-qorti:

Jekk ikunu tressqu proċedimenti l-qorti, “il-qorti li tisma’ t-tilwima tista’, bil-kunsens tal-partijiet, taħtar terza persuna biex taċċerta l-pożizzjonijiet tal-partijiet u biex tqabbel u tikkuntrasta l-opinjonijiet tagħhom bl-għan li tippermettilhom isibu soluzzjoni għat-tilwima” (l-Artikolu 131-1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Fi kwistjonijiet tal-familja, fl-oqsma speċifiċi tal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri jew miżuri interim f’każijiet ta’ divorzju, il-qorti tista’ wkoll tidderieġi lill-partijiet biex jattendu laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-medjazzjoni, li hija bla ħlas, u li ma tista’ tagħti lok għal ebda piena (l-Artikoli 255 u 373-2-10 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-Liġi Nru 2019-222 tat-23 ta’ Marzu 2019 dwar l-ipprogrammar għall-2018-2022 u r-riforma tas-sistema tal-ġustizzja introduċew medjazzjoni wara deċiżjoni fl-Artikolu 373-2-10 tal-Kodiċi Ċivili:

“Jekk il-partijiet ma jaqblux, il-qorti għandha tagħmel ħilitha biex tirrikonċiljahom.

Biex tgħin lill-ġenituri jaqblu dwar l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, il-qorti tista’ tissuġġerixxi li dawn jidħlu f’medjazzjoni, sakemm ma jkunx hemm allegazzjonijiet li ġenitur wieħed iġib ruħu b’mod vjolenti lejn il-ġenitur l-ieħor jew lejn il-minorenni. Jekk il-ġenituri jaqblu mal-medjazzjoni, il-qorti tista’ taħtar medjatur tal-familja għal dan l-għan, inkluż fid-deċiżjoni finali dwar kif l-awtorità tal-ġenituri għandha tiġi eżerċitata.

Sakemm ma jkunx hemm allegazzjonijiet li ġenitur wieħed ikun ġab ruħu b’mod vjolenti fil-konfront tal-ġenitur l-ieħor jew tal-minorenni, il-qorti tista’ anki tidderieġi lill-ġenituri biex jiltaqgħu ma’ medjatur tal-familja li jinfurmahom bl-iskop u d-direzzjoni tal-miżura ta’ medjazzjoni.”

Medjazzjoni obbligatorja

Żviluppi leġiżlattivi reċenti għamluha obbligatorja, taħt il-liġi Franċiża, li tintuża l-medjazzjoni f’ċerti ċirkostanzi.

L-Artikolu 7 tal-Liġi Nru 2016-1547 tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar il-modernizzazzjoni tas-sistema tal-ġustizzja tas-seklu 21 introduċa, fuq bażi sperimentali, rekwiżit biex wieħed jipprova l-medjazzjoni qabel rinviju lill-qorti fi 11-il qorti. L-esperiment kien inizjalment skedat li jikkonkludi fi tmiem l-2019, iżda ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Kull min jixtieq jemenda deċiżjoni tal-qorti tal-familja jew dispożizzjoni ta’ ftehim approvat mill-qorti għandu jipprova medjazzjoni tal-familja qabel ma jirrinvija l-kwistjoni lura lill-qorti. Jekk dan ma jsirx, ir-rikors għal emenda tkun inammissibbli.

Dan japplika għal rikorsi li jikkonċernaw:

  • il-post tar-residenza abitwali tat-tifel/tifla;
  • id-drittijiet ta’ żjara u d-dritt li l-minorenni joqgħod f’dar il-ġenitur;
  • il-kontribuzzjoni ta’ ġenitur għall-edukazzjoni u l-manteniment tal-minorenni; u
  • d-deċiżjonijiet relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri.

Ma huwiex obbligatorju li wieħed jipprova l-medjazzjoni tal-familja qabel ma jerġa’ lura l-qorti jekk:

  • ġenitur wieħed ikun ġab ruħu b’mod vjolenti lejn il-ġenitur l-ieħor jew lejn il-minorenni;
  • ir-rikors jitlob li l-qorti tapprova ftehim magħmul bejn il-partijiet; jew
  • fil-fehma tal-qorti, ikun hemm raġuni leġittima oħra biex il-partijiet ma jintalbux jippruvaw medjazzjoni qabel ma jirritornaw il-qorti.

Il-Liġi Nru 2019-222 tat-23 ta’ Marzu 2019 dwar l-ipprogrammar għall-2018-2022 u r-riforma tas-sistema tal-ġustizzja għamluha obbligatorja li wieħed juża forma ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, bħall-medjazzjoni, għal rikorsi relatati mal-ħlas ta’ somma li ma taqbiżx EUR 5 000 jew għal tilwima bejn il-ġirien. Qabel ma tali rikorsi jistgħu jiġu rrinvjati lill-qorti, il-partijiet iridu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jgħaddu minn tentattiv ta’ konċiljazzjoni mmexxi minn konċiljatur legali (conciliateur de justice), tentattiv ta’ medjazzjoni jew tentattiv ta’ proċedura parteċipattiva (procédure participative). Jekk ma jagħmlux dan, il-qorti tista’ tiddeċiedi ex officio li r-rikors ikun inammissibbli. Madankollu, il-liġi tipprevedi erba’ eċċezzjonijiet:

  • jekk mill-inqas waħda mill-partijiet qed titlob li l-qorti tapprova ftehim;
  • jekk irid jitressaq appell quddiem il-korp li jkun ħareġ id-deċiżjoni qabel rinviju lil qorti;
  • jekk wieħed mill-mezzi ta’ soluzzjoni bonarja għat-tilwim imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx disponibbli għal raġuni leġittima, partikolarment jekk il-konċiljaturi legali ma jkunux disponibbli fi żmien raġonevoli; jew
  • jekk ikun hemm dispożizzjoni speċifika li tirrikjedi li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva tagħmel tentattiv minn qabel ta’ konċiljazzjoni.

Ir-regoli li jirregolaw il-medjazzjoni

Ma hemm l-ebda kodiċi etiku nazzjonali għall-medjaturi.

Xi medjaturi huma ggwidati mill-kodiċijiet etiċi jew karti adottati minn assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet, kemm jekk jissottoskrivu direttament huma stess jew permezz tal-korp li jimpjegahom.

Servizzi ta’ medjazzjoni familjari akkreditati – jiġifieri servizzi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Fond ta’ Allowance għall-Familji (Caisse d’allocations familiales), il-Fond Agrikolu ta’ Benefiċċju Reċiproku (Mutualité sociale agricole) u l-Ministeru għall-Ġustizzja – jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw ma’ ċerti standards relatati mal-provvista u l-kwalità ta’ dawn is-servizzi; dawn l-istandards huma stabbiliti f’qafas ta’ referenza nazzjonali.

Fl-aħħar nett, id-Digriet (décret) Nru 2017-1457 tad-9 ta’ Ottubru 2017 dwar il-listi ta’ medjaturi fil-qrati tal-appell stabbilixxa kundizzjonijiet għall-inklużjoni f'din il-lista. Dawn il-kundizzjonijiet jistipulaw li l-medjaturi:

  1. ma għandu jkollhom l-ebda kundanna, dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ idoneità jew skwalifika elenkati fil-Bullettin Nru 2 tar-rekord kriminali tagħhom;
  2. ma jkunu wettqu l-ebda att kontra l-unur, l-onestà u l-moralità li ta lok għal sanzjoni dixxiplinarja jew amministrattiva li tieħu l-forma ta’ tneħħija, sospensjoni, terminazzjoni, irtirar ta’ approvazzjoni jew irtirar ta’ awtorizzazzjoni;
  3. ikollhom taħriġ jew esperjenza li juru l-abbiltà tagħhom li jipprattikaw il-medjazzjoni; dan ir-rekwiżit japplika kemm għal individwi kif ukoll għal entitajiet legali – kull individwu li jappartjeni għall-entità legali u jipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni jrid jissodisfa l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-individwi.

Informazzjoni u taħriġ

Fil-preżent, il-leġiżlazzjoni Franċiża ma tipprevedi ebda taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni.

Diploma ta’ medjatur tal-familja mill-Istat (diplôme d’Etat de médiateur familial, DEMF) ġiet introdotta għall-medjaturi tal-familja permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Diċembru 2003 u ordni ministerjali (arrêté) tat-12 ta’ Frar 2004.

Il-medjaturi tal-familja ma humiex meħtieġa li jkollhom din id-diploma sabiex jipprattikaw, sakemm ma jkunux jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni tal-familja akkreditati, f’liema każ hija obbligatorja.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

Meta l-partijiet jirrikorru għall-medjazzjoni bħala metodu alternattiv biex isolvu t-tilwim, kemm jekk fi proċedimenti tal-qorti jew barra mill-qorti, għandhom jitħallsu t-tariffi.

It-tariffi tal-medjaturi jistgħu jkunu koperti bl-għajnuna legali, kif previst fl-Artikoli 118-9 et seq. tad-Digriet Nru 91-1266 tad-19 ta’ Diċembru 1991. Madankollu, dawn it-tariffi ma jistgħux jaqbżu EUR 256 għal parti waħda jew EUR 512 għall-partijiet kollha.

Għal medjazzjoni ordnata mill-qorti, dawn jiġu ddeterminati mill-maġistrat li jivvaluta l-ispejjeż legali (magistrat taxateur) malli jitlesta x-xogħol tal-medjatur, fuq preżentazzjoni ta’ rapport jew dikjarazzjoni ta’ spejjeż (l-Artikolu 119 tad-Digriet Nru 91-1266 tad-19 ta’ Diċembru 1991). Il-maġistrat li jivvaluta l-ispejjeż legali jiffissa l-ammont tad-depożitu u r-remunerazzjoni (l-Artikoli 131-6 u 131-13 tal-Kodiċi Ċivili tal-Proċedura). Il-leġiżlazzjoni ma tistabbilixxi l-ebda skala preċiża ta’ remunerazzjoni, u l-ispiża unitarja għall-forniment ta’ servizzi ta’ medjazzjoni tal-familja għalhekk tvarja.

Servizzi ta’ medjazzjoni ffinanzjati pubblikament jintrabtu li japplikaw skala nazzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-familji għall-ispiża. Is-sehem finanzjarju li għandu jitħallas minn kull parti għal kull laqgħa ta’ medjazzjoni jvarja minn EUR 2 sa EUR 131, skont id-dħul tal-partijiet.

Huwa possibbli li ftehim medjat isir eżegwibbli?

Meta l-partijiet jilħqu ftehim, dan ikun vinkolanti għalihom, bħal ma jiġri f’kull kuntratt.

Meta l-ftehim jintlaħaq barra mill-proċedimenti fil-qorti, l-Artikolu 1565 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi li jista’ jiġi sottomess lill-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fit-tilwima, bl-għan li jsir eżegwibbli.

Fejn ikunu nbdew proċedimenti tal-qorti, l-Artikolu 131-12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi li b’rikors mill-partijiet, il-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża tista’ tapprova ftehim li l-partijiet iressqu quddiemha.

L-Artikolu L111-3 1° tal-Kodiċi tal-Proċedura ta’ Eżekuzzjoni Ċivili (Code des procédures civiles d'exécution) jipprovdi li ftehimiet konklużi wara medjazzjoni ordnata mill-qorti jew medjazzjoni barra mill-qorti li jsiru eżegwibbli mill-qrati ordinarji jew mill-qrati amministrattivi huma dokumenti eżegwibbli.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - il-Kroazja

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, permezz tal-Ministeru tal-Ġustizzja, jipprovdi appoġġ b'saħħtu (leġiżlattiv, finanzjarju, tekniku) għall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-medjazzjoni, u sar wieħed mill-iktar partijiet importanti tal-Istrateġija għar-Riforma Ġudizzjarja.

Il-medjazzjoni bil-qorti u barra l-qorti

Il-medjazzjoni tista' ssir f'kull qorti, ordinarja u speċjalizzata, tal-ewwel u tat-tieni istanza (muniċipali, tal-kontea, kummerċjali u l-Qorti Kummerċjali Superjuri) f'kull stadju tal-proċedimenti, u għalhekk sakemm idumu għaddejjin il-proċedimenti fl-appell. Il-medjazzjoni titmexxa esklussivament minn imħallef tal-qorti rilevanti li jkun imħarreġ fil-medjazzjoni u li jkun fil-lista ta' mħallfin medjaturi stabbilita mill-President tal-Qorti permezz ta' assenjazzjoni annwali tad-dmirijiet. Imħallef medjatur ma jista' qatt imexxi medjazzjoni għal tilwima li għaliha jkun ġie maħtur bħala mħallef.

Il-medjazzjoni barra l-qorti ilha għal ħafna snin tiġi mmexxija b'suċċess miċ-Ċentri ta' Medjazzjoni tal-Kamra tal-Ekonomija tal-Kroazja, il-Kamra tal-Artiġjanat u s-Snajja' tal-Kroazja u l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem tal-Kroazja u mill-Assoċjazzjoni tal-Medjazzjoni tal-Kroazja, il-Kamra tal-Avukati tal-Kroazja, l-Uffiċċju tal-Assigurazzjoni tal-Kroazja u l-Uffiċċju għall-Isħubija Soċjali tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja.  Madankollu, il-medjazzjoni ma' medjaturi magħżula tista' ssir barra dawn iċ-ċentri.

Skont l-Att dwar il-Medjazzjoni (Narodne novine) (Il-Gazzetta Uffiċċjali tar-Repubbkika tal-Kroazja), Nru 18/11 u r-Regoli dwar ir-Reġistru tal-Medjaturi u l-Istandards għall-Akkreditazzjoni għall-Istituzzjonijiet tal-Medjazzjoni u l-Medjaturi (NN, Nru 59/11), il-Ministeru tal-Ġustizzja imantni r-Reġistru tal-Medjaturi.

Il-Kummissjoni għar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Il-Ministeru tal-Ġustizzja stabbilixxa u ħatar il-Kummissjoni għar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, li hija ffurmata minn rappreżentanti tal-qrati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, l-Uffiċċju għall-Isħubija Soċjali tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Kamra tal-Ekonomija tal-Kroazja, l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem tal-Kroazja, il-Kamra tal-Artiġjanat u tas-Snajja' tal-Kroazja u l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-mandat tal-Kummissjoni huwa li tissorvelja l-iżvilupp tar-riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim, l-implimentazzjoni tal-programmi eżistenti u tipproponi miżuri għall-promozzjoni tal-iżvilupp tar-riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Il-mandat tal-Kummissjoni jinkludi wkoll l-għoti ta' opinjonijiet u tweġibiet għall-mistoqsijiet li jaqgħu fl-ambitu tagħha.

Waqt il-laqgħa li kellha l-Kummissjoni għar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, li saret fis-26 ta' Novembru 2009, ġie adottat Kodiċi tal-Etika għall-Medjaturi.

Il-Qafas Leġiżlattiv

Il-medjazzjoni bħala mezz biex jinqata' t-tilwim kienet irregolata għall-ewwel darba permezz ta' regolament speċjali - l-Att dwar il-Medjazzjoni (NN, Nru 163/03, li daħal fis-seħħ fl-24 ta' Ottubru 2003), li integra xi prinċipji tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kif ukoll l-hekk imsejħa Green Paper dwar ir-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim fil-liġi ċivili u kummerċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Att kien emendat fl-2009, u fil-bidu tal-2011 kien ippromulgat Att dwar il-Medjazzjoni ġdid (NN, Nru 18/11), li daħal fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Flimkien mal-Att dwar il-Medjazzjoni, li huwa l-aktar importanti, hemm liġijiet oħra li jirregolaw din il-kwistjoni, kif ukoll regolamenti ta' implimentazzjoni li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-liġi.

Il-proċess ta' medjazzjoni

Il-proċess ta' medjazzjoni jibda permezz ta' proposta mingħand waħda mill-partijiet tat-tilwima li tiġi aċċettata mill-parti l-oħra, permezz ta' proposta konġunta miż-żewġ naħat għar-riżoluzzjoni bonarja tat-tilwima, jew permezz ta' proposta minn parti terza (pereżempju mħallef waqt proċedimenti l-qorti).

Il-medjaturi huma persuna jew diversi persuni li jmexxu l-medjazzjoni skont ftehim bejn il-partijiet. Il-medjaturi jridu jkunu mħarrġa (l-esperjenza u l-ħila tal-medjatur hija waħda mill-komponenti essenzjali sabiex medjazzjoni tirnexxi), u jkomplu jitħarrġu professjonalment. L-Akkademja Ġudizzjarja hija importanti ħafna fl-organizzazzjoni u t-tmexxija tat-taħriġ għall-medjaturi.

Il-medjazzjoni ssir kif miftiehem bejn il-partijiet. Matul il-medjazzjoni, il-medjatur jiżgura t-trattament ġust u ndaqs tal-partijiet. Matul il-proċedura ta' medjazzjoni huwa jista' jiltaqa' mal-partijiet separatament, u sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, il-medjatur jista' jagħti informazzjoni u dejta miksuba minn parti lill-oħra biss fejn ikun ingħata permess biex jagħmel dan. Il-medjatur jista' jipparteċipa fit-tfassil tal-ftehim u jagħmel rakkomandazzjonijiet rigward il-kontenut tiegħu.

Ftehim milħuq permezz tal-medjazzjoni jorbot lill-partijiet li jkunu ffirmawh. Jekk il-partijiet ikunu aċċettaw ċerti obbligi skont il-ftehim, huma meħtieġa jwettquhom f'perjodu xieraq. Ftehim li jinkiseb permezz tal-medjazzjoni huwa dokument eżegwibbli jekk ikun fih obbligu li jrid jiġi mwettaq li fir-rigward tiegħu l-partijiet jistgħu jilħqu kompromess, u jekk ikun fih dikjarazzjoni ta' permess dirett għall-eżekuzzjoni (klawżola ta' eżekuzzjoni).

Sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, kull parti tbati l-ispejjeż tagħha, filwaqt li bejniethom jaqsmu l-ispejjeż tal-medjazzjoni, jew skont liġi speċjali jew ir-regoli tal-istituzzjonijiet tal-medjazzjoni.

Skont il-maġġoranza tal-esperti fil-qasam tal-medjazzjoni, kull tilwima marbuta mad-drittijiet li l-partijiet huma ħielsa li jiddisponu minnhom hija adattata għall-medjazzjoni u l-partijiet f'kunflitt għandhom dejjem jiġu mħeġġa jsolvu l-kwistjoni bonarjament. Il-medjazzjoni hija partikolarment adattata għat-tilwim dwar in-negozju (pereżempju tilwim kummerċjali), kif ukoll tilwim transfruntier (waħda mill-partijiet hija domiċiljata jew residenti abitwalment fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea) fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Għandu jiġi nnutat illi t-tilwim transfruntier ma jinkludix id-dwana, it-taxxi jew proċedimenti amministrattivi jew dak it-tilwim marbut mar-responsabbiltà tal-Istat għall-atti jew omissjonijiet fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu.

Ħoloq oħra

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif issib medjatur

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktar informazzjoni

L-aħħar aġġornament: 20/07/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Italja

Aktar milli toqgħod tmur il-Qorti, għaliex ma tippruvax issolvi l-kwistjoni tiegħek permezz ta’ medjazzjoni? Din hija miżura ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), li permezz tagħha l-medjatur jassisti lil dawk involuti fi kwistjoni sabiex jilħqu ftehim. Il-Gvern Taljan u dawk li jipprattikaw il-ġustizzja fl-Italja huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

1. Lil min nikkuntattja?

Fl-Italja ġiet introdotta sistema ta' medjazzjoni ċivili u kummerċjali, bil-għan li jissolva tilwim rigward kwalunkwe dritt li l-partijiet ikunu liberi li jirrinunzjaw minnu jew li jittrasferixxu permezz ta' Digriet Leġiżlattiv (decreto legislativo) Nru 28/2010.

Is-servizzi ta' medjazzjoni jipprovduhom organizzazzjonijiet ta' medjazzjoni li jistgħu jkunu pubbliċi jew privati u li jkunu mdaħħla f'reġistru ta' organizzazzjonijiet ta' medjazzjoni (registro degli organismi di mediazione) li jieħu ħsiebu l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ir-reġistru ta' organizzazzjonijiet ta' medjazzjoni akkreditati huwa pubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.giustizia.it/).

Ir-reġistru għandu jgħinek tagħmel kuntatt ma' organizzazzjoni ta' medjazzjoni tal-għażla tiegħek u tistaqsi għal medjaturi li huma membri ta' dik l-organizzazzjoni. Iktar informazzjoni tinkiseb direttament mill-organizzazzjoni nfisha.

2. F'liema oqsma tal-liġi huma possibbli jew l-aktar komuni r-rinvji għall-medjazzjoni?

L-organizzazzjonijiet ta' medjazzjoni jistgħu jgħinu biex wieħed jasal għal ftehim barra mill-qorti fi kwalunkwe tilwim li jirrigwarda drittijiet li l-partijiet huma liberi li jirrinunzjaw minnhom jew li jittrasferixxu (diritti disponibili). Il-medjazzjoni hija fuq bażi volontarja, minkejja li jista' jingħata parir għaliha minn ġudikant jew tkun obbligatorja minħabba kuntratt bejn żewġ partijiet.

3. Hemm regoli speċifiċi?

Ir-regoli li timxi magħhom il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali bħalissa huma stipulati fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010, imsemmi hawn fuq, u fid-Digriet Ministerjali (decreto ministeriale)Nru 180/2010.

4. Taħriġ

Persuna li tixtieq issir medjatur trid tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(3)(b) tad-Digriet Ministerjali Nru 180/2010: b'mod partikolari trid tkun lawrjata jew diplomata f'mill-inqas livell universitarju abbażi ta' tliet snin studju, jew inkella tkun membru ta' assoċjazzjoni jew organizzazzjoni professjonali u tkun għamlet mill-inqas kors ta' aġġornament ta' sentejn ma' ħarrieġa akkreditati mill-Ministeru tal-Ġustizzja, u matul il-perjodu ta' sentejn ta' taħriġ ta' aġġornament tkun ipparteċipat f'apprendistat assistit f'mill-inqas għoxrin każ ta' medjazzjoni.

Il-ħarrieġa li joħorġu ċ-ċertifikati fejn jiddikjaraw li l-medjaturi kkompletaw il-korsijiet ta' taħriġ neċessarju huma entitajiet pubbliċi jew privati akkreditati mill-Ministeru tal-Ġustizzja bil-kundizzjoni li jilħqu l-livelli dikjarati.

5. Kemm tqum flus il-medjazzjoni?

Il-kriterji li jiddeterminaw it-tariffa tal-medjazzjoni (indennità di mediazione) jinkludu t-tariffa biex tinfetaħ il-proċedura u t-tariffa għall-medjazzjoni proprja, kif stipulati fid-Digriet Ministerjali Nru 180/2010.

L-ammonti huma speċifikati fil-Tabella A annessa mad-Digriet. Dawn ivarjaw skont il-valur tat-tilwima.

6. Huwa possibbli li jiġi infurzat ftehim ta' medjazzjoni?

L-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010 jiddikjara li l-minuti tal-ftehim, sakemm ma jmorrux kontra l-ordni pubbliku jew kontra regoli tal-liġi li jipprevalu, għandhom jiġu approvati, wara applikazzjoni miż-żewġ partijiet, mill-president tal-qorti inferjuri (tribunale) li fid-distrett tiegħu tkun ibbażata l-organizzazzjoni ta' medjazzjoni. Fil-każ ta' tilwima transfruntiera tat-tip li jirreferi għaliha l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-minuti tal-ftehim iridu jiġu approvati mill-president tal-qorti inferjuri li fid-disrett tiegħu jrid jiġi implimentat il-ftehim.

Il-ftehim approvat huwa titolu li jista' jkun infurzat għall-eżekuzzjoni fuq proprjetà (espropriazione forzata), prestazzjoni speċifika esecuzione in forma specifica), jew reġistrazzjoni ta' ipoteka ġudizzjarja (ipoteca giudiziale).

7. L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa bla ħlas?

Fil-mument għad m'hemmx reġistru pubbliku ta' medjaturi, iżda l-Ministeru tal-Ġustizzja regolarment jippubblika lista ta' organizzazzjonijiet ta' medjazzjoni li jappartjenu għalihom il-medjaturi individwali. Il-membri tal-pubbliku jistgħu jiddeterminaw liema medjaturi huma membri ta' organizzazzjoni ta' medjazzjoni billi jistaqsu għal informazzjoni speċifika mill-uffiċċju tal-Ministeru li jissorvelja l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' medjazzjoni; jista' jsir kuntatt mal-uffiċċju permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru

L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Ċipru

Lil min għandek tikkuntattja?

Għal informazzjoni dwar il-medjazzjoni f’Ċipru, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukat irreġistrat f’Ċipru.

F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni tista’ tintuża sabiex tissolva kwalunkwe differenza, sakemm il-partijiet involuti jagħtu l-kunsens tagħhom.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

B’differenza għall-forma l-oħra ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (arbitraġġ), m’hemm l-ebda liġi li speċifikatament tirregola l-proċess ta’ medjazzjoni u għalhekk m’hemm l-ebda regola speċifika li wieħed irid isegwi għall-medjazzjoni.

NB: abbozz ta’ liġi dwar il-kwistjoni speċifika tal-medjazzjoni fil-kawżi familjari tqiegħed fuq il-medja tal-Kamra tar-Rappreżentanti (Βουλή των Αντιπροσώπων) u bħalissa qiegħed fl-istadju tad-dibattitu.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

M’hemm l-ebda spiża fissa għall-medjazzjoni; l-ispiża bażikament tiddependi mill-kumplessità tal-każ u mill-kompetenza tal-medjatur.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Il-medjazzjoni ma twassalx għal sentenza li tista’ tiġi infurzata bl-istess mod bħal sentenza ta’ qorti.

L-aħħar aġġornament: 08/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Latvja

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax tirriżolvi t-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR - alternative dispute resolution), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-ġustizzja fil-Latvja huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

L-użu tal-medjazzjoni fir-riżoluzzjoni ta’ tilwim ċivili attwalment huwa fil-fażijiet inizjali tiegħu fil-Latvja. Ma hemm l-ebda korp responsabbli tal-gvern ċentrali li jirregola l-professjoni ta’ medjatur.

Il-Kunsill ta’ Medjazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Mediation Council (Il-Kunsill tal-Medjazzjoni) (Mediācijas padome) hija assoċjazzjoni li twaqqfet fil-25 ta’ Lulju 2011 u tiġbor flimkien għadd ta’ assoċjazzjonijiet irreġistrati fil-Latvja li huma attivi fil-qasam tal-medjazzjoni. Din għandha l-għan li tiżviluppa standards komuni ta’ taħriġ għall-medjaturi u tintroduċi ċertifikazzjoni għal programmi ta’ taħriġ, li tabbozza u tadotta kodiċi ta’ kondotta għall-medjaturi ċċertifikati, kif ukoll biex tirrappreżenta medjaturi ċċertifikati, li tagħti l-fehmiet tagħha lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali, awtoritajiet oħra u uffiċjali, u li tagħti l-fehmiet dwar kwistjonijiet leġiżlattivi u l-prattika legali marbuta mal-medjazzjoni.

Il-Kunsill tal-Medjazzjoni twaqqaf mill-assoċjazzjonijiet li ġejjin:

  • Medjazzjoni u ADR (Mediācija un ADR);
  • Medjazzjoni integrata fil-Latvja (Integrētā mediācija Latvijā);
  • Integrazzjoni għas-soċjetà (Ċentru ta’ Appoġġ għall-Vittmi) (Integrācija sabiedrībai (Cietušo atbalsta centrs));
  • L-assoċjazzjoni ta' Medjaturi Kummerċjali (Komercmediatoru asociācija).

Medjazzjoni u l-ADR

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni u ADR (Mediācija un ADR) ġiet stabbilita fis-7 ta' April 2005. L-għan tagħha hu li:

  • tippromwovi l-introduzzjoni progressiva u l-użu ta’ metodi ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (medjazzjoni, konċiljazzjoni, tiftix imparzjali tal-fatti, rapporti ta’ esperti, arbitraġġ, eċċ.) fil-Latvja;
  • Parteċipazzjoni fil-proċessi tat-tfassil tal-politika, pereżempju l-gruppi ta’ ħidma mwaqqfa minn korpi pubbliċi;
  • tippromwovi titjib fl-istandards ta’ kwalifiki professjonali tal-membri tagħha u l-għoti ta’ medjazzjoni tal-ogħla livell possibbli u ta’ servizzi tal-ADR;
  • iġġib il-professjonisti tal-ADR flimkien sabiex jintlaħqu l-objettivi komuni;
  • tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ persuni fiżiċi u ġuridiċi oħrajn.

L-organizzazzjoni tagħti parir lill-partijiet involuti f’tilwima u r-rappreżentanti tagħhom dwar l-għażla ta’ speċjalista, kif ukoll tagħti lekċers u seminars dwar il-medjazzjoni u l-ADR. Xi membri tal-organizzazzjoni huma medjaturi prattikanti speċjalizzati f’kawżi ċivili u kriminali. Il-membri kisbu ħiliet ta’ negozjar u medjazzjoni fil-Latvja u lil hinn minnha f’taħriġ ma' medjaturi u dawk li jsolvu l-kunflitti b’esperjenza mill-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Ġermanja u pajjiżi oħra.

Medjazzjoni Integrata fil-Latvja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntegrated Mediation in Latvia (Integrētā mediācija Latvijā — IMLV) twaqqfet fl-10 ta' Awwissu 2007. Għandha viżjoni ta' soċjetà li ssolvi t-tilwim b’suċċess, fejn l-interessi tal-partijiet kollha jkunu rrappreżentati b’mod ugwali u l-proċess tar-riżoluzzjoni għat-tilwim huwa uman, ugwali u bbażat fuq il-kooperazzjoni. L-IMLV twaqqfet f'kooperazzjoni mill-qrib mal-assoċjazzjoniIntegrierte Mediation fil-Ġermanja. Hija ppjanata kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, taħriġ addizzjonali, is-superviżjoni, l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ medjazzjoni u l-adozzjoni ta’ prassi tajba.

L-IMLV għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp ta’ medjazzjoni f’livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali billi tintegrah fil-proċess tar-riżoluzzjoni tat-tilwim ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet u fil-ħidma ta’ professjonisti u s-soċjetà b’mod ġenerali.

Biex jintlaħaq dan l-għan, l-IMLV stabbilixxiet għaliha stess il-kompiti li ġejjin:

  • li tippromwovi u tiżviluppa l-idea ta’ medjazzjoni integrata fil-Latvja bħala forma moderna u ta' kwalità‑għolja ta' riżoluzzjoni ta’ tilwim;
  • li tippromwovi l-kooperazzjoni bejn professjonisti, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet;
  • li tiddefinixxi u tippromwovi kunċetti u benefiċċji ta’ medjazzjoni integrata;
  • li tinforma u teduka lill-pubbliku dwar il-kunċetti u l-possibbiltajiet ta’ medjazzjoni integrata;
  • li tippromwovi aktar is-suċċessi tal-medjazzjoni integrata;
  • li torganizza taħriġ dwar il-medjazzjoni u l-potenzjal għall-integrazzjoni tagħha f’diversi oqsma;
  • li twettaq studji u stħarriġ.

L-IMLV tgħaqqad diversi professjonisti — inklużi medjaturi prattikanti — bil-għan tintegra l-ħiliet ta’ medjazzjoni fl-attivitajiet tagħha u tippromwovi kuxjenza pubblika ta’ medjazzjoni bħala għażla vijabbli f’riżoluzzjoni tat-tilwim.

Integrazzjoni għas-Soċjetà (Ċentru ta’ Appoġġ għall-Vittmi)

Iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-assoċjazzjoni Integrazzjoni għas-Soċjetà beda jaħdem fl-2003. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jappoġġa lill-vittmi tal-kriminalità. Mill-2004 il-persunal jinkludi 20 medjatur imħarrġa tajjeb fi proċeduri ta’ medjazzjoni u li jistgħu jużawhom biex isolvu tilwimiet ta’ liġi ċivili u amministrattiva.


F’liema oqsma l-użu tal-medjazzjoni huwa ammissibbli u / jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli f’bosta oqsma. Il-qasam li tista' tintuża fih bl-aktar mod wiesgħa huwa dak ta’ tilwim ċivili li jinqala' fil-liġi tal-familja u l-liġi kummerċjali.

Hemm regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

L-użu tal-medjazzjoni huwa totalment volontarju.

Il-medjazzjoni mhijiex prerekwiżit biex jibdew ċerti tipi ta’ proċedimenti ġudizzjarji jew ikomplu proċedimenti ġudizzjarji.

Il-medjazzjoni fil-Latvja mhijiex regolata minn xi liġijiet u regolamenti esterni.

Informazzjoni u taħriġ

Sit iddedikat għall-medjazzjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mediacija.lv/.

Iż-żewġ assoċjazzjonijiet ta' Medjazzjoni u ADR u Integrazzjoni għas-Soċjetà jkunu ħarrieġa li joffru kors bażiku fil-medjazzjoni maħsuba għal medjaturi futuri u kors dwar ħiliet ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti bażiku għall-użu f’ambjenti professjonali u personali.

X’inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim ċivili permezz tal-medjazzjoni mhijiex ipprovduta mingħajr ħlas. L-ispiża tal-medjazzjoni tiddependi fuq bosta fatturi: il-kwalifiki u l-esperjenza tal-medjatur, il-kumplessità tal-kawża, in-numru ta’ sessjonijiet ta’ medjazzjoni meħtieġa u fatturi oħra.

Madankollu, f’każijiet li jikkonċernaw l-interessi u d-drittijiet tat-tfal, il-Bord tal-Affarijiet Barranin u ta’ Konċiljazzjoni tal-Qorti tal-Familja ta’ Riga (Rīgas Bāriņtiesas Ārlietu un samierināšanas pārvalde) jipprovdi servizzi lir-residenti ta’ Riga mingħajr ħlas. It-tilwimiet li jikkonċernaw l-aktar, arranġamenti għall-post ta’ residenza tat-tfal, il-kustodja u t-trobbija tat‑tfal.

Ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni jista’ jiġi infurzat?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttiva 2008/52/KE tistipula li dawk involuti f’tilwima jistgħu jitolbu li ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jsir inforzabbli. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet l-oħra kompetenti biex jittrattaw talbiet bħal dawn.

Il-Latvja għadha ma kkomunikatx din l-informazzjoni.

Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMediācija.lv

L-aħħar aġġornament: 04/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Litwanja

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tirriżolviex it-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lill-partijiet fit-tilwima jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-liġi fir-Repubblika tal-Litwanja huma konxji bil-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

M’hemmx korp ċentralizzat jew tal-gvern responsabbli mill-medjazzjoni (tarpininkavimas), u l-Litwanja m’għandhiex pjanijiet li toħloq wieħed.

F’liema qasam hija l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni konċiljatorja (taikinamasis tarpininkavimas) tista’ tintuża f’tilwim ċivili (jiġifieri, tilwim li jinstema’ permezz ta’ proċedura ċivili minn qorti ta’ ġurisdizzjoni ġenerali).

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

Il-medjazzjoni hija regolata bil-Liġi dwar il-Medjazzjoni Konċiljatorja fit-Tilwim Ċivili (Civilinių ginčų taikinamojo tarpininkavimo įstatymas). Fi ħdan dan il-qafas, l-użu tal-medjazzjoni huwa kompletament volontarju. M’hemmx regolamenti speċifiċi bħal kodiċi ta’ kondotta għall-medjaturi.

Informazzjoni u taħriġ

M’hemm l-ebda programm ta’ taħriġ nazzjonali fis-seħħ s’issa. Madankollu, it-taħriġ huwa pprovdut miċ-ċentru ta’ taħriġ tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Teisingumo ministerija) u minn korpi privati. Il-korpi privati mhumiex regolati.

X’inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Skont il-Liġi dwar il-Medjazzjoni Konċiljatorja fit-Tilwim Ċivili, il-medjazzjoni konċiljatorja tista’ tiġi pprovduta bi ħlas jew mingħajr ħlas. Meta tkun pprovduta bi ħlas, il-proċedura tista’ tibda biss wara li medjatur jiftiehem bil-miktub maż-żewġ partijiet fit-tilwima dwar l-ammont li għandu jitħallas u l-metodu ta’ ħlas.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE tippermetti lil dawk involuti f’tilwima li jitolbu li ftehim bil-miktub li jirriżulta mill-medjazzjoni jsir eżegwibbli. L-Istati Membri jikkomunikaw dan lill-qrati u lill-awtoritajiet oħra kompetenti li jirċievu dawn it-tip ta’ talbiet.

Skont il-Liġi dwar il-Medjazzjoni Konċiljatorja fit-Tilwim Ċivili, il-qorti kompetenti hija l-għażla tal-partijiet fit-tilwima. Din tista’ tkun il-qorti distrettwali tal-post ta’ residenza, jew l-uffiċċju reġistrat ta’ waħda mill-partijiet fit-tilwima.

L-aħħar aġġornament: 18/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Lussemburgu

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-ġuristi tal-Lussemburgu huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandi nikkuntattja?

M’hemm l-ebda entità ċentrali responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-medjaturi.

Minbarra l-medjazzjoni f’setturi speċifiċi (banek, assigurazzjoni, eċċ.) u minbarra l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman li huwa responsabbli għall-medjazzjoni fil-materji amministrattivi u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudskommittee fir t’Rechter vun de Kanner (Kumitat tal-Ombudsman għad-Drittijiet tat-Tfal), l-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji li ġejjin huma involuti fil-medjazzjoni:

F'liema oqsma hija ammissibbli u/jew l-aktar komuni l-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli l-aktar:

  • f’kawżi amministrattivi;
  • f’kawżi kriminali;
  • f’kawżi tal-familja;
  • f’kawżi kummerċjali; u
  • fit-tilwim bejn il-ġirien.

Il-medjazzjoni ċivili u kummerċjali hija proċess kunsenswali u kunfidenzjali mmexxi minn medjatur indipendenti, imparzjali u kompetenti. Tista’ tkun relatata mat-tilwima kollha jew ma’ parti minnha. Hija tinkludi kemm il-medjazzjoni bi ftehim kif ukoll il-medjazzjoni ordnata mill-qorti, u l-medjazzjoni tal-familja għandha rwol importanti.

Fil-medjazzjoni bi ftehim (médiation conventionnelle), parti jew oħra tista’ tissuġġerixxi lill-parti(jiet) l-oħrajn biex iressqu l-kwistjoni għall-medjazzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti ġudizzjarji, irrispettivament minn kwalunkwe proċedura ġudizzjarja jew ta’ arbitraġġ, sakemm ma jkunx intemm l-istadju tat-trattazzjoni.

Fil-medjazzjoni ordnata mill-qorti (médiation en justice jew médiation judiciaire), tilwima ċivili, kummerċjali jew tal-familja tkun diġà tressqet quddiem qorti; il-qorti tista’ fi kwalunkwe ħin tirreferi l-kawża għall-medjazzjoni, sakemm ma jkunx intemm l-istadju tat-trattazzjoni. Dan ma japplikax għal kawżi quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni jew għal proċedimenti għal miżuri provviżorji. Il-qorti tista’ titlob lill-partijiet imorru għall-medjazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess, jew fuq it-talba konġunta tal-partijiet infushom. Fi kwalunkwe każ, huwa meħtieġ il-kunsens tal-partijiet. Il-qorti tista’ tipproponi miżura ta’ medjazzjoni lill-partijiet f’għadd limitat ta’ kawżi definiti b’mod ċar li jqajmu punt tad-dritt tal-familja. Imbagħad hija torganizza laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas sabiex tispjega l-prinċipji, il-proċedura u l-effetti tal-medjazzjoni lill-partijiet.

F’kawżi kriminali il-Prosekutur tal-Istat jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, u qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-azzjoni pubblika, jiddeċiedi li juża l-medjazzjoni jekk din aktarx:

  • tipprovdi kumpens lill-vittma; jew
  • issolvi d-diffikultajiet li jkun ħoloq ir-reat; jew
  • tikkontribwixxi għar-riabilitazzjoni tal-awtur tar-reat.

L-użu tal-medjazzjoni ma jeskludix deċiżjoni sussegwenti li jitmexxew proċeduri bil-qorti, pereżempju jekk ikun hemm ksur tat-termini tal-medjazzjoni.

Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

Il-medjazzjoni hija kompletament volontarja.

Il-medjazzjoni f’materji amministrattivi, il-medjazzjoni fil-kawżi kriminali u l-medjazzjoni f’setturi partikolari huma kollha rregolati minn leġiżlazzjoni speċifika.

Informazzjoni u taħriġ

Il-medjatur f’materji kriminali

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tas-6 ta’ Mejju 1999 u r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Gran Dukat tal-31 ta’ Mejju 1999 introduċew is-sistema tal-medjazzjoni f’materji kriminali. Qabel ma jiddeċiedi jekk jiħux azzjoni kriminali, il-Prosekutur Pubbliku jista’ jiddeċiedi li juża l-medjazzjoni jekk iqis li din aktarx tiżgura kumpens lill-vittma, issolvi d-diffikultajiet li jkun ħoloq ir-reat jew tikkontribwixxi għar-riabilitazzjoni tal-awtur tar-reat. Jekk il-Prosekutur Pubbliku jiddeċiedi li juża l-medjazzjoni, huwa jista’ jaħtar bħala medjatur kwalunkwe persuna approvata għal dak l-iskop.

Approvazzjoni:

Kull min jixtieq li jiġi approvat bħala medjatur f’materji kriminali jista’ jagħmel talba lill-Ministru għall-Ġustizzja, li jiddeċiedi dwar l-approvazzjoni wara li jikkonsulta lill-Prosekutur Ġenerali tal-Istat.

Il-medjatur f’materji ċivili u kummerċjali

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-24 ta’ Frar 2012 ħoloq qafas leġiżlattiv nazzjonali għall-medjazzjoni f’materji ċivili u kriminali billi żied titolu ġdid fil-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili. L-Att jittrasponi d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali. L-Att jadotta l-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva għat-tilwim transfruntier u japplikahom għat-tilwim nazzjonali wkoll. Dan l-Att huwa ssupplimentat bir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Gran Dukat tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-proċedura ta’ approvazzjoni tal-medjaturi għall-finijiet ta’ medjazzjoni ordnata mill-qorti u ta’ medjazzjoni tal-familja, il-programm ta’ taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas.

Il-medjatur huwa terza persuna li l-kompitu tagħha huwa li tisma’ lill-partijiet flimkien, jew jekk ikun hemm bżonn separatament, bl-għan li ssolvi t-tilwima tagħhom. Il-medjatur ma jimponix soluzzjoni fuq il-partijiet, iżda jħeġġiġhom jaslu għal ftehim bonarju dwar it-tilwima.

Medjatur li jipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni ordnata mill-qorti jew tal-familja jista’ jkun approvat jew mhux approvat. Medjatur approvat huwa persuna fiżika akkreditata għal dan ir-rwol mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Fil-medjazzjoni bi ftehim u f’tilwim transfruntier il-partijiet jistgħu jużaw medjatur li ma ġiex approvat.

Approvazzjoni:

Il-Ministru għall-Ġustizzja huwa responsabbli mill-approvazzjoni tal-medjaturi. F’materji ċivili u kummerċjali l-medjaturi ma jeħtiġux l-approvazzjoni sabiex jipprovdu medjazzjoni bi ftehim.

Kwalunkwe persuna fiżika tista’ tapplika għall-approvazzjoni jekk hija tissodisfa l-kundizzjonijiet (1) stabbiliti mill-Att tal-24 ta’ Frar 2012 li jinkorpora l-medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali fil-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili u (2) stabbiliti fir-Regolament tal-Gran Dukat tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-proċedura ta’ approvazzjoni tal-medjaturi għall-finijiet ta’ medjazzjoni ordnata mill-qorti u medjazzjoni tal-familja, il-programm ta’ taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas.

Skont id-Direttiva 2008/52/KE msemmija iktar ’il fuq u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1251-3(1) tal-Att tal-24 ta' Frar 2012 dwar il-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw rekwiżiti ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx għalfejn iġibu l-approvazzjoni mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

L-approvazzjoni tingħata għal perjodu indeterminat.

L-Artikolu 1251-3(2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili u r-Regolament tal-Gran Dukat tal-25 ta’ Ġunju 2012 imsemmija iktar ’il fuq jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li l-persuni fiżiċi kollha jridu jissodisfaw sabiex jiksbu l-approvazzjoni:

  1. iridu jippreżentaw garanzija ta’ reputazzjoni tajba, ta’ kompetenza, taħriġ, indipendenza u imparzjalità;
  2. iridu jippreżentaw estratt mir-reġistri tal-pulizija tal-Lussemburgu jew dokument simili maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż fejn kienu jgħixu fl-aħħar ħames snin;
  3. iridu jgawdu d-drittijiet ċivili u jkunu intitolati jeżerċitaw drittijiet politiċi; u
  4. iridu jkunu ħadu taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni fil-forma ta’:
  • lawrja ta’ Master fil-medjazzjoni mogħtija mill-Università tal-Lussemburgu jew minn università, istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja jew stabbiliment ieħor li joffri l-istess livell ta’ taħriġ, indikat skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; jew
  • tliet snin esperjenza professjonali ssupplimentati b’taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Gran Dukat tal-25 ta’ Ġunju 2012; jew
  • taħriġ fil-medjazzjoni rikonoxxut minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

L-Università tal-Lussemburgu toffri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprogramm ta’ taħriġ speċifiku (lawrja ta’ Master) fil-medjazzjoni.

X'inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?

Spiss il-medjazzjoni tkun mingħajr ħlas. Jekk jintalab ħlas, dan jiġi indikat b’mod ċar.

Fil-każ ta’ medjazzjoni bi ftehim, it-tariffi tal-medjaturi jiġu ffissati liberament. It-tariffi u l-ispejjeż jinqasmu indaqs bejn il-partijiet, sakemm ma jiftehmux mod ieħor.

Fil-każ ta’ medjazzjoni ordnata mill-qorti u medjazzjoni tal-familja, it-tariffi jiġu ffissati b'regolament tal-Gran Dukat.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni?

Il-ftehimiet li jirriżultaw mill-medjazzjoni ċivili u kummerċjali għandhom l-istess valur probatorju ta’ deċiżjoni tal-qorti. Irrispettivament minn jekk tali ftehimiet ta’ medjazzjoni jkunux saru fil-Lussemburgu jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, huma eżegwibbli fl-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2008/52/KE. L-approvazzjoni tal-ftehim kollu jew ta’ parti minnu mill-qorti kompetenti tagħtih l-eżegwibilità.

Id-Direttiva hija trasposta mill-Att tal-24 ta’ Frar 2012, li jpoġġi l-medjazzjoni fuq l-istess livell tal-proċeduri ġudizzjarji eżistenti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Lussemburgiża tal-Medjazzjoni u tal-Medjaturi Approvati (ALMA asbl)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tal-Medjazzjoni Ċivili u Kummerċjali (CMCC)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tal-Medjazzjoni Ċivili u Kummerċjali (CMCC asbl)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tal-Medjazzjoni (asbl)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tal-Medjazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali tal-Familja

L-aħħar aġġornament: 14/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Ungerija

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma ssolvix it-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (alternatív vitarendezés) (ADR), fejn medjatur (közvetítő) jgħin lill-partijiet biex jilħqu ftehim. Kemm il-gvern kif ukoll il-prattikanti legali fl-Ungerija huma ferm konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

Skont l-Att LV tal-2002 dwar il-Medjazzjoni (a közvetítői tevékenységről szóló 2002. évi LV. törvény) , il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Infurzar tal-Liġi (Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium) huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-medjaturi u tal-persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi.

Reġistru ta’ medjaturi u entitajiet ġuridiċi li jimpjegaw il-medjaturi jista’ jinsab fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Ġustizzja.

Il-websajt jipprovdi lill-utenti informazzjoni ġenerali u huwa possibbli li wieħed ifittex fir-reġistru tal-medjaturi skont l-isem, il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni, il-ħiliet lingwistiċi u l-pajjiż li fih jinsab l-uffiċċju tagħhom. Għall-entitajiet ġuridiċi, it-tfittix huwa bbażat fuq l-isem, il-pajjiż u l-isem imqassar.

Il-formoli ta’ reġistrazzjoni għall-medjaturi u l-entitajiet ġuridiċi li jimpjegaw il-medjaturi jistgħu jinsabu wkoll fl-istess Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt.

Fost l-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tal-medjazzjoni wieħed jista’ jsib:

  • L-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Medjazzjoni (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrszágos Mediációs Egyesület); u
  • Id-Dipartiment ta’ Medjazzjoni u Koordinazzjoni Legali tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Budapest (Budapesti Kereskedelmi és Iparkamara Mediációs és Jogi Koordinációs Osztálya).

F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

L-Att LV tal-2002 dwar il-medjazzjoni jkopri l-litigazzjoni ċivili, iżda jeskludi l-medjazzjoni fi proċedimenti ta’ libell, il-proċedimenti amministrattivi, il-proċedimenti ta’ kurazija, il-proċedimenti dwar it-tmiem tar-responsabbiltà tal-ġenitur, il-proċedimenti ta’ infurzar, il-proċedimenti li jistabbilixxu l-paternità jew l-antenati, u l-appelli kostituzzjonali.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

L-użu tal-medjazzjoni huwa volontarju, imma l-medjazzjoni għandha ċerti vantaġġi b’relazzjoni għall-Att dwar id-Dmirijiet (az illetékekről szóló törvény) u l-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (polgári perrendtartás).

Jekk il-partijiet jipparteċipaw fil-medjazzjoni wara l-ewwel seduta u l-ftehim li jintlaħaq jiġi rratifikat mill-imħallef li jippresjedi, jitħallsu biss nofs id-drittijiet applikabbli. Minn dan l-ammont diġà mnaqqas jista’ anki jitnaqqas id-dritt li għandu jingħata lill-medjatur flimkien mal-VAT (HÉA)  (imma mhux iktar minn HUF 50,000). L-unika restrizzjoni hija li l-ammont finali tad-dritt ma jistax ikun inqas minn 30% tal-ammont oriġinali. It-tnaqqis ma japplikax jekk f’każijiet partikolari l-liġi ma tippermettix l-użu tal-medjazzjoni.

Jekk il-partijiet jipparteċipaw fil-medjazzjoni qabel il-proċedimenti ċivili, id-dritt ta' ħlas lill-medjatur + VAT titnaqqas mill-ammont tad-dazju tal-qorti li għandu jitħallas, iżda b’mhux aktar minn HUF 50 000, sakemm id-dazju tal-qorti mħallsa ma tkunx inqas minn 50% tal-ammont oriġinali. It-tnaqqis ma japplikax jekk il-medjazzjoni ma tkunx permessa mil-liġi fil-każ partikolari jew jekk il-partijiet jidhru quddiem il-qorti minkejja s-soluzzjoni li jkunu waslu għaliha permezz tal-medjazzjoni (għajr biex isseħħ is-soluzzjoni jekk ma jkunx hemm konformità volontarja).

M’hemm l-ebda kodiċi nazzjonali ta’ kondotta għall-medjaturi, imma l-maġġoranza tal-assoċjazzjonijiet ta’ medjazzjoni jsegwu l-Kodiċi Ewropew ta’ Kondotta għall-Medjaturi (közvetítők európai magatartási kódexe).

Hemm kodiċi ta’ kondotta speċifiku għat-tilwim li jaqa’ taħt il-liġi tal-impjiegi, li kien ippreparat mis-Servizz tal-Konċiljazzjoni u tal-Medjazzjoni f’Każijiet ta’ Impjiegi (Munkaügyi Közvetítői és Döntőbírói Szolgálat).

Xi qrati jagħmlu l-medjazzjoni disponibbli lill-partijiet bla ħlas għall-proċedimenti li jkunu għaddejjin. Regoli dettaljati u lista ta’ qrati huma disponibbli fil-websajt ċentrali tal-qrati Ungeriżi. (http://birosag.hu/engine.aspx?page=Birosag_showcontent&content=Birosagi_kozvetites)

Informazzjoni u taħriġ

M’hemm l-ebda sit elettroniku ta’ informazzjoni speċifiku dwar il-medjazzjoni disponibbli bl-Ingliż u lanqas m’hemm entità ta’ taħriġ nazzjonali għall-medjaturi.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt dwar il-mejdazzjoni hija disponibbli biss bl-Ungeriż.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni ssir bi ħlas; il-ħlas jiġi miftiehem bejn il-medjatur u l-partijiet.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Skont id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE, ir-rikorrenti jistgħu jitolbu li l-kontenut tal-ftehim bil-miktub konkluż bħala riżultat tal-medjazzjoni jkun infurzat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-qrati jew awtoritajiet oħra responsabbli għall-immaniġġjar ta’ dawn it-talbiet.

Il-partijiet jistgħu jitolbu li l-kontenut tal-ftehim li jkunu waslu għalih permezz tal-medjazzjoni jiġi ddikjarat bħala kontenut li jista’ jiġi infurzat. Huma jistgħu jitolbu lill-qorti jew lil nutar pubbliku biex jinkorporaw il-ftehim f’soluzzjoni li tkun approvata mill-qorti jew f’dokument awtentiku, li jista’ jiġi infurzat wara.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tar-Reġistru tal-Medjaturi Ungeriżi (A magyar közvetítők adatbázisának honlapja)

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Malta

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma ssolvix it-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lill-partijiet jilħqu ftehim. Kemm il-gvern kif ukoll il-professjonisti legali f’Malta huma tabilħaqq konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

L-entità governattiva li hija responsabbli għall-medjazzjoni f’Malta hija ċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta, li kien stabbilit taħt il-Kapitolu 474 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Medjazzjoni tal-2004. Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta jipprovdi forum fejn il-partijiet għal tilwima jmorru, jew jintbagħtu, sabiex isibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom bl-assistenza ta’ medjatur.

Tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru permezz tar-Reġistratur taċ-Ċentru Malti tal-Medjazzjoni 158, Triq il-Merkanti, Valletta VLT 1176.

Tista’ anki ċċempel fuq +35623279220 jew tuża l-posta elettronika (email): info@mediation.mt

Iċ-Ċentru jipprovdi lill-partijiet b’lista ta’ medjaturi debitament akkreditati minnu, u jitlobhom jagħżlu medjatur mil-lista li jkun aċċettabbli għalihom ilkoll.  Jekk il-partijiet ma jaqblux dwar l-għazla ta' medjatur aċċettabbli għaz-zewġ partijiet, iċ-Ċentru għandu jaħtar bħala medjatur il-persuna li isimha jkun imiss fuq il-lista ta' medjaturi approvati.

F'liema qasam hija l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

Il-medjazzjoni hija ammissibbli f’tilwim li jinvolvi kwistjonijiet ċivili, familjari, soċjali, kummerċjali u industrijali.  Ta min jinnota li l-medjazzjoni tal-familja tirreferi għal ċerti tilwimiet familjari bħal, per ezempju, tilwim dwar il-wirt jew tilwim li jinqala' minn negozji tal-familja.  Ma tinkludix separazzjoni jew divorzju li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) u li huma regolati minn leġislazzjoni speċifika.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

Il-medjazzjoni hija proċess volontarju. Il-partiiet għal kwalunkwe proċediment jistgħu, però, jitolbu flimkien lill-Qorti biex tissospendi l-proċedimenti filwaqt li jipprovaw isolvu t-tilwima ta’ bejniethom permezz tal-medjazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti, fuq inizjattiva tagħha stess, tista’ tissospendi l-proċedimenti sakemm idum il-proċess ta’ medjazzjoni u tordna lill-partijiet biex jipprovaw isibu soluzzjoni għat-tilwima permezz tal-medjazzjoni. Għandu jiġi nnotat, però, li l-medjazzjoni fil-kawżi familjari hija obbligatorja, prinċipalment fil-kawżi li għandhom x’jaqsmu mas-separazzjoni personali, mal-aċċess għat-tfal, mal-kura u mal-kustodja tat-tfal u mal-manteniment għat-tfal u/jew għall-konjuġi.

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta għandu Kodiċi ta’ Kondotta, li l-medjaturi jkunu meħtieġa jimxu miegħu matul il-proċedimenti ta’ medjazzjoni.

Il-Kodiċi jinkludi miżuri inerenti ta’ konformità. Per eżempju, jipprovdi biex il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru jkollu s-setgħa li jieħu azzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ kwalunkwe medjatur li l-kondotta tiegħu ma tkunx konformi ma’, jew tonqos milli tissodisfa l-kondotta meħtieġa mill-prinċipji tal-Kodiċi, u kwalunkwe medjatur li jinstab li kiser kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi jew li ġab ruħu b’mod mhux xieraq, jitneħħielu ismu mil-lista tal-medjaturi għal perjodu li l-Bord jikkunsidra li huwa xieraq.

Informazzjoni u taħriġ

Skont il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Medjaturi, il-medjaturi għandhom isegwu u jipparteċipaw b'mod attiv f'opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ li jippromwovu l-profiċjenza fil-ħiliet ta' medjazzjoni peress li dawn jistgħu jirrizultaw minn zmien għal zmien.  Minn żmien għal żmien, iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta jorganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-medjaturi. L-ewwel wieħed minn dawn il-korsijiet, dwar il-ħiliet tal-medjazzjoni, sar f’Lulju 2008. Kors ieħor, li kien maħsub biex jipprovdi taħriġ fil-ħiliet tal-medjazzjoni u li kien iffokat fuq l-aspetti psikoloġiċi, soċjali u legali tas-separazzjoni, sar mis-16 sat-18 ta’ April 2009.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

It-tariffa tad-drittijiet hija regolata mir-regolamenti 2 u 4 tal-Avviż Legali 309 tal-2008, kif emendat bl-Avviz Legali 365 tal-2020 (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLeġislazzjoni Sussidjarja 474.01)

Fil-medjazzjoni relatata mal-qorti tal-familja, il-partijiet jistgħu, bil-kunsens tagħhom it-tnejn, jagħżlu medjatur huma mill-lista ta’ persuni maħtura għal dan l-iskop mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja u jbatu huma l-ispiża ta’ dan, jew inkella jiġi assenjat lilhom mill-Qorti medjatur, fuq bażi ta’ rotazzjoni, minn lista ta’ persuni maħtura mill-istess Ministru bħala persuni li jistgħu jagħmluha ta’ medjaturi maħtura mill-qorti u f’dan il-kas id-drittijiet dovuti lill-medjaturi jitħallsu mir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Skont id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE, għandu jkun possibbli li jintalab li l-kontenut ta’ ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jkun eżegwibbli. L-Att dwar il-Medjazzjoni tal-2004 ta' Malta kien emendat bl-Att IX tal-2010 prinċipalment għall- iskopijiet tat-traspozizzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jirregolaw it-tilwim transkonfinali ġew estizi biex japplikaw ukoll għal kazijiet domestiċi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tal-Medjazzjoni għal Malta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Medjazzjoni tal-2004 ta' Malta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE

L-aħħar aġġornament: 25/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Olanda

Fil-medjazzjoni, il-partijiet isolvu t-tilwima tagħhom flimkien, bil-gwida ta’ medjatur indipendenti. Dan it-tip ta’ soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim għandha ħafna vantaġġi. F'ħafna każijiet, il-medjazzjoni hija meħtieġa għal żmien qasir biss, u b’hekk ikun possibbli li jiġu evitati kawżi twal u għaljin fil-qorti. Il-medjazzjoni tgħin ukoll biex tinżamm ir-relazzjoni bejn il-partijiet, billi jaħdmu flimkien biex isibu soluzzjoni.

Lil min għandi nikkuntattja?

Hemm diversi reġistri ta’ medjaturi fin-Netherlands. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFederazzjoni tal-Medjaturi Netherlandiżi (Mediatorsfederatie Nederland, MfN) tamministra r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Medjaturi (li qabel kien magħruf bħala r-Reġistru NMI). L-MfN hija l-federazzjoni li tirrappreżenta l-akbar assoċjazzjonijiet tal-medjaturi fin-Netherlands. Ir-reġistru tagħha fih biss medjaturi li jissodisfaw standards ta’ kwalità kkunsidrati bir-reqqa. Il-gvern Netherlandiż juża l-istandards tal-MfN bħala l-bażi għar-reġistru tal-medjaturi li jaħdmu taħt is-sistema tal-għajnuna legali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand)). Hemm ukoll ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Internazzjonali tal-ADR.

L-indirizz tal-Federazzjoni tal-Medjaturi Netherlandiżi:
Westblaak 140
3012 KM Rotterdam

Indirizz postali:
PO Box 21499
3001 AL Rotterdam

Numru tat-telefown: 010 - 201 23 44
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mediatorsfederatienl.nl

F’liema qasam huwa ammissibbli u/jew l-aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hija dejjem permessa u tintuża l-aktar ta’ spiss f'kawżi ċivili u f’kawżi tad-dritt pubbliku. Il-medjazzjoni f’każijiet kriminali ilha possibbli għal numru ta’ snin.

Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

L-użu tal-medjazzjoni huwa għalkollox volontarju. Il-liġi ma teħtieġx lill-partijiet parteċipanti jiffirmaw ftehim ta’ medjazzjoni, li huwa ftehim bi klawżoli dwar kwistjonijiet bħall-kunfidenzjalità u r-rappreżentanza tal-partijiet. Madankollu, skont ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-2017 tal-MfN dwar il-Medjazzjoni (Mediationreglement 2017), il-partijiet li jużaw is-servizzi ta’ medjatur tal-MfN iridu jiffirmaw ftehim ta’ medjazzjoni.

Il-medjaturi tal-MfN iridu jirrispettaw il-kodiċi ta’ kondotta tal-MfN u jikkonformaw mar-Regolament dwar il-Medjazzjoni tiegħu. Kull min ikollu lment dwar ix-xogħol ta’ xi medjatur jista’ jippreżentah quddiem il-Fondazzjoni għall-Kwalità tal-Medjaturi (Stichting Kwaliteit Mediators, SKM).

Informazzjoni u taħriġ

Biex ikunu elenkati fir-Reġistru tal-Medjaturi, il-medjaturi jridu jagħmlu kors ta’ taħriġ bażiku rikonoxxut fil-medjazzjoni, jgħaddu minn eżami tat-teorija u valutazzjoni u jipprovdu ċertifikat ta’ kondotta tajba (Verklaring Omtrent het Gedrag, VOG).

Iridu wkoll iżommu l-għarfien tagħhom aġġornat billi jissodisfaw ċerti rekwiżiti kull perjodu ta’ tliet snin. B’mod aktar speċifiku, iridu jittrattaw mill-inqas disa’ każijiet ta’ medjazzjoni, b’total ta’ mill-inqas 36 siegħa ta’ kuntatt, kull perjodu ta’ tliet snin, u jispiċċaw mill-inqas żewġ każijiet ta’ medjazzjoni, b’total ta’ mill-inqas 8 sigħat ta’ kuntatt, kull sena. Mid-disa’ każijiet ta’ medjazzjoni li jridu jittrattaw f'kull perjodu ta’ tliet snin, mill-inqas tlieta jridu jispiċċaw bi ftehim bil-miktub u mhux aktar minn tlieta jistgħu jkunu medjati ma’ medjaturi oħra. Barra minn dan, il-medjaturi jridu jakkumulaw punteġġ ta’ 48 punt PE (taħriġ għall-iżvilupp professjonali) f’kull perjodu ta’ tliet snin. Uħud minn dawn il-punti jridu jinkisbu permezz tal-parteċipazzjoni f’eżerċizzji ta’ diskussjoni bejn il-pari. Il-medjaturi jridu jieħdu sehem ukoll f’valutazzjoni bejn il-pari kull tliet snin. Valutazzjoni bejn il-pari hija miżura ta’ kwalità u tinvolvi par indipendenti u imparzjali li jivvaluta jekk is-servizzi ta’ medjatur humiex tajbin biżżejjed sal-istandard medju li jista’ jkun mistenni minn professjonist. Fi kliem ieħor, il-medjaturi elenkati fir-Reġistru Netherlandiż tal-Medjaturi huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ kwalità stretti.

X'inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?

Medjaturi differenti jistgħu jitolbu rati differenti fis-siegħa. Ir-rati tal-medjaturi huma influwenzati minn fatturi bħall-esperjenza tagħhom, l-isfond professjonali u l-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni. Għalhekk huwa għaqli li tistaqsi lill-medjaturi, qabel ma tibda l-medjazzjoni, x'inhi r-rata fis-siegħa tagħhom u liema spejjeż addizzjonali jistgħu jkunu involuti. Il-medjaturi jridu dejjem jispeċifikaw l-ispejjeż tagħhom. L-ispiża tal-medjazzjoni tiddependi wkoll fuq it-tul tal-proċess tal-medjazzjoni u n-numru ta’ drabi li l-medjatur jiġi kkonsultat. Bħala medja, medjatur jiswa EUR 150 fis-siegħa (eskluża l-VAT).

Jekk ma tiflaħx tħallas għal medjatur, tista’ tkun eliġibbli għall-għajnuna legali jekk tissodisfa ċerti kriterji. Jekk int intitolat għall-għajnuna legali, inti tħallas biss kontribuzzjoni għall-ispiża skont verifika tal-mezzi tiegħek.

Ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk għal aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-medjazzjoni.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni?

Il-liġi tippermetti li dawk involuti f’tilwima jirrikjedu li ftehim bil-miktub li joħroġ minn medjazzjoni jsir eżegwibbli.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Federazzjoni tal-Medjaturi Netherlandiżi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-ispejjeż tal-medjazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-2017 tal-MfN dwar il-Medjazzjoni

L-aħħar aġġornament: 14/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Awstrija

Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija proċedura ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jaslu għal ftehim.

Lil min nista’ nikkuntattja?

Il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta’ medjaturi reġistrati. Il-medjaturi kollha inklużi fil-lista jkunu segwew taħriġ speċifiku.

Ma hemmx awtorità ċentrali responsabbli għas-servizzi ta’ medjazzjoni.

Jeżistu assoċjazzjonijiet professjonali, u oħrajn mhux professjonali, li joffru servizzi ta’ medjazzjoni u xi organizzazzjonijiet mhux governattivi li joffru appoġġ lill-medjaturi.

Meta għandi nirrikorri għand medjatur?

F’kawżi ċivili, il-medjazzjoni tista’ tintuża biex jiġi solvut tilwim li fih normalment jieħdu deċiżjoni l-qrati ordinarji. Il-partijiet f’tilwima jistgħu jagħżlu l-medjazzjoni volontarjament biex isibu soluzzjoni huma stess għat-tilwima.

F’ċertu tilwim bejn il-ġirien, qabel ma każ jitressaq quddiem il-qorti jrid isir tentattiv li dan jissolva barra mill-qorti. Dan jista’ jsir billi l-kwistjoni tiġi rrinvijata lil bord ta’ konċiljazzjoni, billi tinstab soluzzjoni qabel il-proċess permezz tal-qorti distrettwali (proċedura magħrufa bħala “prätorischer Vergleich”) jew permezz tal-medjazzjoni.

Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

Ma jeżistux regoli speċifiċi għall-medjaturi u ma jeżistix kodiċi ta’ kondotta. Ċerti drittijiet u obbligi japplikaw biss għall-medjaturi inklużi fil-lista reġistrata.

Il-medjaturi ma jiġux irreġistrati bħala speċjalisti f’qasam partikolari, bħal pereżempju f’tilwim tal-familja, mediku jew dwar il-kostruzzjoni, iżda d-dettalji dwar l-oqsma li fihom medjatur reġistrat ikun jaħdem jistgħu jiddaħħlu separatament.

Kull persuna li tkun lestiet it-taħriġ speċifiku u li tissodisfa r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarekwiżiti tista’ tiġi elenkata bħala medjatur reġistrat. “Medjatur” ma huwiex titolu professjonali protett; madankollu, it-titolu “medjatur reġistrat” ma jistax jintuża minn persuni mhux awtorizzati.

Informazzjoni u taħriġ

Tista’ ssib informazzjoni addizzjonali, inklużi d-dettalji dwar it-taħriġ u r-rekwiżiti biex tiġi rreġistrat bħala medjatur fl-Awstrija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. L-informazzjoni hija disponibbli bil-Ġermaniż biss.

Kemm tiswa l-medjazzjoni?

Ġeneralment il-medjazzjoni ma hijiex mingħajr ħlas.

It-tariffi tal-medjazzjoni jiġu miftiehma bejn il-medjatur privat u l-partijiet fit-tilwima.

Ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni jista’ jsir eżekutorju?

Skont id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE l-partijiet f’tilwima għandhom jingħataw l-opportunità li jippreżentaw talba, biex il-kontenut ta’ ftehim bil-miktub wara l-medjazzjoni jkun jista’ jsir eżekutorju. Huwa kompitu tal-Istati Membri li jindikaw għand liema qorti jew awtorità oħra għandhom jintbagħtu dawn it-talbiet.

Fl-Awstrija, il-kontenut ta’ ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni huwa eżekutorju biss jekk il-ftehim jieħu forma ta’ soluzzjoni (Vergleich) quddiem il-qorti jew att notarili quddiem nutar.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Polonja

Ta' min jipprova jsib soluzzjoni alternattiva għat-tilwim permezz tal-medjazzjoni minflok rikors il-qorti. Il-medjazzjoni hija metodu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) fejn il-medjatur jgħin lill-partijiet biex jaslu għal ftehim. Kemm il-gvern u kemm il-professjonijiet ġuridiċi fil-Polonja huma konxji tal-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min nista' nikkuntattja?

Fl-2010 nħolqot sezzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja biex tieħu ħsieb il-medjazzjoni, li attwalment topera fit-Taqsima għall-Vittmi tad-Delitti u l-Promozzjoni tal-Medjazzjoni (Wydział ds. Pokrzywdzonych Przestępstwem i ds. Promocji Mediacji) fi ħdan id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem. Informazzjoni dwar l-isfond tal-attivitajiet tal-medjazzjoni tista' tinkiseb fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerstwo Sprawiedliwości).

Riċentament, il-Ministeru tal-Ġustizzja ta attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp u l-promozzjoni tal-medjazzjoni u metodi oħra ta' soluzzjoni alternattiva fil-Polonja u ż-żieda fl-effikaċja tas-sistema ġudizzjarja u l-aċċessibbiltà tagħha għaċ-ċittadini.

Fl-2010 nħatar netwerk ta' koordinaturi tal-medjazzjoni fuq inizjattiva tal-Ministeru.
Bħalissa hemm 120 koordinatur (imħallfin, uffiċjali tal-probation u medjaturi), fi tmien qrati tal-appell, fil-qrati reġjonali kollha u f'sitt qrati tad-distrett.

Fir-rigward ta' pariri u opinjonijiet, il-Ministru tal-Ġustizzja jaħdem mal-Kunsill Soċjali dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim u l-Kunflitti (Społeczną Radą ds. Alternatywnych Metod Rozwiązywania Konfliktów i Sporów) ('il-Kunsill ADR' - email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaadr_rada@ms.gov.pl), li għandu rwol importanti fil-promozzjoni tal-idea tal-medjazzjoni u l-komunikazzjoni bejn il-gvern ċentrali, is-sistema ġudizzjarja u l-medjaturi għal kwistjonijiet ambjentali.

Il-Kunsill ġie maħtur l-ewwel darba permezz ta' Ordni tal-Ministru tal-1 ta' Awwissu 2005 bħala korp li jagħti pariri lill-Ministru fuq kwistjonijiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u l-kunflitt b'mod ġenerali. Il-kisbiet tal-ewwel perjodu tal-Kunsill kienu jinkludu d-dokumenti li ġejjin:

Il-Kunsill ADR ġie maħtur għat-tieni perjodu tiegħu b'Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja tat-3 ta' April 2009 (emendat mill-Ordni tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2011). L-aktar dokument importanti ippreparat mill-Kunsill dak iż-żmien huwa Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-introduzzjoni ta' tibdil fis-sistema (Założenia do zmian systemowych) (Marzu 2012).

Il-Kunsill huwa ffurmat minn 23 rappreżentant mill-qasam tax-xjenza u professjonisti tal-medjazzjoni, kif ukoll rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet nongovernattivi, istituzzjonijiet akkademiċi u d-dipartimenti tal-gvern li ġejjin.

Is-setgħat tal-Kunsill jikkonsistu l-aktar fit-tfassil ta' rakkmandazzjonijiet għar-regoli dwar it-tħaddim tas-sistema nazzjonali tal-ADR, kif ukoll:

  • l-adattament tas-sistema ADR għall-ħtiġijiet tad-dritt tal-UE,
  • l-iżvilupp ta' mudell uniformi tal-medjazzjoni fis-sistema ġudizzjarja Pollakka,
  • il-promozzjoni ta' standards għall-proċedimenti ta' medjazzjoni,
  • il-promozzjoni tal-mekkaniżmi tal-ADR bħala metodu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fost il-membri tal-ġudikatura u l-istaff ġudizzjarju, is-servizzi ta' infurzar tal-liġi u l-pubbliku,
  • il-ħolqien ta' ambjent istituzzjonali fejn jistgħu jiżviluppaw ċertu metodi ta' ADR,
  • l-ingaġġ ta' aktar proġetti ad hoc biex tiġi żvluppata l-medjazzjoni fil-Polonja.

Hemm ukoll numru kbir ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi u kumpaniji li għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-medjazzjoni u d-determinazzjoni tal-istandards interni tagħha. Dawn l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu l-istandards tagħhom stess fir-rigward tat-taħriġ, ir-rekwiżiti għall-kandidati li jixtiequ jsiru medjaturi, il-metodi ta' medjazzjoni, l-istandards etiċi u l-prassi professjonali tajba. Dawn ir-regoli huma ta' natura interna u huma indirrizati biss lill-medjaturi li huma membri ta' dawk l-organizzazzjonijiet.

L- ikbar assoċjazzjonijiet jinkludu:

Barra minn hekk, il-korpi professjonali imexxu attivitajiet istituzzjonali għall-promozzjoni tal-medjazzjoni. Dawn jinkludu:

L-organizzazzjonijiet nongovernattivi, fi ħdan l-iskop tad-dmirijiet statutorji tagħhom, u l-universitajiet jista' jkollhom lista ta' medjaturi permanenti (stały mediator). Il-Presidenti tal-qrati tad-distrett jipprovdu informazzjoni dwar il-listi u ċ-ċentri. Il-Presidenti tal-qrati tad-distrett jipprovdu wkoll listi ta' medjaturi għall-kawżi kriminali u l-każijiet li jinvolvu l-minorenni.

Fl-liema oqsma hija possibbli u/jew tintuża l-aktar il-medjazzjoni?

It-tilwim jista' jiġi solvut bil-medjazzjoni f'numru ta' oqsma. Skont id-dritt Pollakk, il-medjazzjoni tista' tintuża fil-materji li ġejjin:

  • id-dritt ċivili
  • il-kummerċ
  • id-dritt dwar ix-xogħol
  • id-dritt tal-familja
  • il-minorenni
  • id-dritt kriminali
  • il-qasam ġudizzjarju-amministrattiv

Informazzjoni aktar dettaljata tista' tinkiseb mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagwidi u fuljetti ppreparati u mqassma mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-medjazzjoni llum tintuża l-aktar fl-oqsma ċivili u kriminali. Fl-2011-2012, l-oqsma tal-familja u l-kummerċ raw l-akbar żieda fl-użu tal-medjazzjoni.

Iridu jiġu segwiti xi regoli speċifiċi?

Il-medjazzjoni hija mezz volontarju ta' kif jiġi solvuti t-tilwim u l-kunflitti u titmexxa fuq il-bażi ta':

  • Ftehim ta' medjazzjoni ( medjazzjoni ekstraġudizzjarja)
  • Deċiżjoni tal-qorti biex kawża tmur għall-medjazzjoni (medjazzjoni ordnata mill-qorti).

Jekk il-partijiet ma jagħżlux medjatur, il-qorti għandha s-setgħa li taħtar medjatur biex jieħu sehem fil-proċedimenti minn lista ta' persuni bi kwalifiki xierqa. Fil-kwistjonijiet kriminali u l-każi li jinvolvu l-minorenni il-qorti taħtar il-medjatur.

Il-medjazzjoni hija rregolata, fost affarijiet oħra, mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u Kriminali, il-Liġi tal-Proċedura f'Każijiet li Jinvolvu l-Minorenni u l-Liġi dwar l-Ispejjeż fil-Kawżi Ċivili. Ġew promulgati wkoll strumenti ta' leġiżlazzjoni sussidjarja li jirregolaw fid-dettal il-proċedura ta' medjazzjoni fir-rigward ta' każijiet speċifiċi.

Fir-rigward tal-minorenni ir-regolament jirregola:

  • il-kundizzjonijiet għall-istituzzjonijiet u l-persuni awtorizzati biex imexxu proċedimenti ta' medjazzjoni,
  • ir-reġistrazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-persuni awtorizzati biex imexxu proċedimenti ta' medjazzjoni,
  • it-taħriġ tal-medjaturi,
  • l-iskop u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-medjaturi għall-fajl tal-każ,
  • l-għamla u l-iskop tar-rapport dwar il-progress u l-eżitu tal-proċedimenti ta' medjazzjoni.

Ir-regolament dwar kwistjonijiet kriminali jistabbilixxi:

Il-kundizzjonijiet għall-istituzzjonijiet u l-persuni awtorizzati biex imexxu proċedimenti ta' medjazzjoni.

  • Il-ħatra u t-tneħħija tal-istituzzjonijiet u l-persuni awtorizzati biex imexxu proċedimenti ta' medjazzjoni.
  • L-iskop u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-fajl tal-każ tal-istituzzjonijiet u l-persuni awtorizzati biex imexxu l-proċedimenti ta' medjazzjoni .
  • Il-metodu u l-proċedura li jridu jiġu segwiti fil-proċedimenti ta' medjazzjoni.

Fil- kawżi tal-familja jridu jiġu sodisfatti aktar rekwiżiti mill-medjaturi fir-rigward tal-edukazzjoni u l-esperjenza tagħhom (psikoloġija, taħriġ għall-għalliema, soċjoloġija jew liġi, u ħiliet prattiċi fit-tmexxija tal-medjazzjoni fil-kawżi tal-familja).

Regolament ta' implimentazzjoni jistabbilixxi l-ammont ta' ħlas u spejjeż soġġetti għal rifużjoni għall-medjaturi fi proċedimenti ċivili (ara aktar 'l isfel - X'inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?)

Informazzjoni u taħriġ

Informazzjoni bażika dwar il-medjazzjoni fil-Polonja tista' tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja, inkluż, fost affarijiet oħra: siltiet mill-istrumenti dwar il-medjazzjoni, strumenti ġuridiċi dwar il-medjazzjoni internazzjonali u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadokumenti u rakkomandazzjonijiet ippreparati mill-Kunsill ADR , kif ukoll verżjonijiet elettroniċi tal-kartelluni li jiġu ppubblikati biex jippromwovu l-idea tal-medjazzjoni. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTiġi ppubblikata wkoll informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet li jippromwovu l-medjazzjoni u l-attivitajiet fuq livell reġjonali u nazzjonali b'rabta mal-Jum Internazzjonali dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim. Is-sit elettroniku jiġbor ukoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-informazzjoni, it-traduzzjonijiet tal-istrumenti ġuridiċi u l-eżempji ta' prassi tajba minn pajjiżi oħra..

Il-medjazzjoni hija koperta fit-taħriġ ġuridiku ġenerali u fit-taħriġ tal-prosekuturi u l-imħallfin, u inkluża wkoll fil-programmi ta' taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuturi Pubbliċi (Krajowa Szkola Sądownictwa i Prokuratury).

It-taħriġ għall-koordinaturi tal-medjazzjoni mitlub mill-Ministeru tal-Ġustizzja bi preparazzjoni għall-irwol ta' koordinatur tal-medjazzjoni ngħata fl-oqsma li ġejjin: il-komunikazzjoni, l-immaniġġjar ta' tim u l-ħidma mal-medjaturi.

Il-medjaturi nfushom jagħżlu minn fost il-korsijiet offruti miċ-ċentri tal-medjazzjoni, l-universitajiet u entitajiet oħra.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu statistika dwar il-medjazzjoni, li tinkludi:

  • in-numru ta' riferti għall-medjazzjoni mill-qorti,
  • in-numru ta' ftehimiet miksuba,
  • il-kundizzjonijiet għall-ftehim (għall-medjazzjoni f'kawżi kriminali u l-kawżi li jinvolvu l-minorenni),
  • in-numru ta' proċedimenti ta' medjazzjoni barra l-qorti (għall-medjazzjoni ċivili).

B'rabta mal-attivitajiet ibbażati fuq proġetti, fl-2010-2011 ġew imqassma gwidi u fuljetti b'informazzjoni dwar it-tipi ta' medjazzjoni differenti u l-użu tagħhom fil-prattika fil-qrati, fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija fil-provinċji u fiċ-ċentri tal-medjazzjoni. Saret ukoll kampanja fuq it-televiżjoni, ir-radju u t-tabelli kbar fit-toroq biex tinforma lill-pubbliku ġenerali dwar il-medjazzjoni. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jaġġorna ta' sikwit u jqassam fuljetti u noti annessi mad-dokumenti tal-proċedura u l-kartelluni, li huma disponibbli wkoll mingħajr ħlas fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru.

Il-Polonja ċċelebrat għall-ħames sena konsekuttiva l-Jum Internazzjonali Għas-Soluzzjoni tat-Tilwim, u l-Ministru tal-Ġustizzja qiegħed jorganizza konferenza nazzjonali fuq dan is-suġġett. Barra minn hekk, ser jinżammu għadd kbir ta' konferenzi, avvenimenti, seminars u taħditiet fuq skala iżgħar f'ħafna bliet fuq livell lokali u reġjonali għall-okkażjoni.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija mqassma mingħajr ħlas mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Riċerka turi illi l-medjazzjoni hija aktar kosteffiċjenti minn proċedimenti l-qorti.

Fi kwistjonijiet kriminali u l-każijiet li jinvolvu l-minorenni l-partijiet ma jħallsux l-ispejjeż tal-medjazzjoni – dawn jiġu koperti mir-riżorsi tat-Teżor. F'każijiet oħra, bħala regola ġenerali il-ħlas huwa soġġett għal ftehim bejn il-medjatur u l-partijiet. Il-medjatur madanakollu jista' jaqbel li jmexxi l-medjazzjoni mingħajr ħlas.

F'kawżi ċivili, l-ispejjeż jitħallsu mill-partijiet. Il-partijiet normalment iħallsu nofs l-ispejjeż kull wieħed, sakemm ma jiftehmux mod ieħor. Dwar il-proċedimenti ta' medjazzjoni ordnata permezz ta' deċiżjoni tal-qorti, l-ammont tal-ħlas tal-medjatur f'tilwim li m'għandux x'jaqsam mal-propjetà huwa ta' PLN 60 (madwar EUR 15) għall-ewwel seduta tal-medjazzjoni u PLN 25 (madwar EUR 6) għall kull seduta ta' wara. Jekk il-proċedimenti jkunu dwar il-propjetà, il-ħlas tal-medjatur huwa 1% tal-valur tal-oġġett tat-tilwima (mhux inqas minn PLN 30) (madwar EUR 7.5) u mhux aktar minn PLN 1 000 (madwar EUR 250). Il-medjatur huwa intitolat ukoll għal rifużjoni tal-ispejjeż (li tkopri, pereżempju, il-posta u l-ispejjeż tat-telefon u l-kiri tal-kamra). Il-VAT hija inkluża wkoll fl-ispejjeż.

Jekk jintlaħaq ftehim riżultat tal-medjazzjoni, 75% tat-tariffi tal-qorti jiġu rifużi lil dik il-parti li ressqet it-tilwima quddiem il-qorti. Fil-kawżi ta' separazzjoni u divorzju, jiġu rifużi t-tariffi kollha.

Fil-każ ta' medjazzjoni barra l-qorti, il-ħlas tal-medjatur u r-rifużjoni tal-ispejjeż tal-partijiet jiġu stabbiliti miċ-ċentru tal-medjazzjoni jew isir ftehim fuqhom mill-partijiet mal-medjatur qabel tibda l-medjazzjoni. Il-partijiet ma jistgħux jiġu eżentati mill-ħlas tal-ispejjeż tal-medjatur anke jekk ikunu eżenti mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti. Il-medjatur fiż-żewġ tipi ta' medjazzjoni (bil-qorti u barra l-qorti) jista' jiddeċiedi li ma jitħallasx.

Il-ftehim milħuq bil-medjazzjoni jista' jiġi infurzat?

F'kawżi ċivili, il-ftehim milħuq mill-partijiet huwa anness mal-minuti. Il-medjatur jinforma lill-partijiet illi bl-iffirmar tal-ftehim huma jaqblu li l-ftehim jiġi ppreżentat lill-qorti għall-approvazzjoni. Il-medjatur jippreżenta l-minuti tal-ftehim lill-qorti u jibgħat kopja tal-minuti lill-partijiet. Fil-pront il-qorti tibda proċedimenti biex tilqa' jew toħroġ dikjarazzjoni ta' infurzar tal-ftehim tal-medjazzjoni. Il-qorti tista' tiċħad li tapprova l-ftehim jew tiddikjarah eżegwibbli, kollu kemm hu jew parti minnu, jekk il-ftehim jikser il-liġi, huwa kontra l-morali, huwa intiż biex jikser il-liġi, mhuwiex ċar jew fih kontradizzjonijiet kontra l-interessi leġittimi tal-impjegat. Ftehim tal-medjazzjoni li ġie approvat mill-qorti u ddikjarat eżegwibbli huwa validu bil-liġi daqs ftehim bil-qorti u jista' jiġi infurzat.

Kawżi tal-familja koperti minn ftehim bil-medjazzjoni jinkludu r-rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin, li jistabbilixxi kundizzjonijiet għas-separazzjoni, is-setgħa tal-ġenituri, il-kuntatt mat-tfal, il-bżonnijiet tal-familja, il-manteniment u l-manteniment tat-tfal, u l-kwistjonijiet tal-propjetà u l-akkomodazzjoni. Wara s-separazzjoni tal-ġenituri jew tal-miżżewġin, jista' jintlaħaq ukoll ftehim dwar kwistjonijiet bħall-ħruġ ta' passaport, l-għażla tal-edukazzjoni tat-tfal, il-kuntatt mal-membru l-oħra tal-familja u l-ġestjoni tal-propjetà tat-tfal.

Fil-kawżi ċivili, il-bidu tal-proċedimenti tal-medjazzjoni jinterrompi l-perjodu ta' preskrizzjoni.

F' kawżi kriminali u l-kawżi li jinvolvu l-minorenni, il-ftehim milħuq fil-medjazzjoni ma jeħux post is-sentenza tal-qorti u ma jorbotx lill-qorti, madanakollu l-qorti għandha tonora l-kontenut tad-deċiżjoni fi tmiem il-proċedimenti. Il-termini tal-ftehim jistgħu jkopru li ġej: apoloġija formali, kumpens għad-danni materjali u mhux materjali, servizz obbligatorju fil-komunità, obbligi lejn il-parti li sofriet it-telf, obbligi lejn is-soċjetà eċċ.

L-aħħar aġġornament: 25/09/2014

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Portugall

Il-medjazzjoni hija wieħed mill-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) fil-Portugall, flimkien mal-arbitraġġ u l-qrati għal talbiet żgħar (julgados de paz – Kummissarji tal-Ġustizzja). Il-Liġi Nruº 29/2013 tad-19 ta’ April 2013 (il-“Liġi dwar il-Medjazzjoni”) tistabbilixxi l-qafas nazzjonali għall-medjazzjoni bħala wieħed mill-mekkaniżmi ta’ ADR. Il-liġi tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali applikabbli għall-medjazzjoni fil-Portugall – irrispettivament min-natura tat-tilwima li hija s-suġġett tal-medjazzjoni – u r-regoli legali dwar il-medjazzjoni ċivili u kummerċjali, il-medjaturi u l-medjazzjoni pubblika. Il-Liġi dwar il-Medjazzjoni tinkludi dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

  • “Medjazzjoni” hija forma ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li titwettaq minn entitajiet pubbliċi jew privati u li permezz tagħha żewġ partijiet jew iktar f’tilwima jippruvaw minn jeddhom jilħqu ftehim bejniethom bl-għajnuna ta’ medjatur;
  • “Medjatur” huwa terza persuna imparzjali u indipendenti, mingħajr ebda setgħa li timponi x’azzjoni għandha tittieħed fuq il-partijiet li jirċievu l-medjazzjoni, u li tgħinhom jaslu għal ftehim finali dwar il-kwistjoni tat-tilwima.

Natura tal-medjazzjoni u tal-ftehimiet bil-medjazzjoni

L-użu tal-medjazzjoni huwa għalkollox volontarju. Il-proċedura tal-medjazzjoni hija kunfidenzjali. Din il-kunfidenzjalità tista’ titneħħa biss għal raġunijiet ta’ politika pubblika – b’mod partikolari biex jiġu protetti l-aħjar interessi tat-tfal – jew meta l-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ persuna tkun f’riskju, jew meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi applikat jew eżegwit il-ftehim miksub permezz tal-medjazzjoni, u sal-punt biss li jkun meħtieġ fil-prattika biex jiġu protetti l-partijiet ikkonċernati. Il-kontenut tas-sessjonijiet ta’ medjazzjoni ma jistax jintuża bħala evidenza minn qorti.

Il-ftehim li jintlaħaq permezz tal-medjazzjoni jkun eżegwibbli dment li:

  1. ikun relatat ma’ tilwima li tista’ tkun soġġetta għall-medjazzjoni, u l-liġi ma tkunx tirrikjedi r-ratifika minn qorti;
  2. il-partijiet ikollhom il-kapaċità li jilħqu dan il-ftehim;
  3. ikun intlaħaq permezz ta’ medjazzjoni mwettqa skont it-termini stipulati mil-liġi;
  4. il-kontenut tiegħu ma jiksirx il-politika pubblika;
  5. kien jinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ medjatur reġistrat fil-lista ta’ medjaturi miżmuma mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Din il-lista tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Ftehim bil-medjazzjoni miksub permezz tal-medjazzjoni fi Stat Membru ieħor tal-UE li jkun konformi mal-paragrafi a) u d) ta’ hawn fuq ikun eżegwibbli jekk ikun eżegwibbli wkoll fis-sistema legali ta’ dak il-pajjiż.

Oqsma li fihom l-użu tal-medjazzjoni huwa ammissibbli u l-aktar komuni

Il-medjazzjoni hija ammissibbli f’materji ċivili, kummerċjali, kriminali, tal-familja u tal-impjieg. F’dawn it-tliet oqsma tal-aħħar, hemm sistema ta’ medjazzjoni pubblika, u kull qasam għandu r-regoli speċifiċi għalih.

Il-julgados de paz għandhom servizz tal-medjazzjoni li huwa kompetenti sabiex jagħmilha ta’ medjatur fi kwalunkwe tilwima li tista’ tkun soġġetta għall-medjazzjoni anki jekk ma tkunx taqa’ fil-ġuriżdizzjoni tal-julgados de paz.

Status tal-medjaturi

Il-Liġi dwar il-Medjazzjoni tinkludi kapitolu ddedikat li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-medjaturi (l-Artikoli 23 sa 29). Il-medjaturi jridu jaġixxu wkoll f’konformità mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Kondotta Ewropew għall-Medjaturi.

Ma hemm l-ebda korp pubbliku responsabbli għat-taħriġ tal-medjaturi; dawn jitħarrġu minn korpi privati li huma ċċertifikati mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Política de Justiça) taħt l-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 345/2013 tas-27 ta’ Novembru 2013.

Spiża tal-medjazzjoni

Kull parti involuta fil-kawża tkun meħtieġa tħallas EUR 50 biex tagħmel użu mis-servizz pubbliku tal-medjazzjoni tal-familja, ħlief fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • meta tkun ingħatat għajnuna legali;
  • meta l-kawża tkun intbagħtet għall-medjazzjoni b’deċiżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja skont l-Artikolu 24 tal-qafas legali tal-proċedura ta’ tutela ċivili (Regime Geral do Processo Tutelar Cível);
  • meta, fuq talba tal-partijiet, jew bil-kunsens tagħhom, huma jkunu ntbagħtu għall-medjazzjoni b’deċiżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja jew mill-kummissjoni għall-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ bħala parti minn proċedimenti pendenti ta’ protezzjoni tat-tfal.

L-użu tas-servizz pubbliku tal-medjazzjoni kriminali huwa mingħajr ħlas.

Kull parti involuta fil-kawża trid tħallas tariffa ta’ EUR 50, mingħajr ħsara għall-għoti ta’ għajnuna legali, biex tagħmel użu mis-servizz pubbliku ta’ medjazzjoni għall-impjiegi.

Minbarra dawn it-tariffi għall-użu ta’ servizzi pubbliċi ta’ medjazzjoni, il-medjaturi reġistrati biex jipprovdu dawk is-servizzi wkoll jitolbu tariffi; l-ammonti huma fissi iżda jiddependu fuq jekk jintlaħaqx ftehim jew le u x’miżuri jkunu ttieħdu biex intlaħaq il-ftehim.

Fil-każ ta’ medjazzjoni fil-julgados de paz, jekk jintlaħaq ftehim, kull parti jkollha tħallas EUR 25.

L-ispejjeż tal-medjazzjoni privata jiġu ddeterminati mill-medjatur magħżul mill-partijiet.

Informazzjoni utli oħra

Il-korp tal-gvern responsabbli għar-regolazzjoni tal-medjazzjoni pubblika huwa d-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (DGPJ), permezz tal-Uffiċċju għas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (Gabinete de Resolução Alternativa de Litígios – GRAL). Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja. Id-DGPJ ma jagħtix informazzjoni dwar kif wieħed isib medjatur, iżda jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalisti ta’ medjaturi fis-servizzi pubbliċi tal-medjazzjoni. Skont il-leġiżlazzjoni dwar il-medjazzjoni pubblika, ladarba tkun ittieħdet id-deċiżjoni biex tinbeda l-medjazzjoni, jintgħażel medjatur awtomatikament.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Rumanija

Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax issolvi t-tilwim permezz tal-Medjazzjoni? Din hija forma ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-ġustizzja Rumeni huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni, stabbilit bil-Liġi Nru. 192/2006 dwar il-medjazzjoni, huwa responsabbli mis-sorveljanza tal-medjazzjoni fir-Rumanija. Huwa entità legali awtonoma li jaġixxi fl-interess pubbliku u għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Bukarest.

Il-Liġi Nru. 192/2006 tipprovdi l-qafas leġiżlattiv għall-introduzzjoni tal-medjazzjoni, li fi ħdanu topera l-professjoni tal-medjazzjoni.

Il-membri tal-Kunsill tal-Medjazzjoni jiġu eletti mill-medjaturi u jkunu approvati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Rumanija.

Ir-responsabbiltajiet prinċipali tal-Kunsill tal-Medjazzjoni huma li jadotta deċiżjonijiet fl-oqsma li ġejjin:

  • Jistabbilixxi standards għat-taħriġ fil-qasam tal-medjazzjoni, fuq il-bażi tal-aħjar prattika internazzjonali u jissorvelja l-konformità magħhom min-naħa tal-professjonisti;
  • Joħroġ l-awtorizzazzjonijiet għall-medjaturi u jżomm u jaġġorna l-Lista tal-Medjaturi;
  • Japprova l-kurrikula tat-taħriġ għall-medjaturi;
  • Jadotta l-Kodiċi Etiku u Deontoloġiku għall-medjaturi awtorizzati, kif ukoll ir-regolamenti rigward ir-responsabbiltà dixxiplinari tagħhom;
  • Jadotta regolament dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Kunsill tal-Medjazzjoni;
  • Jagħtu bidu għal proposti biex tkun emendata jew korelata l-leġiżlazzjoni dwar il-medjazzjoni.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni huma:

Indirizz: Cuza Vodă Street, 64, sector 4, Bucharest

Telefon: 004 021 315 25 28; 004 021 330 25 60; 004 021 330 25 61

Faks: 004 021 330 25 28

Indirizzi tal-posta elettronika (e-mail): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasecretariat@cmediere.ro , Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaConsiliul_de_mediere@yahoo.com

Ir-Reġistru Nazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet Professjonali tal-Medjaturi

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni stabbilixxa r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Nazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet Professjonali tal-Medjaturi. Dan ir-Reġistru jelenka l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-medjazzjoni u jirrapreżentaw l-interessi professjonali tal-medjaturi.

Din li ġejja hija lista ta’ assoċjazzjonijiet professjonali attivi fis-servizzi tal-medjazzjoni:

Il-Bord tal-Medjaturi

Skont l-Artikolu 12 tal-Liġi Nru. 192/2006, il-medjaturi awtorizzati huma rreġistrati fil-“Bord tal-Medjaturi” ġestit mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Rumen, Parti I.

Tista’ ssib il-“Bord tal-Medjaturi” anki fis-sit elettroniċi uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni u tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

Il-lista ta’ medjaturi awtorizzati tinkludi informazzjoni dwar:

  • Is-sħubija tagħhom fl-assoċjazzjonijiet professjonali,
  • L-istituzzjoni minn fejn iggradwaw,
  • Il-programm ta’ taħriġ tal-medjazzjoni li segwew,
  • L-ilsna barranija li bihom jistgħu jmexxu s-servizzi ta’ medjazzjoni,
  • Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.

Il-persuni li jkunu interessati li jsolvu t-tilwima tagħhom permezz tal-medjazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lil medjatur fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-“Bord (Lista) tal-Medjaturi” fl-uffiċċji tal-qrati u fis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Kunsill tal-Medjazzjoni huwa legalment obbligat li jaġġorna b’mod regolari – mill-inqas darba fis-sena – il-Bord (Lista) tal-Medjaturi, u li jikkomunika l-aġġornamenti lill-qrati, lill-awtoritajiet tal-gvernijiet lokali u lill-Ministeru tal-Ġustizzja.

F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

L-Artikolu 2 tal-Liġi Nru. 192/2006 jippermetti li l-partijiet jagħmlu użu mill-medjazzjoni f’tilwim relatat ma’ kwistjonijiet ċivili jew penali, ma’ kwistjonijiet familjari u ma’ oqsma oħrajn tal-liġi bla ħsara għad-dispożizzjonijiet legali. It-tilwim li jikkonċerna lill-konsumaturi, u tilwim ieħor suġġett għal drittijiet li jistgħu jiġu rrinunzjati, ukoll jista’ jiġi solvut permezz tal-medjazzjoni. Madankollu, kwistjonijiet marbuta ma’ drittijiet personali u ma’ drittijiet li ma jistgħux jiġu rrinunzjati ma jistgħux ikunu suġġetti għal medjazzjoni.

Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

L-użu tal-medjazzjoni huwa volontarju. M’hemm l-ebda obbligu li l-partijiet ifittxu s-servizzi ta’ medjazzjoni, u fi kwalunkwe fażi jistgħu jagħżlu li ma jieħdux sehem fil-medjazzjoni. Fi kliem ieħor, fi kwalunkwe ħin il-partijiet huma liberi li jfittxu mezzi oħrajn biex isolvu t-tilwima tagħhom, bħal proċedimenti f’qorti jew arbitraġġ. Il-partijiet interessati jistgħu jikkuntattjaw lil medjatur qabel ma jitilgħu l-qorti, imma anki waqt il-proċedimenti tal-qorti.

Madankollu, diversi dispożizzjonijiet legali nazzjonali fil-qasam tal-medjazzjoni jobbligaw lill-imħallfin, f’ċerti każijiet, jinformaw lill-partijiet bil-possibbiltà li jagħżlu l-medjazzjoni u l-vantaġġi li huma jagħmlu dan. F’każijiet oħrajn, jiġu offruti numru ta’ inċentivi finanzjarji lill-partijiet li jagħżlu l-medjazzjoni jew proċedimenti oħrajn ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim.

Fis-17 ta’ Frar 2007, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni approva l-Kodiċi Etiku u Deontoloġiku għall-medjaturi. Il-Kodiċi jorbot lill-medjaturi kollha inklużi fil-Bord tal-Medjaturi.

Informazzjoni u taħriġ

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni huwa s-sors prinċipali ta’ informazzjoni dwar il-medjazzjoni fir-Rumanija.

It-taħriġ dwar il-medjazzjoni huwa pprovdut biss mis-settur privat, imma l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni għandu r-responsabbiltà li jagħti l-awtorizzazzjoni lill-fornituri tal-korsijiet tat-taħriġ sabiex ikun żgurat li l-korsijiet kollha joffru taħriġ tal-istess standard.

Fis-sit elettroniku uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni hija inkluża anki lista ta’ fornituri ta’ programmi ta’ taħriġ.

Il-korsijiet ta’ taħriġ isiru b’mod regolari. Bħalissa hemm programm ta’ taħriġ li jagħmilha ta’ kors inizjali ta’ taħriġ għall-medjaturi (80 siegħa). Il-programm jistabbilixxi għanijiet ta’ tagħlim, ħiliet li għandhom jiġu żviluppati sa tmiem il-programm u metodi ta’ evalwazzjoni. It-tmien (8) fornituri awtorizzati mill-Kunsill tal-Medjazzjoni huma responsabbli mill-iżvilupp ta’ materjal u ta’ eżerċizzji ta’ appoġġ skont il-qafas stabbilit mill-programm nazzjonali ta’ taħriġ.

X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni mhix mingħajr ħlas; il-livell ta’ ħlas huwa suġġett għal ftehim bejn medjatur privat u l-partijiet.

Bħalissa, l-awtoritajiet lokali jew nazzjonali ma jipprovdu l-ebda appoġġ legali jew finanzjaru sabiex ikunu pprovduti servizzi ta’ medjazzjoni.

Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE toħloq il-possibbiltà li wieħed jitlob li l-kontenut ta’ ftehim bil-miktub li jirriżulta mill-medjazzjoni jkun jista’ jiġi infurzat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw dan lill-Kummissjoni tal-qrati jew lill-awtoritajiet l-oħra li huma kompetenti biex jirċievu t-talbiet.

Ir-Rumanija għadha ma kkomunikatx din l-informazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 10/06/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Slovenja

Minflok toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ riżoluzzjoni alternattiva ta’ tilwim (ADR), li permezz tagħha il-medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima sabiex jilħqu ftehim. Il-gvern u dawk il-professjonisti li jeżerċitaw fil-qasam tal-ġustizzja fis-Slovenja huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Lil min għandek tikkuntattja?

    L-Att dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim fil-Materji Ġuridiċi (ZARSS, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 97/09 u 40/12 – ZUJF), li ġie adottat fid-19 ta’ Novembru 2009 u li daħal fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2010, jirrikjedi li l-qrati tal-prim istanza u tat-tieni istanza jadottaw u jdaħħlu fis-seħħ programm ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim biex il-partijiet ikollhom mezzi alternattivi ta' riżoluzzjoni fit-tilwim dwar materji kummerċjali, tax-xogħol u familjari u materji ta' liġi ċivili oħrajn. Skont dan il-programm il-qrati huma obbligati li jippermettu lill-partijiet jużaw il-medjazzjoni barra minn forom oħra ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim.

    Il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Amministrazzjoni Pubblika jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru ċentrali tal-medjaturi li jaħdmu fil-qrati skont il-programmi ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim.

    Diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) huma attivi fil-qasam tal-medjazzjoni::

    Kunsill għar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim jopera taħt l-awspiċji tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Amministrazzjoni Pubblika. Il-Kunsill twaqqaf f’Marzu 2009 u huwa korp ċentralizzat, indipendenti u espert tal-Ministeru, bi rwol ta' koordinazzjoni u ta' konsultazzjoni.

      F'liema qasam jista' jsir użu mill-medjazzjoni jew liema huwa l-qasam fejn l-użu tal-medjazzjoni huwa l-aktar komuni?

      Ir-rikors għall-medjazzjoni huwa ammissibbli f’materji ċivili, familjari, kummerċjali, tax-xogħol u materji oħra relatati mal-proprjetà, fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jistgħu jitwarrbu u jiġu solvuti mill-partijiet. Il-medjazzjoni hija ammissibbli wkoll f’materji oħra, sakemm ma tiġix eskluża mil-liġi.

      Il-medjazzjoni hija komuni l-aktar fi kwistjoni ċivili, tal-familja u fi kwistjonijiet kummerċjali.

      Hemm xi regoli speċifiċi li għandhom jiġu segwiti?

      Ir-rikors għall-medjazzjoni huwa volontarju. L-Att dwar il-Medjazzjoni fil-Materji Ċivili u Kummerċjali (ZMCGZ, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja Nru 56/08) jirreferi għall-medjazzjoni b’mod ġenerali, jiġifieri l-medjazzjoni relatata mal-proċeduri ġudizzjarji u l-medjazzjoni ekstraġudizzjarja. Dan jistabbilixxi biss ir-regoli bażiċi għall-proċeduri tal-medjazzjoni, li f’każijiet oħra jkunu rregolati minn mekkaniżmi awtoregolatorji. Pereżempju, huwa jistabbilixxi fejn tibda u tispiċċa l-medjazzjoni, min jaħtar il-medjatur, ir-regoli bażiċi tal-kondotta tal-medjatur, l-għamla tal-ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim, kif jista’ jiġi żgurat li din tiġi infurzata, eċċ. Il-partijiet jiddevjaw mid-dispożizzjonijiet tal-Att, barra mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-prinċipju tal-imparzjalità tal-medjatur u l-impatt tal-medjazzjoni fuq il-perjodi ta' preklużjoni u ta' limitazzjoni.

      L-Assoċjazzjoni Slovena tal-Medjaturi adottat kodiċi ta' kondotta għall-medjaturi, iżda dan japplika biss għall-membri ta' din l-Assoċjazzjoni.

      Informazzjoni u taħriġ

      Tista’ ssib l-informazzjoni rilevanti dwar il-medjazzjoni u dwar kif tikkuntattja medjatur fuq diversi websajts ta’ NGOs. Dawn jinkludu:

      It-taħriġ għall-medjaturi jingħata minn diversi NGOs u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamiċ-Ċentru tal-Edukazzjoni Ġudizzjarja fil-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Amministrazzjoni Pubblika.

      X'inhuwa l-kost tal-medjazzjoni?

      Għalissa l-medjazzjoni fil-qrati li ssir skont ZARSS fit-tilwim li jinqala’ mir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u l-ulied u fit-tilwim dwar il-liġi tax-xogħol minħabba terminazzjoni ta' kuntratt tax-xogħol, hija bla ħlas għall-partijiet; il-partijiet iħallsu biss għall-avukati tagħhom. Fit-tilwim l-ieħor kollu, minbarra t-tilwim kummerċjali, il-qorti tkopri t-tariffa tal-medjatur għall-ewwel tliet sigħat tal-medjazzjoni.

      L-organizzazzjonijiet privati jitolbu diversi tariffi għall-medjazzjoni.

      Huwa possibbli li l-ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni jiġi infurzat ?

      Ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni, fih innifsu mhuwiex direttament infurzabbli. Madankollu, il-partijiet jistgħu jaqblu li l-ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim jieħu l-għamla ta’ protokoll notarili li jkun direttament infurzabbli, riżoluzzjoni fil-qorti jew deċiżjoni ta' arbitraġġ ibbażata fuq ir-riżoluzzjoni.

      Ħoloq relatati

      L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

      Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

      Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

      Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Slovakkja

      Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-ġustizzja tas-Slovakkja huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

      Lil min għandek tikkuntattja?

      Is-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Slovakk għandu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima iddedikata lill-medjazzjoni, disponibbli biss bl-Islovakk.

      F'liema qasam huwa ammissibbli u/jew l-aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?

      Il-mekkaniżmi ta’ medjazzjoni huma deskritti fl-Att Nru 420/2004 dwar il-medjazzjoni li jemenda liġijiet partikolari, kif emendati, li jirregola:

      • il-prestazzjoni tal-medjazzjoni,
      • il-prinċipji bażiċi tal-medjazzjoni, u
      • l-organizzazzjoni u l-effetti tal-medjazzjoni.

      Dan l-Att japplika għal kunflitti li jseħħu f'relazzjonijiet regolati mill-liġi ċivili, tal-familja, il-kuntratti kummerċjali, u l-liġi tax-xogħol.

      Il-medjazzjoni hija proċediment ta’ barra mill-qorti li permezz tiegħu l-medjatur jipprova jsolvi kunflitt ġej minn relazzjoni kuntrattwali jew relazzjonijiet ġuridiċi oħra. Hija proċedura fejn żewġ partijiet jew iktar għal tilwima jiġu assistiti minn medjatur sabiex isibu soluzzjoni għat-tilwima.

      It-tielet sentenza tat-Taqsima 99 (1) tal-Att Nru 99/1963 Regoli tal-Proċedura Ċivili, kif emendat, tinqara kif ġej: "Jekk ikunu jippermettu ċ-ċirkostanzi tal-każ, qabel l-ewwel seduta ta' smigħ u matul il-proċedimenti, il-qorti tista' tistieden lill-partijiet sabiex jattednu għal laqgħa ta' informazzjoni ma' medjatur imniżżel fir-Reġistru tal-Medjaturi sabiex ifittxu jsibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom permezz tal-medjazzjoni."

      Informazzjoni u taħriġ

      It-taqsima dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-medjazzjonitas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk tipprovdi informazzjoni dwar il-medjazzjoni bis-Slovakk. Tista’ ssib iktar informazzjoni fis-sit elettroniku tan- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwork Ġudizzjarju Ewropew.

      X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

      Il-medjazzjoni hija servizz bi ħlas. Il-ħlas tal-medjatur isir individwalment u ġeneralment ikun ibbażat fuq rata fis-siegħa jew fuq rata fissa. Il-medjazzjoni hija attività kummerċjali u m’hemmx spejjeż iffissati minn qabel.

      Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttiva 2008/52/KE tippermetti li dawk involuti f’tilwima jitolbu li ftehim bil-miktub li jirriżulta mill-medjazzjoni ikun jista’ jiġi infurzat.. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-qrati u lill-awtoritajiet l-oħra li huma kompetenti jirċievu talbiet bħal dawn.

      Il-medjazzjoni fis-Slovakkja hija proċess informali, volontarju u kunfidenzjali biex jissolvew il-kunflitti barra mill-qorti permezz ta’ medjatur. L-għan tal-medjazzjoni huwa li jintlaħaq ftehim li jkun aċċettabbli għaż-żewġ partijiet.

      Il-ftehim li jirriżulta mill-proċedura ta' medjazzjoni jrid jitniżżel bil-miktub. Dan japplika primarjament għall-partijiet involuti fil-ftehim u jorbothom. Fuq il-bażi tal-ftehim, il-parti intitolata tista’ tapplika għal infurzar ġudizzarju tad-deċiżjoni jew biex din tiġi eżegwita, sakemm il-ftehim ikun:

      • imfassal fil-forma ta’ att notarili;
      • -approvat bħala konċiljazzjoni fil-qorti minn entità ta’ arbitraġġ.

      Jekk il-medjazzjoni ma twassal għall-ebda ftehim, il-kwistjoni tista’ titkompla fil-qorti.

      Ħoloq relatati

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka

      L-aħħar aġġornament: 18/05/2020

      Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

      Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Finlandja

      Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-ġustizzja fil-Finlandja huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

      Lil min għandek tikkuntattja?

      Il-ġestjoni, il-gwida u s-superviżjoni ġenerali tal-medjazzjoni f’kawżi kriminali u f’ċerti kawżi ċivili huma r-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali. L-uffiċċji provinċjali tas-saħħa tal-Istat iridu jiżguraw li s-servizzi ta’ medjazzjoni jkunu disponibbli u jiġu implimentati b’mod xieraq fil-partijiet kollha tal-pajjiż.

      Tista’ ssib iktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut Nazzjonali tas-Saħħa u tal-Benesseri (THL).

      Is-servizzi ta’ medjazzjoni konnessi mal-qrati jiġu ġestiti mill-qrati Distrettwali. Il-Qrati Distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jagħtu bidu għal medjazzjoni f’tilwim ċivili. L-iskop tal-medjazzjoni huwa li l-partijiet għal tilwima jingħataw għajnuna sabiex tinstab soluzzjoni li tkun aċċettabbli għalihom it-tnejn. Għaldaqstant, ir-riżultati miksuba permezz tal-medjazzjoni ġeneralment ikunu bbażati iktar fuq dak li huwa raġonevoli f’ċerti ċirkustanzi milli fuq l-applikazzjoni stretta tal-liġi. Iktar informazzjoni dwar il-qrati Distrettwali hija disponibbli mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit Elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Finlandiż. Huwa wkoll disponibbli ktejjeb fuq il-medjazzjoni ġudizzjarja.

      F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

      Il-medjazzjoni tintuża kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll fi kwistjonijiet kriminali.

      Il-medjazzjoni tintuża l-iktar fit-tilwim ċivili, partikolarment f’kawżi ċivili minuri. Madankollu, mhux it-tilwim ċivili kollu għandu jkun suġġett għal medjazzjoni konnessa mal-qrati. It-tilwim li jikkonċerna l-konsumaturi, pereżempju, jista’ jiġi ġestit minn konsulent tal-konsumaturi u mill-Bord tal-Ilmenti tal-Konsumaturi. Madankollu, għall-kwistjonijiet kriminali, hemm proċedura speċifika għall-medjazzjoni.

      Il-kwistjonijiet u t-tilwim ċivili li jitressqu quddiem il-qrati ġenerali jistgħu jkunu suġġetti għal medjazzjoni kif inhu stabbilit fl-istatut dwar il-medjazzjoni konnessa mal-qrati (Att 663/2005). L-għan tal-medjazzjoni konnessa mal-qrati hija l-ftehim bonarju tat-tilwim. Il-prerekwiżiti għal medjazzjoni konnessa mal-qrati huma li l-kwistjoni tkun tista’ tiġi suġġetta għall-medjazzjoni u li l-medjazzjoni tkun adattata fid-dawl tat-talbiet tal-partijiet. Waħda mill-partijiet għal tilwima jew iż-żewġ partijiet jistgħu jagħmlu applikazzjoni bil-miktub qabel ma jmorru quddiem qorti. L-applikazzjoni trid tiġi ppreżenata bil-miktub, u trid tindika s-suġġett tat-tilwima u x’differenza hemm bejn il-pożizzjonijiet tal-partijiet. Barra minn hekk, iridu jingħataw raġunijiet għaliex il-kwistjoni tista’ tkun suġġetta għal medjazzjoni.

      Il-konċiljazzjoni (medjazzjoni) tista’ tintuża anki f’kawżi ċivili fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun persuna fiżika. Il-kawżi ċivili, madankollu, ħlief dawk li jinvolvu talbiet għad-danni bbażati fuq reat, jistgħu jiġu rrinvijati għall-konċiljazzjoni biss jekk it-tilwima tkun waħda minuri, meta jiġu kkunsidrati s-suġġett u t-talbiet li saru fil-kawża. Dak li jipprovdi l-istatut dwar il-konċiljazzjoni fil-kawżi kriminali japplika, kif ikun xieraq, għall-konċiljazzjoni fil-kawżi ċivili.

      Il-konċiljazzjoni tista’ titwettaq ma’ partijiet li jkunu esprimew personalment u volontarjament il-qbil tagħhom rigward il-konċiljazzjoni. Dawn iridu jkunu jistgħu jifhmu din xi tfisser u x’inhuma s-soluzzjonijiet li jistgħu jinstabu permezz tal-proċess ta’ konċiljazzjoni. B’hekk, qabel ma l-partijiet jaqblu li jużaw il-proċess ta’ konċiljazzjoni, iridu jiġu spjegati lilhom id-drittijiet li għandhom rigward il-konċiljazzjoni u l-pożizzjoni tagħhom fil-proċess ta’ konċiljazzjoni. Kull parti jkollha d-dritt li tirtira l-qbil tagħha fi kwalunkwe ħin waqt il-proċess ta’ konċiljazzjoni.

      Il-persuni taħt l-età jridu juru l-qbil tagħhom mal-konċiljazzjoni personalment. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni ta’ persuna taħt l-età fil-konċiljazzjoni teħtieġ il-qbil tal-gwardjan tiegħu jew tagħha jew ta’ rappreżentanti legali oħrajn. Adulti li ma jkunux legalment kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-konċiljazzjoni jekk jifhmu t-tifsira tal-kawża u jekk jagħtu l-qbil personali tagħhom mal-proċess.

      Il-konċiljazzjoni tista’ tintuża għal reati li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-konċiljazzjoni, fejn jitqiesu n-natura u l-metodu tar-reat, ir-relazzjoni bejn is-suspettat u l-vittma u kwistjonijiet oħrajn marbuta mar-reat kollu. Ir-reati li jinvolvu vittmi taħt l-età ma għandhomx jiġu rrinvijati għall-konċiljazzjoni jekk il-vittma tkun teħtieġ protezzjoni speċjali minħabba n-natura tar-reat jew minħabba l-età tagħha.

      L-uffiċċji tal-medjazzjoni jirċievu talbiet għal medjazzjoni u jikkooperaw ma’ diversi awtoritajiet matul il-proċess kollu tal-medjazzjoni. Kull każ ta’ medjazzjoni jiġi assenjat lil medjatur volontarju magħżul minn professjonisti li jaħdmu fl-uffiċċju ta’ medjazzjoni. Il-medjaturi jieħdu f’idejhom każijiet ta’ medjazzjoni u l-elementi prattiċi relatati f’kooperazzjoni mal-uffiċċju ta’ medjazzjoni. L-istaff tal-uffiċċju jiggwida u jissuperviżjona lill-medjaturi f’xogħolhom.

      Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

      Fi kwistjonijiet kriminali, il-konċiljazzjoni tista’ ssir biss bejn partijiet li jkunu esprimew personalment u volontarjament il-qbil tagħhom mal-konċiljazzjoni u jkunu kapaċi jifhmu t-tifsira tagħha u s-soluzzjonjiet li jinstabu permezz tal-proċess ta’  konċiljazzjoni. Fi kwistjonijiet ċivili (medjazzjoni konnessa mal-qrati), biex jinbeda l-proċess ta’ medjazzjoni jkun meħtieġ il-kunsens tal-partijiet kollha.

      Fil-Finlandja, hemm kodiċi nazzjonali ta’ kondotta għall-medjaturi, b’kodiċijiet ta’ kondotta settorjali għall-medjaturi (eż. skont il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni, ngħidu aħna, medjaturi fil-qasam tal-liġi tal-familja, fil-qasam mediku, jew f’dak tal-kostruzzjoni).

      Informazzjoni u taħriġ

      Ktejjeb dwar il-medjazzjoni ġudizzjarja konnessa mal-qrati huwa disponibbli mis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Finlandiż.

      L-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa u tal-Benesseri (THL) jorganizza taħriġ għall-medjaturi.

      L-istitut jikkompila anki informazzjoni statistika dwar il-medjazzjoni fil-kawżi kriminali u ċivili, jimmonitorja u jwettaq riċerka dwar l-attivitajiet ta’ medjazzjoni, u jikkoordina l-isforzi ta’ żvilupp f’dan il-qasam. Din il-ħidma hija appoġġjata mill-Bord Konsultattiv dwar il-Medjazzjoni fil-Kawżi Kriminali u Ċivili.

      X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

      Il-medjazzjoni fil-kawżi kriminali hija servizz mingħajr ħlas. Din tippermetti li l-vittma ta’ reat u min iwettaq ir-reat jiltaqgħu permezz ta’ medjatur imparzjali sabiex jiddiskutu d-dannu mentali u materjali li sar lill-vittma u jaqblu dwar miżuri sabiex jinstab rimedju għad-dannu (Att 1016/2005).

      Il-medjazzjoni tinvolvi inqas spejjeż minn kawża l-qorti għall-partijiet ikkonċernati. Kull parti tħallas biss l-ispejjeż tagħha u mhix obbligata tħallas l-ispejjeż tal-parti opposta. Jekk il-partijiet jixtiequ dan, jistgħu jqabbdu konsulent legali. Huwa wkoll possibbli li parti tapplika għall-għajnuna legali fl-uffiċċju tal-għajnuna legali.

      F’medjazzjoni ġudizzjarja, huwa l-imħallef tal-qorti distrettwali li jagħmilha ta’ medjatur. Fil-fatt, il-medjazzjoni f’tilwim hija waħda mill-kompiti ordinarji ta’ mħallef. Jekk il-kawża teħtieġ għarfien speċifiku f’xi qasam partikolari, il-medjatur, bil-qbil tal-partijiet, jista’ jqabbad assistent li jitħallas mill-partijiet.

      Għal medjazzjoni ġudizzjarja jintalab xi ħlas, l-istess bħal kull proċedura oħra ġestita mill-qorti.

      Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

      Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KE tippermetti li dawk involuti f’tilwima jitolbu li ftehim bil-miktub li jirriżulta mill-medjazzjoni jiġi infurzat. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni liema huma dawk il-qrati u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra li jistgħu jirċievu t-talbiet.

      Il-Finlandja għadha ma kkomunikatx din l-informazzjoni.

      Links relatati

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOpuskolu dwar il-medjazzjoni ġudizzjarja, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku dwar il-medjazzjoni (L-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa u tal-Benesseri (THL))

      L-aħħar aġġornament: 09/02/2020

      Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

      Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
      Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

      Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Svezja

      Jekk inti involut f'tilwima ġuridika ċivili, għalfejn ma tippruvax issolviha bil-medjazzjoni, minflok tmur il-qorti? Il-medjazzjoni hija miżura alternattiva għas-soluzzjoni tat-tilwim (AST), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f'tilwima jilħqu ftehim. Il-gvern u l-professjonisti tal-ġustizzja fl-Isvezja huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni. Il-medjazzjoni tista' wkoll tintuża f'każijiet kriminali, iżda mhijiex sanzjoni tar-reat u qatt ma tista' tissostitwixxi preċedimenti kriminali. L-għan tal-medjazzjoni f'każijiet kriminali huwa li tagħti lit-trasgressur fehim aħjar tal-konsegwenzi tar-reat u tagħti lill-vittma l-opportunità jipproċessa l-esperjenzi tiegħu jew tagħha.

      Medjazzjoni f'każijiet ċivili

      Lil min għandek tikkuntattja?

      Ma hemmx korp ċentrali li jirregola l-professjoni ta' medjatur. Madankollu, għal informazzjoni dwar il-medjazzjoni tista' tiġi kkuntattjata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati (Domstolsverket). L-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati lestiet ukoll lista ta' persuni li wrew ix-xewqa li jimmedjaw fil-qrati, liema lista tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.domstol.se/.

      Fi kwistjonijiet kummerċjali, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Kummerc ta' Stokkolma (Stockholms handelskammare) u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Kummerc u l-Industrija tal-Punent tal-Isvezja (Västsvenska industri- och handelskammaren) iwettqu ħidma fil-qasam tal-medjazzjoni.

      F'liema qasam tista' ssir medjazzjoni u/jew liema qasam huwa l-aktar komuni?

      Il-medjazzjoni hija permessa f'diversi oqsma, iżda hija l-aktar komuni fi kwistjonijiet ta' liġi ċivili.

      Hemm possibbiltà li tintuża l-medjazzjoni matul il-proċediment tal-qorti.

      Hemm xi regoli speċifiċi li għandhom jiġu segwiti?

      L-użu tal-medjazzjoni huwa totalment volontarju. Ma hemm l-ebda regola speċifika, bħal ngħidu aħna kodiċijiet ta' kondotta għall-medjaturi.

      Informazzjoni u taħriġ

      Ma hemm l-ebda informazzjoni speċifika dwar taħriġ fil-medjazzjoni u l-ebda korp nazzjonali ta' taħriġ għall-medjaturi.

      Kemm tiswa l-medjazzjoni?

      Il-medjazzjoni mhijiex b'xejn; il-ħlas huwa soġġett għal ftehim bejn il-medjatur privat u l-partijiet. L-ispiża tal-medjazzjoni tinqasam l-istess bejn il-partijiet.

      Medjazzjoni f'każijiet kriminali

      Lil min għandek tikkuntattja?

      Mill-1 ta' Jannar 2008 l-awtoritajiet lokali Svediżi kollha saru meħtieġa joffru medjazzjoni jekk xi ħadd taħt il-21 iwettaq reat. Kemm il-pulizija kif ukoll l-awtorità lokali jistgħu jieħdu l-inizjattiva jsaqsu lit-trasgressur jekk huwiex interessat jieħu sehem f'medjazzjoni.

      F'liema qasam tista' ssir medjazzjoni u/jew liema qasam huwa l-aktar komuni?

      Il-medjazzjoni tista' tintuża ma' trasgressuri ta' kwalunkwe età u fi kwalunkwe stadju tal-proċess ġudizzjarju. L-Att tal-Medjazzjoni ma jpoġġi l-ebda limitu massimu għal-età, iżda mill-1 ta' Jannar 2008 l-awtoritajiet lokali Svediżi kollha saru meħtieġa joffru medjazzjoni jekk ir-reat ikun sar minn xi ħadd taħt il-21.

      Hemm xi regoli speċifiċi li għandhom jiġu segwiti?

      Il-medjazzjoni mhijiex parti mill-kastig. Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

      • Trid tkun volontarja miż-żewġ naħat.
      • Ir-reat irid ikun ġie rrapportat lill-pulizija u t-trasgressur ikun ammetta l-ħtija.
      • Il-medjazzjoni trid titqies kif xieraq skont iċ-ċirkostanzi.

      Informazzjoni u taħriġ

      L-Att jeżiġi li dawk li jinħatru bħala medjaturi jkunu kompetenti u onesti. Iridu wkoll ikunu imparzjali.

      Aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni tista' tinkiseb mingħand l-awtoritajiet lokali jew il-Kunsill Nazzjonli tal-Prevenzjoni tal-Kriminalità (Brottsförebyggande rådet).

      Kemm tiswa l-medjazzjoni?

      Il-Medjazzjoni hija bla ħlas kemm għall-vittma kif ukoll għat-trasgressur.

      L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

      Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

      Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

      Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - L-Ingilterra u Wales

      Minflok ma titla’ l-qorti, għaliex ma tipprovax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), li permezz tagħha medjatur newtrali jassisti lil dawk involuti f’tilwima biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Ingilterra u Wales jagħrfu l-vantaġġi tal-medjazzjoni u huma impenjati għall-promozzjoni u l-użu tal-medjazzjoni biex jissolva t-tilwim bħala alternattiva għall-qorti, f'każijiet adatti.  Il-każ tiegħek jista' jkun eliġibbli li jkun iffinanzjat mill-għajnuna legali (dment li jissodisfa l-kriterji ta' kwalifika normali).

      Lil min nikkuntattja?

      Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli għall-politika tal-medjazzjoni ċivili u familjari, inkluża l-promozzjoni tagħha peress li din tgħodd biss fl-Ingilterra u Wales.

      Il-Medjazzjoni Ċivili

      Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-medjazzjoni riferita mill-qorti fit-tilwim ċivili (minbarra t-tilwim familjari fil-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales), il-Ministeru tal-Ġustizzja u s-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (HMCTS) stabbilixxew żewġ proċessi ta' medjazzjoni ċivili li bis-saħħa tagħhom il-partijiet jistgħu jsolvu t-tilwim skont il-valur tat-talba. Is-Servizz ta' Medjazzjoni tat-Talbiet iż-Żgħar huwa servizz intern ipprovdut u mmexxi mill-HMCTS, fir-rigward tal-kawżi li jitqiesu bħala talbiet żgħar. Ġeneralment dan ifisser kawżi ta' inqas minn GBP 10 000. Għal kawżi ta' valur ogħla, iktar minn GBP 10 000, il-Ministeru tal-Ġustizzja ħadem mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni Ċivili (CMC) biex tiġi introdotta skema ta' akkreditament li permezz tagħha l-organizzazzjonijiet li jipprovdu medjazzjoni jistgħu japplikaw biex ikunu inklużi fid-direttorju tal-medjazzjoni ċivili u biex il-qrati jirreferulhom il-partijiet f'każijiet adatti. Is-CMC hija organizzazzjoni li tirrappreżenta lil dawk li jipprovdu medjazzjoni ċivili u kummerċjali.

      Il-Medjazzjoni Familjari

      Dwar it-tilwim tal-familja, il-medjazzjoni hija rregolata minnha nfisha, u tikkonsisti f’għadd ta’ organizzazzjonijiet ta’ membri jew korpi ta’ akkreditament li l-medjaturi jkunu affiljati magħhom. Dawn il-korpi amalgamaw biex jifformaw il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni tal-Familja (FMC) biex jarmonizzaw l-istandards fil-medjazzjoni tal-familja. Funzjoni oħra tal-FMC hija li jirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-membri fondaturi u lill-prattikanti fil-medjazzjoni tal-familja b’mod ġenerali fir-relazzjonijiet tal-professjoni mal-gvern.

      L-FMC huwa korp mhux governattiv, iżda għandu rwol ċentrali fost l-organizzazzjonijiet membri tiegħu, li huma kollha organizzazzjonijiet/għaqdiet mhux governattivi u membri fundaturi tal-FMC. L-aktar prominenti fost dawn huma:

      • ADR Group
      • Family Mediators Association
      • National Family Mediation
      • College of Family Mediators
      • Resolution
      • The Law Society

      Il-gvern ma għandu l-ebda pjanijiet bħalissa li jwaqqaf korp regolatorju fir-rigward tal-medjazzjoni ċivili u familjari.

      Tista' ssib medjatur ċivili akkreditat fid-direttorju tal-medjazzjoni ċivili, li jinsab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-ġustizzja. Tista' tfittex id-direttorju għal medjatur fil-lokalità tiegħek; u l-ispiża tal-medjazzjoni tkun ibbażata fuq tariffa fissa, skont il-valur tat-tilwima.  Għall-partijiet li ma jaffordjawx l-ispiża tal-medjazzjoni hemm servizz ta' medjazzjoni bla ħlas għal dawk eliġibbli, ipprovut minn LawWorks.  LawWorks jistgħu jkunu kkuntattjati fuq in-numru 01483 216 815 jew permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku ta' LawWorks.

      Fis-sit elettroniku GovUK (li qabel kien DirectGov) hemm għodda ta' tfittxija għal servizz tal-medjazzjoni familjari u li ssibha hawn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħodda ta' Tfittxija għal Servizz tal-Medjazzjoni Familjari.  Kun af li ma għadx hemm Helpline tal-Medjazzjoni Familjari.

      Tista' ssib iktar tagħrif dwar l-għajnuna legali, inkluż intix eliġibbli għall-għajnuna legali fis-Servizz ta' Informazzjoni l-ġdid dwar l-Għajnuna Legali fis-sit Gov.UK f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacheck-legal-aid

      F’liema qasam huwa ammissibbli u/jew l-aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?

      Il-medjazzjoni tista' tintuża biex issolvi firxa wiesgħa ta' tilwim ċivili u kummerċjali ta' kuljum – fosthom kwistjonijiet ta' djar, tilwim kummerċjali, tilwim fil-post tax-xogħol, talbiet żgħar, talbiet dwar djun, tilwim dwar il-fruntieri, tilwim dwar l-impjiegi, tilwim kuntrattwali, kawżi dwar tidrib personali u negliġenza kif ukoll tilwim komunitarju bħal kwistjonijiet ta' fastidju.

      Il-medjazzjoni tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' tilwim familjari, inkluż għal divorzju, annullament, annullament ta' sħubija ċivili, applikazzjonijiet skont l-Att dwar it-Tfal, inklużi kuntatt u residenza. Mhix ristretta għal dawk li kienu sħab jew miżżewġin.  Pereżempju, nanniet jistgħu jużaw il-medjazzjoni familjari biex jgħinhom jaslu għal ftehim dwar l-arranġamenti biex ikomplu r-relazzjoni tagħhom mat-tfal tat-tfal tagħhom.

      Hemm regoli speċifiċi li għandhom jiġu segwiti?

      Il-proċedura tal-medjazzjoni ċivili

      Il-medjazzjoni ċivili mhijiex irregolata mil-liġi, u lanqas ma hija prerekwiżit għall-proċedimenti fil-qorti. Madankollu l-partijiet f’kawżi ċivili huma meħtieġa jikkunsidraw il-medjazzjoni b’mod serju qabel ma jmorru l-qorti.

      Ir-regoli dwar il-proċedura ċivili (CPR) jirregolaw il-prattika u l-proċedura li għandhom jiġu segwiti fit-taqsimiet ċivili tal-Qorti tal-Appell, il-Qorti Superjuri, u l-Qrati tal-Kontej. Is-CPR għandhom kodiċi proċedurali, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jgħin lill-qrati jittrattaw il-kawżi b’mod ġust. Parti minn dan l-għan ewlieni jeħtieġ li l-qorti ġġestixxi l-kawżi b'mod attiv. Dan jinkludi li tħeġġeġ lill-partijiet involuti jużaw proċedura ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim jekk il-qorti tqis li dan ikun xieraq u li tiffaċilita l-użu ta’ din il-proċedura.

      Filwaqt li l-medjazzjoni hija għal kollox volontarja, ir-regoli dwar il-proċedura ċivili jistabbilixxu l-fatturi li għandhom jitqiesu meta tittieħed id-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ spejjeż li għandhom jiġu attribwiti. Il-qorti trid tqis l-isforzi li jkunu saru, jekk ikunu saru, qabel u matul il-proċedimenti, biex il-partijiet jipprovaw isolvu t-tilwima. Għaldaqstantt, jekk parti li tirbaħ tkun preċedentement irrifjutat offerta raġonevoli għall-medjazzjoni, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li l-parti t-telliefa ma tkunx meħtieġa tħallas l-ispejjeż tal-parti r-rebbieħa.

      Il-proċedura tal-medjazzjoni familjari

      Bħalissa l-medjazzjoni tal-familja hija proċess għal kollox volontarju. Minn April 2011 l-applikanti kollha (mhux biss dawk li qed jirċievu fondi pubbliċi) iridu jqisu l-użu tal-medjazzjoni billi jattendu Laqgħa dwar l-Informazzjoni u l-Valutazzjoni tal-Medjazzjoni (MIAM) qabel ma jkunu jistgħu jippreżentaw rikors il-qorti skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProtokoll ta' Qabel ir-Rikors tal-President. L-intimat prospettiv għandu jattendi wkoll jekk ikun mistieden jagħmel dan. Jekk ir-rikorrent ikompli jmexxi bil-qorti għandu jippreżenta l-Formola FM1 mar-rikors tiegħu biex juri jew li huma eżenti milli jattendu MIAM, li attendew MIAM u l-medjazzjoni ma tqisitx adatta, jew attendew medjazzjoni u ma rnexxietx jew ma rnexxilhomx isolvu l-kwistjonijiet kollha.

      B'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tar-Reviżjoni tal-Ġustizza tal-Familja, il-Gvern introduċa dispożizzjoni fl-Abbozz ta' liġi dwar it-Tfal u l-Familji fi Frar 2013 biex l-għażla attwali jekk wieħed jattendix Laqgħa dwar l-Informazzjoni u l-Valutazzjoni tal-Medjazzjoni (MIAM) issir rekwiżit leġiżlattiv (b'eċċezzjonijiet limitati, eż. fejn hemm evidenza ta' vjolenza domestika).

      Il-Formola mimlija FM1 mar-rikors tagħhom, kif imsemmi fuq, se tkun rekwiżit leġiżlattiv. L-abbozz mistenni jiġi adottat u d-dispożizzjonijiet mistennija jkunu adottati fir-rebbiegħa 2014.

      Bħar-Regoli tal-Proċedura Ċivili, ir-Regoli tal-Proċedura tal-Familja (sett komprensiv ta’ regoli li jirrigwardaw proċedura tal-qorti) iħeġġu l-użu tal-metodi ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR).

      Iż-żamma ta' standards professjonali

      Ma hemm ebda kodiċi ta’ mġiba nazzjonali għall-medjaturi li huwa speċifiku għall-Ingilterra u Wales. Madankollu, sabiex ikunu akkreditati mis-CMC, il-medjatur ċivili għandu jaderixxi għal kodiċi ta’ mġiba – il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Mġiba tal-UE jintuża bħala l-mudell. Il-professjoni tirregola lilha nfisha u l-gvern ma għandu ebda rwol biex iħeġġeġ l-aderenza għal xi kodiċi volontarju

      Il-membri fundaturi kollha tal-FMC huma meħtieġa jiżguraw li l-membri tagħhom (prattikanti tal-medjazzjoni familjari) jaderixxu għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta’ Mġiba tal-FMC.

      Informazzjoni u taħriġ

      Informazzjoni dwar il-medjazzjoni ċivili, servizzi u prezzijiet tinsab fis-sit elettroniku tal-Gvern fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Ministeru tal-Ġustizzja: medjazzjoni ċivili

      Id-Direttorju tal-Medjazzjoni Ċivili joffri faċilità ta' tfittxija biex jinstab medjatur li lest jipprovdi medjazzjoni f'post adatt għall-partijiet. Is-sit elettroniku tas-CMC u s-siti elettroniċi tal-għaqdiet li jipprovdu iktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni u s-servizzi tal-medjazzjoni.

      L-Għodda ta' Tfittxija għal Servizz tal-Medjazzjoni Familjari toffri faċilità ta' tfittxija biex jinstab medjatur f'żona lokali tal-utent. Is-siti elettroniċi tal-għaqdiet membri tal-FMC jipprovdu iktar informazzjoni dwar is-servizzi ta' medjazzjoni.

      Ma hemm ebda korp nazzjonali għat-taħriġ tal-medjaturi ċivili fl-Ingilterra u Wales. Il-medjaturi ċivili huma mħarrġa mis-settur privat, li huwa awtoregolat. Il-professjoni tirregola lilha nnifisha u tieħu ħsieb it-taħriġ tal-membri tagħha.

      Il-medjaturi tal-familja jiġu minn sfondi diversi, inkluż legali, terapewtiku u servizzi soċjali, u ma hemm ebda rekwiżit legali li jagħmlu xi taħriġ speċjalizzat. Il-bosta għaqdiet ta’ sħubija/akkreditament madankollu għandhom settijiet ta’ standards professjonali u tat-taħriġ tagħhom stess, li jinkludu rekwiżiti għat-taħriġ. Il-medjaturi li jkollhom kuntratt biex jipprovdu medjazzjoni ffinanzjata pubblikament huma mistennija jiksbu standard partikolarment għoli ta' akkreditament u taħriġ biex issir il-Laqgħa dwar l-Informazzjoni u l-Valutazzjoni tal-Medjazzjoni (MIAM) inizjali u l-medjazzjoni.

      X’inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?

      L-ispejjeż tal-medjazzjoni jvarjaw skont min ikun il-medjatur u mhumiex irregolati mill-istat. Fi kwistjonijiet ċivili, l-ispiża tal-medjazzjoni tkun relatata mal-valur tal-kwistjonijiet fit-tilwima u ż-żmien meħtieġ biex isir il-proċess tal-medjazzjoni. Ir-rati għall-għoti ta' medjazzjoni permezz tad-direttorju tal-medjazzjoni ċivili onlajn jinsabu fis-sit elettroniku tal-ġustizzja. L-għaqda karitattiva LawWorks tipprovdi medjazzjoni b'xejn lil dawk li ma jaffordjawx iħallsu. LawWorks jistgħu jkunu kkuntattjati fuq in-numru 01483216815 jew permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-Medjazzjoni ta' LawWorks.

      Huwa possibbli li jiġi infurzat ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni?

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttiva 2008/52/KE implimentata fir-Renju Unit mir-Regolamenti dwar il-Medjazzjoni Transfruntiera (Direttiva tal-UE) 2011 (SI 2011 Nru 1133) tippermetti li meta parti tkun domiċiljata fi Stat Membru fil-mument tat-tilwima, dawk involuti f'tilwima transfruntiera jitolbu biex ftehim bil-miktub li ġej mill-medjazzjoni, ikun eżegwibbli. L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-qrati jew awtoritajiet oħra kompetenti oħra li jirċievu dawn it-talbiet.

      Għall-Ingilterra u Wales, id-dettalji dwar il-qrati kompetenti jinsabu fis-sit tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha.

      Il-partijiet għal tilwima ċivili, maħruġa mill-qorti, li jkunu laħqu ftehim permezz tal-medjazzjoni, jistgħu jirrikorru għall-qorti biex il-ftehim tagħhom jingħata l-approvazzjoni legali minn imħallef. La darba jkun approvat minn imħallef, il-ftehim isir "ordni ta' kunsens" vinkolanti legalment u eżegwibbli, jekk il-qorti tkun sodisfatta li l-ftehim milħuq ikun ġust.

      Il-partijiet fit-tilwim familjari li jkunu laħqu ftehim bejniethom, permezz tal-avukati tagħhom jew permezz tal-medjazzjoni, jistgħu jirrikorru għall-qorti biex jikkonvertu l-ftehim tagħhom f’"ordni ta’ kunsens" vinkolanti legalment, jekk il-qorti tkun sodisfatta li l-ftehim ikkonċernat huwa ġust.  Dan x'aktarx li japplika l-iktar għal arranġamenti finanzjarji milli għal dawk relatati mat-tfal.

      Ħoloq Relatati

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Medjazzjoni Ċivili, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Medjazzjoni Familjari, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Għodda ta' Tfittxija għal Servizz tal-Medjazzjoni Familjari, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta' Mġiba tal-UE għall-Medjaturi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta' Mġiba tal-FMC, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Medjazzjoni ta' LawWorks

      L-aħħar aġġornament: 07/10/2014

      Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

      Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
      Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

      Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - L-Irlanda ta’ fuq

      Minflok ma toqgħod tmur il-qorti, għaliex ma tipprovax tirriżolvi t-tilwim permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta’ riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), fejn medjatur jgħin lill-partijiet biex jilħqu ftehim. Il-gvern u l-prattikanti tal-ġustizzja fl-Irlanda ta’ Fuq huma konxji mill-vantaġġi tal-medjazzjoni.

      Ma hemm ebda dipartiment tal-gvern fl-Irlanda ta’ Fuq li għandu responsabbiltà għas-servizzi tal-medjazzjoni. Madankollu, hemm organizzazzjonijiet li jipprovdu skemi tal-medjazzjoni u tal-counselling.

      Lil min għandek tikkuntattja?

      Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society tal-Irlanda ta’ Fuq żviluppat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz tar-riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiv, biex jipprodvi servizzi ta’ medjazzjoni fir-riżoluzzjoni tat-tilwim. Dan is-servizz mhuwiex limitat għal tilwim riferit mill-qorti iżda jista’ jintuża fi kwalunkwe stadju ta’ tilwima.

      Is-servizz tar-riżoluzzjoni tat-tilwim jopera permezz ta’ bord ta’ avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri, li huma mħarrġa u akkreditati sabiex jaġixxu bħala medjaturi f’isem il-partijiet tat-tilwim.

      Organizzazzjonijiet volontarji oħrajn, bħal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRelate u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBarnardos, jipprovdu xi counselling u xi servizzi ta’ medjazzjoni għall-problemi tal-familja. L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija dwar relazzjonijiet tax-xogħol toffri skema ta’ arbitraġġ għat-tilwim relatat mal-impjiegi.

      F'liema qasam huwa l-użu tal-medjazzjoni ammissibbli u/jew l-aktar komuni?

      L-oqsma ewlenin huma tilwim ċivili/kummerċjali u l-medjazzjoni tal-familja, ta’ fuq il-post tax-xogħol u dik tal-komunità.

      Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

      Ma hemm ebda sistema ta’ medjazzjoni bbażata fuq il-qorti fi ħdan is-sistema legali fl-Irlanda ta’ Fuq. Madankollu l-qrati x’aktarx jippermettu aġġornament ta’ każijiet fejn hemm possibbiltà li l-medjazzjoni tista’ tirriżolvi l-kwistjoni–- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq

      Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society tal-Irlanda ta' Fuq tistabbilixxi regoli u proċeduri għas-servizzi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim.

      Informazzjoni u taħriġ

      Il-bord ta’ avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri li jiffurmaw il-bord tar-riżoluzzjoni tat-tilwim huma mħarrġa u akkreditati mill-Law Society.

      X'inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

      L-ispiża tal-medjazzjoni tvarja skont il-fornitur u mhijiex irregolata mill-istat.

      Huwa possibbli li jiġi eżegwit ftehim li jirriżulta minn medjazzjoni?

      Ftehim milħuq taħt il-medjazzjoni u ffirmat mill-partijiet jiġi aċċettat bħala ftehim mit-tribunali ta’ azzjoni ġudizzjarja. Jista’ wkoll, jekk ma hemm ebda azzjoni tal-qorti, ikun infurzabbli bħala kuntratt vinkolanti bejn il-partijiet.

      Links relatati

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society tal-Irlanda ta' Fuq

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRelate

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBarnardos

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija dwar ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol

      L-aħħar aġġornament: 06/03/2017

      Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

      Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

      Il-medjazzjoni fl-Istati Membri - Skozja

      Minflok tmur il-qorti, għaliex ma tippruvax issolvi t-tilwima tiegħek permezz tal-medjazzjoni? Din hija miżura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ((ADR) - alternative dispute resolution), fejn medjatur jgħin lil dawk involuti f'tilwima sabiex jaslu għal ftehim. Il-gvern u l-ġuristi fl-Iskozja huma konxji mill-vantaġġi potenzjali tal-medjazzjoni.

      Fir-Renju Unit, il-ġurisdizzjoni tal-Iskozja għandha organizzazzjoni speċifika u dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-medjazzjoni.

      Lil min għandek tikkuntattja?

      Id-Diviżjoni tas-Sistema Ġudizzjarja, il-Kostituzzjoni, id-Direttorat tal-Liġi u tal-Qrati tal-Gvern Skoċċiż hija responsabbli għall-politika dwar il-medjazzjoni fl-Iskozja.

      Indirizzi rilevanti fir-rigward tal-medjazzjoni:

      • Scottish Mediation Network, 18 York Place, Edinburgh, EH1 3EP
      • SACRO (Safeguarding Communities Reducing Offending), 29 Albany Street, Edinburgh EH1 3QN
      • Scottish Community Mediation Network 21 Abercromby Place, Edinburgh EH3 6QE. Relationships Scotland, 18 York Place, Edinburgh, EH1 3EP
      • Relationships Scotland, 18 York Place, Edinburgh, EH1 3EP

      F'liema qasam tista' ssir medjazzjoni u/jew liema qasam huwa l-aktar komuni?

      Ir-rikors għall-medjazzjoni jista' jsir fl-oqsma kollha tal-liġi. Il-medjazzjoni tintuża l-aktar fil-kunflitti familjari u t-tilwim fil-viċinat. It-tilwim kummerċjali u tan-negozju dejjem aktar qed jiġi referut għall-medjazzjoni. Il-medjazzjoni trid tiġi offruta fit-tilwim dwar ħtiġijiet ta' appoġġ addizzjonali, u l-konċiljazzjoni trid tkun disponibbli fit-talbiet dwar id-diskriminazzjoni fir-rigward tad-diżabbiltà.

      Hemm regoli speċifiċi li wieħed irid isegwi?

      Il-professjoni ta' medjazzjoni emerġenti fl-Iskozja ma għandhiex qafas regolatorju mandatorju. Lanqas ma huwa prerekwiżit li jitnedew ċerti tipi ta' proċedimenti tal-qorti. Il-medjazzjoni hija totalment volontarja.

      Madankollu, jeżisti kodiċi ta' kondotta għall-medjazzjoni fl-Iskozja. Il-kodiċi jieħu inkonsiderazzjoni d-diversi oqsma tal-ispeċjalizzazzjoni: bħal pereżempju l-liġi dwar il-familja, il-mediċina, u x-xogħol ta' kostruzzjoni. Il-gvern tal-Iskozja ta l-appoġġ tiegħu lill-ħidma tal-(SMN) u lill-iżvilupp tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiScottish Mediation Register (SMR). Il-membri kollha tal-SMN huwa mitluba josservaw il-kodiċi ta' kondotta għall-medjazzjoni fl-Iskozja. Dawn il-medjaturi u s-servizzi ta' medjazzjoni li jidhru fuq l-SMR jistgħu wkoll juru standards ogħla. L-aċċess għal dawn is-siti elettroniċi ta' dawn iż-żewġ inizjattivi huwa liberu, u jiġu kkonsultati spiss, u l-medjaturi għandhom josservaw il-kodiċi jekk iridu jidhru fuq is-siti.

      Kif tista' taċċesa l-informazzjoni dwar il-medjazzjoni

      L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiScottish Mediation Network (SMN), u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiScottish Mediation Register (SMR) jipprovdi informazzjoni dwar kif wieħed isib medjatur fl-Iskozja. Dawn iż-żewġ siti elettroniċi huma disponibbli għall-pubbliku ġenerali u joffru aċċess għall-informazzjoni kollha.

      L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiScottish Mediation Register huwa reġistru indipendenti ta' medjaturi u ta' servizzi ta' medjazzjoni. Dan is-sit elettroniku jtik aċċess liberu għall-informazzjoni dwar persuni li jipprattikaw kull tip ta' medjazzjoni. Ir-reġistru huwa amministrat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiScottish Mediation Network (SMN).

      Id-dejta fuq dan is-sit tiġi aġġornata mill-medjaturi mill-inqas darba fis-sena.

      Wieħed mill-għanijiet tar-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż huwa sabiex iserraħ ras in-nies mill-kwalità professjonali tal-medjaturi li huma jagħżlu, billi jiċċertifika li dawn jilħqu l-istandards minimi. Dawn l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaistandards huma stabbiliti permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Istandards independenti. Kull wieħed mill-medjaturi li jidher fir-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż jista' jsejjaħ lilu nnifsu "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjatur Reġistrat tal-Medjazzjoni Skoċċiza" u juża l-logo tal-SMR ħdejn ismu.

      Ladarba Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaorganizzazzjoni ta' regolamentazzjoni tiċċertifika li medjatur ikun laħaq l-istandards settorjali addizzjonali tal-organizzazzjoni, tista' tiġi applikata "badge" minn dik l-organizzazzjoni ħdejn isem il-medjatur fuq il-reġistru.

      Informazzjoni u taħriġ

      Sa mill-2004, in-Netwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiża (SMN – Scottish Mediation Network) jipprovdi "mappa ta' medjazzjoni" fuq is-sit elettroniku tiegħu. Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni ġiet aġġornata bosta drabi - ħidma li ġiet iffinanzjata mill-gvern Skoċċiż. Il-ħolqa tidher f’bosta fuljetti u links fis-siti elettroniċi. Din issa ntrabtet mar-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż biex tipprovdi punt uniku ta' riċerka biex jinstab medjatur ikkwalifikat.

      L-uffiċċju tal-SMN jirċievi wkoll mistoqsijiet bit-telefon, li jiġu diretti lejn is-servizzi adatti tal-medjazzjoni.

      L-SMR jistipula kwalifiki ta' medjatur sabiex il-partijiet ikollhom informazzjoni aħjar meta jagħżlu medjatur.

      Fl-Iskozja, hemm programmi ta' taħrig għall-isferi differenti tal-medjazzjoni. Kull programm jieħu madwar 30 siegħa u għandu jinkludi taħriġ:

      • Fil-prinċipji u l-prattika tal-medjazzjoni
      • Fl-Istadji fil-proċess ta' medjazzjoni
      • Fl-etika u l-valuri tal-medjazzjoni
      • Fil-kuntest legali tat-tilwim (jekk ikun hemm)
      • Fil-ħiliet ta' komunikazzjoni utli fil-medjazzjoni
      • Fil-ħiliet ta' negozjar u l-applikazzjoni tagħhom
      • Fl-effetti tal-kunflitti u modi kif dawn għandhom jiġu ttrattati
      • Fid-diversità.

      X’inhi l-ispiża tal-medjazzjoni?

      L-ispiża tal-medjazzjoni tvarja skont min ikun il-fornitur u mhijiex irregolata mill-istat.

      Il-medjazzjoni hija ġeneralment mingħajr ħlas għall- individwi meta t-tilwim jinvolvi kunflitti marbuta ma' tfal, ma' ġirien u mal-komunità, jew meta jinvolvi ħtiġijiet ta' appoġġ addizzjonali u konċiljazzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba f'diżabbiltà.

      It-tariffi għall-medjaturi privati jibdew minn £200 għal £2000 jew aktar kuljum.

      Ftehim li jirriżulta mill-medjazzjoni jista' jiġi eżegwit?

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttiva 2008/52/KE tippermetti lil dawk kollha involuti f'tilwim li jitolbu li ftehim bil-miktub li jiġi mill-medjazzjoni jsir eżegwibbli. L-Istati Membri jridu jikkomunikaw dan lill-qrati u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra li jistgħu jirċievu dawn it-talbiet.

      Ħoloq Relatati

      Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiża, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaStandards, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni Skoċċiża: Medjaturi Reġistrati, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaorganizzazzjoni ta' regolamentazzjoni

      L-aħħar aġġornament: 11/10/2018

      Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.