

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Parti f'kawża hija responsabbli biex tipprova l-fatti li fuqhom ibbażat it-talba jew l-eċċezzjonijiet tagħha. Ir-rikorrent irid jissostanzja t-talbiet tiegħu u l-konvenut irid jissostanzja l-eċċezzjonijiet tiegħu.
Il-provi jiġu sottomessi mill-partijiet fil-kawża u minn partijiet interessati oħra. Jekk parti fil-kawża jew parti interessata oħra mhix kapaċi tippreżenta xi prova partikolari, u tagħmel talba dettaljata f''dan is-sens, il-qorti tista' titlob li jiġu prodotti dawn il-provi.
Jekk il-qorti tirrikonoxxili fatt huwa għarfien komuni, mhemmx bżonn ta' provi għalih.
Il-fatti stabbiliti f'sentenza li daħħlet fis-seħħ fir-rigward ta' kawża ċivili mhemmx bżonn jerġgħu jiġu ppruvati f'kawżi ċivili oħra bl-istess partijiet.
Sentenza tal-qorti li daħħlet fis-seħħ fir-rigward ta' kawża kriminali torbot lil qorti li qed tisma' kawża dwar ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna soġġetta għas-sentenza kriminali, iżda fir-rigward biss tal-kwistjoni dwar jekk seħħx att kriminali, jew ommissjoni, u l-kwistjoni dwar jekk seħħx jew ġiex permess minn dik il-persuna.
Il-fatti li jitqiesu li ġew stabbiliti mil-liġi mhemmx bżonn jiġu pruvati. Dawn il-preżunzjonijiet jistgħu jiġu kontestati skont il-proċedura ordinarja.
Parti ma għandhiex għalfejn turi l-fatti mhux kontestati mill-parti l-oħra skont il-proċeduri stabbiliti fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.
Qorti trid tevalwa l-informazzjoni għas-sodisfazzjon tagħha stess, abbażi tal-provi li ġew eżaminati kompletament u oġġettivament fil-qorti, u skont approċċ ġudizzjarju bbażat fuq prinċipji loġiċi, sejbiet xjentifiċi u osservazzjonijiet mill-esperjenza tal-ħajja. Fis-sentenza tagħha l-qorti trid tispjega għalfejn tat preferenza lil prova u mhux oħra, u għalfejn sabet li ċerti fatti ġew pruvati u oħrajn le. L-ebda prova ma għandha effett predeterminat fuq il-qorti.
Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tgħidli l-partijiet huma responsabbli biex jippreżentaw il-provi, iżda tipprovdi wkoll għal ċerti każijiet fejn il-qorti tista' teħtieġ xi provi ex officcio (pereżempju fejn huma involuti l-interessi tat-tfal). Jekk il-qorti ssibli ma ġew preżentati l-ebda provi biex jissostanzjaw fatt jew fatti li fuqhom huma bbażati t-talbiet jew l-eċċezzjonijiet tal-parti, tinnotifika lill-partijiet kif xieraq, u jekk ikun meħtieġ tistabbilixxi perjodu għall-preżentata tal-provi.
Il-provi miktuba u materjali jiġu ppreżentati lill-qorti mill-partijiet. Fejn il-partijiet jagżmlu referenza għal provi orali, il-qorti tistieden lix-xhieda indikati mill-partijiet għal seduta ta' smigħ biex tisma' x-xhieda tagħhom. Il-qorti mbagħad tinkludi dawn il-provi fl-atti tal-kawża.
Il-qorti tippermetti biss provi li huma stabbiliti mil-liġi u ta' rilevanza għall-kawża. Il-qorti tista' tirrifjuta li taċċetta provi sottomessi wara l-14-il jum qabel is-seduta ta' smigħ, sakemm l-imħallef ma jkunx stabbilixxa perjodu differenti għas-sottomissjoni tal-provi. Waqt li tkun qed tiġi mismugħa l-kawża, il-provi jistgħu jiġu ppreżentati b'talba dettaljata ta' parti fil-kawża jew parti interessata oħra, jekk dan ma jikkaġunax dewmien fis-smigħ tal-kawża, jew il-qorti tkun aċċettatli hemm raġunijiet validi għalfejn il-provi ma ġewx ippreżentati fil-ħin, jew il-provi jikkonċernaw fatti li nkixfu matul il-proċedimenti.
Ix-xhieda tax-xhud ibbażata fuq informazzjoni minn sorsi mhux magħrufa, jew informazzjoni miksuba minn persuni oħra, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew eżaminati mill-qorti, mhumiex ammissibbli bħala provi.
L-osservazzjonijiet sottomessi mill-partijiet fil-kawża u minn partijiet terzi interessati li jinkludu informazzjoni dwar fatti li fuqhom huma bbażati t-talbiet jew l-eċċezzjonijiet tagħhom, jekk sostanzjati minn provi oħra ivverifikati u eżaminati waqt seduta l-qorti;
ix-xiehda tax-xhieda u l-esperti;
il-provi miktuba, li jikkonsistu f'dokumenti jew testi oħra li l-informazzjoni li fihom dwar fatti li huma rilevanti għall-kwistjoni hija reġistrata permezz ta' ittri, numri u simboli miktuba oħra jew mezzi tekniċi oħra, u kull mezz ta' rikordjar simili (awdjo jew tejps tal-awdjo, disketts, eċċ.);
Mhemmx differenza sostanzjali bejn: ix-xiehda tal-esperti u xhieda oħra jikkostitwixxu provi, u d-dikjarazzjonijiet bil-miktub mill-esperti wkoll huma provi. Xhud jew espert iridu jidhru l-qorti meta jiġu mħarrka mill-qorti biex jixhdu l-verità dwar iċ-ċirkostanzi li jafu bihom (xhieda) jew biex jagħtu opinjoni oġġettiva u personali dwar il-fatti xjentifiċi, tekniċi, artistiċi jew oħrajn li jkunu investigaw.
L-ebda prova ma għandha effett predeterminat li jorbot lill-qorti, iżda fis-sentenza tagħha l-qorti trid tispjega għalfejn tat preferenza lil xi prova u mhux lil oħra, u għalfejn sabetli ċerti fatti ġew ippruvati u oħrajn le.
Iva. Il-fatti li bil-liġi jistgħu jiġu pruvati biss b'ċerti forom ta' provi ma jistgħux jiġu pruvati b'xi tip ta' prova oħra.
Il-qorti taċċetta biss it-tip ta' provi previsti mil-liġi.
Xhud li ġie mħarrek quddiem il-qorti ma għandux dritt jirrifjuta li jixhed ħlief fil-każijiet previsti mil-liġi.
Il-persuni li ġejjin jistgħu jirrifjutaw li jixhdu:
Xhud li jkun għalaq l-14-il sena li jirrifjuta li jixhed għal raġunijiet li l-qorti tqis invalidi, jew li bi ħsieb jagħti xhieda falza, jikkommetti reat skont il-Liġi Kriminali.
Jekk ix-xhud, mingħajr raġuni ġusta, jonqos milli jidher wara li jkun ġie mħarrek għal dan il-għan mill-qorti jew mill-imħallef, il-qorti tista' timponi multa li ma taqbiżx l-EUR 60 jew tordna l-arrest tax-xhud biex jitla' jixhed.
Il-ministri tar-reliġjon ma għandhomx għalfejn jixhdu dwar fatti li saru jau dwarhom permezz tal-qrar, u persuni li minħabba l-professjoni jew pożizzjoni tagħhom ma jistgħux jagħtu ċerta informazzjoni afdata lilhom mhux meħtieġa jixhdu dwar din l-informazzjoni;
Persuna mħarrka bħala xhieda jridu jidhru l-qorti u jixhdu l-verità dwar kull fatt li jkunu jafu bih. Xhud irid iwieġeb għall-mistoqsijiet li jsirulu mill-qorti u mill-partijiet. Il-qorti tista' ssaqsi xhud dwar il-post ta' residenza tax-xhud, jekk ix-xhud ma jkunx jista' jattendi wara li jkun ġie mħarrek minħabba mard, età avvanzata jew invalidità jew għal xi raġuni valida oħra. Xhud jista' jiġi mistoqsi wkoll permezz ta' vidjokonferenza fil-qorti, skont fejn ikun jinsab ix-xhud, jew f'post b'tagħmir apposta għal dan il-għan.
Il-partijiet f'kawża jistgħu jikkontestaw il-veraċità tal-provi miktuba.
Il-provi miktuba ma jistgħux jiġu kontestati mill-persuna li ffirmathom hi stess. Din il-persuna tista' tikkontesta l-provi billi tiftaħ kawża separata, jekk il-firma tagħha tkun inkisbet bil-forza, theddid jew frodi. Parti tista' tippreżenta wkoll rikors dettaljat fejn jallega l-falsifikazzjoni ta' provi miktuba. Jekk il-qorti ssibli l-provi ġew falsifikati, hija teskludi l-provi u tinnotifika prosekutur pubbliku dwar il-falsifikazzjoni. Sabiex teżamina rikors li jallega l-falsifikazzjoni ta' provi miktuba, il-qorti tista' tordna rapport mingħand espert jew teħtieġ aktar provi. Jekk il-qorti ssibli parti fetħet kawża dwar il-falsifikazzjoni ta' provi miktuba mingħajr raġuni ġusta, hija tista' twaħħlu multa.
Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili teħtieġli persuna mħarrka bħala xhieda tidher il-qorti u tixhed il-verità dwar kull fatt li tkun taf bih. Jekk parti fil-kawża tkun trid turi ċerti ċirkostanzi permezz ta' xhieda orali, fit-talba tagħha lill-qorti fejn titlob li teżamina xhud trid tindika liema se jkunu l-aspetti mportanti tal-kawża li x-xhud se jkun jista' jikkonferma.
L-osservazzjonijiet ippreżentati mill-partijiet fil-kawża u minn partijiet terzi interessati li jinkludu informazzjoni dwar fatti li fuqhom huma bbażati t-talbiet jew l-eċċezzjonijiet tagħhom, huma ammissibbli bħala provi jekk sostanzjati minn provi oħra vverifikati u eżaminati waqt seduta l-qorti. Jekk parti fil-kawża tammetti l-fatti li fuqhom huma bbażati t-talba jew l-eċċezzjonijiet tal-parti l-oħra, il-qorti tista' tqisli dawn il-fatti ġew pruvati, jekk il-qorti ma jkollhiex dubjuli l-ammissjoni ma kienetx riżultat ta' frodi, vjolenza, theddid jew żball, jew biex tinħeba l-verità.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.