

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-oneru tal-provi hija mitfugħa fuq min jallegga u dan jidher ċar fil-Kodiċi ta’ Origanizzazzjoni u Proċedura Ċivili fl-Artikolu 562: ‘l-obbligu tal-prova ta’ fatt imiss dejjem lil min jallegah’.
Iva hemm regoli u dawn huma regolati taħt l-Artikolu 627 et seq tal-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. L-Artikolu 627 isemmi dokumenti li jistgħu jinġibu bħala prova u li m’għandhomx jiġu ppruvati li huma awtentiċi, fosthom:
Hemm dokumenti oħra li jistgħu jiġu ppreżentati u li l-kontenut tagħhom huwa eżentat mill-oneru tal-provu, iżda jrid jiġi ppruvat l-awtentiċita tiegħu u dawn jinkludu:
Il-kontenut ta’ dawn diversi tipi ta’ dokumenti jista’ jiġi ppruvat kuntrarju.
Barra dawn id-dokumenti, hemm preżunżjoni oħra li hija regolata taħt il-Kap 16 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Kodiċi Ċivili, li tarbija mwielda fiż-żwieġ hija tar-raġel tal-mara. Dan jista’ jiġi ppruvat li l-preżunzjoni legali mhix valida billi jagħmel rikors ġuramentat quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) u jipprova li dik il-preżunzjoni mhix valida.
Fiċ-ċivil il-livell biex il-Qorti tkun sodisfata bil-provi mressqa u li tkun tista’ tingħata sentenza huwa dak ta bilanċ ta’ probabiltajiet.
Kull waħda mill-partijiet fil-kawża, ikun xi jkun l-interess tagħha, tista’ tixhed, sew b’talba tagħha nfisha, kemm b’talba ta’ waħda oħra mill-partijiet fil-kawża, inkella jekk imsejħa mill-qorti ex officio. Meta l-proċedura tinbeda permezz ta' rikors ġuramentat, huwa obbligatorju li ssir lista tax-xhieda. L-istess jingħad għat-tweġiba u ċioe' illi fir-risposta ġuramentata trid tinkludi l-lista tax-xhieda. Ikun biss jekk il-parti jkollha bżonn ix-xhieda ta' xhud mhux indikat li għandu jiġi preżentat rikors f'dan is-sens.
Wara li r-rikors għall-ġbir tal-provi tintlaqa’, ix-xhieda jiġu mħarrkin biex jidhru bil-mezz ta’ mandat maħruġ fuq rikors tal-parti li trid iġgibhom. It-talba għall-ħruġ ta’ dan il-mandat fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta), u fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza tagħha inferjuri, tista’ ssir bil-fomm.
Il-qorti tista' tiċħad ir-rikors għall-ġbir tal-provi meta l-persuna mħarka tkun avukat, prokuratur legali u saċerdot. Barra minnhekk, bħala regola, ebda persuna preżenti waqt is-smigħ ta’ kawża ma tista’ tinġieb bħala xhud fl-istess kawża; iżda hu mħolli fid-diskrezzjoni tal-qorti li, għal raġuni tajba, tiddispensa minn din ir-regola, f’każijiet partikolari. Hemm ukoll japplikaw liġijiet speċjali li jirregolaw is-segretezza uffiċjali u ma jippermettux żvelar ta’ informazzjoni sigrieta u kunfidenzjali. Magħdud ma' dan, it-talba tista' tiġi miċħuda jekk il-Qorti jidhrilha li x-xhud mhux xhud pertinenti.
Hemm tlett tipi ta’ provi li jistgħu jitresqu u dawn huma: dokumenti, viva voce u affidavits.
Ir-regola ġenerali hi li l-eżami tax-xhieda fis-smigħ tal-kawżi għandu jsir fil-qorti bil-miftuħ u viva voce. Iżda l-liġi tipprovdi modi ta’ ġbir ta’ provi oħra li jistgħu jiġu użati:
Meta perit jiġi inkarigat bil-ġbir ta’ provi, dan ta’ l-aħħar għandu l-istess mezzi bħal ma għandhom il-qrati.
Il-mezzi ta’ prova kollha miġjuba huma meqjusa ta’ importanza ugwali.
Le, iżda dejjem trid tinġieb l-aħjar prova.
Iva l-liġi tobbliga lil kull xhud li jiġi mħarrek biex jixhed iżda xhud ma jistax jiġi mġiegħel iwieġeb għal mistoqsijiet, meta t-tweġiba għalihom tkun tista’ tissuġġettah għal proċeduri kriminali.
Ir-raġel jew il-mara tal-parti f’kawża jistgħu jixhdu u jistgħu jkunu mġiegħla jixhdu f’dik il-kawża fuq talba ta’ kull min ikun mill-partijiet. Iżda ir-raġel ma jistax jkun imġiegħel jikxef xi ħaġa li l-mara tkun fdat miegħu matul iż-żwieġ, u vica versa, u anqas jista r-raġel jew il-mara jkunu mġiegħla jwieġbu għal mistoqsija meta t-tweġiba tista’ tissuġġetta lill-mara tiegħu jew lir-raġel tagħha għall-proċeduri kriminali.
Fatti oħra li huma eżenti jinkludu dawk il-fatti li jkunu ġew fdati lill-avukat u l-prokuratur legali u lis-saċerdot. Iżda jekk l-avukut jew l-prokuratur legali iġib il-kunsens tal-klijent u s-saċerdot iġib il-kunsens tal-persuna li tkun għamlet il-qrara, dawn jistgħu jiġu mistoqsija fuq ħwejjeġ li jkunu saru jafu (dejjem bil-kunsens), l-avukat jew il-prokuratur legali billi jkunu ġew fdati lilhom mill-klijent għall-finijiet tal-kawża, u s-saċerdot billi jkun ġie jafhom taħt is-sigriet tal-qrar jew bħala qrar.
Ħlief bl-ordni tal-qorti, ebda accountant, tabib jew ħaddiem soċjali, psikologu jew marriage counsellor ma jista’ jiġi mistoqsi fuq ħwejjeġ li jkun sar jaf mill-klijent tiegħu taħt sigriet professjonali jew li seta’ sar jaf bihom fil-kapaċità professjonali tiegħu. Dan il-privileġġ igħodd ukoll għall-interpretu li jkun ġie mqabbad sabiex jistgħu jsiru dawk il-ħwejjeġ sigrieti.
Xhud marbut bis-segretezza uffiċjali ma jistax jiżvela informazzjoni sigrieta u kunfidenzjali, ħlief f’ċertu ċirkostanzi skond il-liġi partikolari li tapplika f’dak il-każ.
Jekk xhud, imħarrek regolarment, ma jidhirx meta jiġi msejjaħ, huwa jsir ħati ta’ disprezz għall-awtorità tal-qorti u jiġi minnufih ikkundannat bħala ħati u jigi mmultat. Il-qorti tista’ wkoll, b’mandat ta’ skorta jew ta’ arrest, iġġiegħlu jidher biex jagħti x-xiehda tiegħu f'udjenza sussegwenti. Iżda il-qorti tista’, meta tinġieb raġuni tajba ta’ sodisfazzjon tagħħa, taħfer il-multa inflitta.
Kull min hu f’sensieh, meta ma jkun hemm ebda eċċezzjoni kontra l-kompetenza tiegħu, jista’ jinġieb bħala xhud. Tkun liema tkun l-età tax-xhud li sejjer jinġieb, hu jista’ jinġieb bħala xhud, basta jkun jaf li hija ħaġa ħażina li wieħed jixhed il-falz.
Il-qorti tista’, f’kull waqt tal-eżami jew tal-kontro-eżami, tagħmel lix-xhud dawk il-mistoqsijiet li jidhrilha meħtieġa jew spedjenti. Min-naħa l-oħra, kull waħda mill-partijiet fil-kawża, ikun xi jkun l-interess tagħha, tista’ tixhed, sew b’talba tagħha nfisha, kemm b’talba ta’ waħda oħra mill-partijiet fil-kawża, inkella jekk imsejħa mill-qorti ex officio.
Fi kwistjonijiet li jinvolvu minuri, ġeneralment l-imħallef jisma' lill-minuri in camera jew jiġi maħtur Avukat tat-Tfal sabiex jisma' lill-minuri.
Xhud jinstema b’vidjokonferenza meta jkun jgħix barra minna Malta.
Meta prova ma tkunx inkisbet b’mod illegali, il-qorti ma jkollix restrizzjonijiet meta tagħti s-sentenza tagħha. L-unika eċċezzjoni hija li bħala regola, il-qorti ma tiħux konjizzjoni ta’ xiehda dwar fatti li x-xhud igħid li ġie jafhom mingħand ħaddieħor jew li qalhom ħaddieħor li jista’ jinġieb biex jagħti xiehda fuq dawk il-fatti.
Iva dikjarazzjoni ta’ parti fil-kawża hija ammissibli.
Le.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.