

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ir-regoli ġenerali dwar l-oneru tal-prova huma stabbiliti fl-Artikoli 342 sa 348 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż.
Iva, hemm regoli li jeżentaw ċerti fatti mill-oneru tal-provi.
Fil-każijiet li ġejjin:
Madankollu, il-preżunzjonijiet legali jistgħu jiġu kkonfutati permezz ta’ kontroprovi, ħlief f’każijiet fejn il-liġi dan ma tippermettihx (l-Artikolu 350(2) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
L-imħallef jivvaluta l-provi b’mod liberu, fuq il-bażi tal-fehma ġudizzjuża tiegħu dwar kull fatt. Il-valutazzjoni libera tal-provi mill-qorti ma tkoprix fatti li għalihom il-liġi teħtieġ formalitajiet speċjali biex jiġu pprovati, jew dawk li jistgħu jiġu pprovati biss b’dokumenti jew li huma pprovati kompletament b’dokumenti, bi ftehim jew b’konfessjoni tal-partijiet (l-Artikolu 607(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Il-qorti għandha tqis il-provi kollha mressqa, kemm jekk joriġinaw mill-parti li kellha tressaqhom u kemm jekk le, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jiddikjaraw li d-dikjarazzjoni ta’ fatt hija irrilevanti jekk ma ssirx minn ċerta parti interessata (l-Artikolu 413 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Il-valur ta’ kull mezz ta’ prova jvarja skont in-natura tiegħu (l-Artikoli 369 sa 396 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż).
Il-kumpilazzjoni ta’ xhieda mhux dejjem tirrikjedi r-rikors minn parti.
Il-liġi Portugiża tistabbilixxi l-“prinċipju inkwiżitorju”, jiġifieri huwa d-dmir tal-imħallef li jwettaq jew jordna, anke fuq inizjattiva proprja, l-azzjonijiet kollha neċessarji biex jiġu ddeterminati l-verità u s-soluzzjoni ġusta tat-tilwima fir-rigward tal-fatti li huwa legalment intitolat li jeżamina (l-Artikolu 411 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Fis-seduta ta’ qabel il-proċess jew b’digriet, kif applikabbli, il-qorti tiddetermina liema mezzi ta’ prova huma ammissibbli u jistgħu jiġu ppreżentati (l-Artikoli 591 u 593 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Bħala regola ġenerali, ix-xhieda tiġi kkumpilata fis-seduta finali (l-Artikolu 604(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż). Madankollu, bħala eċċezzjoni, il-qorti tista’ tippermetti li x-xhieda tingħata fi stadju aktar bikri (l-Artikolu 419 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Jekk, wara li jintemm il-proċess, l-imħallef jidhirlu li ma jkollux biżżejjed informazzjoni, jista’ jerġa’ jiftaħ il-proċess sabiex jisma’ lin-nies li jixtieq u biex jordna kwalunkwe azzjoni neċessarja oħra (l-Artikolu 607(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
B’mod ġenerali, f’konformità mad-dmir proċedurali stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż, huwa f’idejn l-imħallef biex jiċħad provi li jkunu irrilevanti jew sempliċiment dilatorji.
Hawn taħt hawn xi eżempji li jistgħu jagħtu lok għal ċħid, totalment jew parzjalment, ta’ rikors għall-kumpilazzjoni tax-xhieda:
Jeżistu l-mezzi ta’ prova li ġejjin:
Hemm diversi mezzi ta’ kif tinkiseb depożizzjoni minn xhud skont l-Artikoli 452, 456, 457, 466, 500, 501, 502, 503, 506, 518 u 520 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż:
Il-mezzi għat-teħid ta’ perizja f’konformità mal-Artikoli 486, 490 u 492 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż ivarjaw mill-mezzi msemmijin aktar ’il fuq għat-teħid ta’ depożizzjoni minn xhud kif ġej:
Ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni ta’ provi bil-miktub, ta’ rapporti jew ta’ perizji huma stabbiliti fl-Artikolu 416 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Iva, il-valur probatorju jvarja skont in-natura ta’ kull mezz ta’ prova (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.3).
Iva, speċifikament fil-każijiet li ġejjin:
Il-persuni kollha, kemm jekk ikunu partijiet fil-kawża kif ukoll jekk le, għandhom dmir li jassistu fl-iskoperta tal-verità tal-kwistjoni, f’konformità mal-Artikolu 417 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż.
Il-każijiet li fihom xhud jista’ jirrifjuta b’mod leġittimu li jixhed huma stabbiliti fl-Artikolu 497 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż.
Il-persuni kollha, kemm jekk ikunu partijiet fil-kawża kif ukoll jekk le, għandhom dmir li jassistu fl-iskoperta tal-verità tal-kwistjoni, f’konformità mal-Artikolu 417 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż.
Kull min jirrifjuta li jikkoopera jiġi mmultat, mingħajr preġudizzju għall-mezzi koerċittivi possibbli (l-Artikolu 417(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Jekk xhud jonqos milli jidher mingħajr ġustifikazzjoni, il-qorti tista’ timponi multa jew tordna lix-xhud jidher taħt arrest (l-Artikolu 508(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Iva, l-evidenza ma tistax tinkiseb fil-każijiet li ġejjin:
Ir-rwol tal-imħallef u tal-partijiet fis-smigħ ta’ xhud huwa rregolat bir-regoli dwar l-għoti ta’ xhieda stabbiliti fl-Artikolu 516 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż.
Ix-xhieda jixhdu fis-seduta finali personalment jew permezz ta’ vidjokonferenza (l-Artikolu 500 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż). L-eżami tax-xhieda b’mezzi teknoloġiċi, bħat-telekonferenzi, huwa rregolat bl-Artikolu 502 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż.
Iva. Eżempju ta’ dan huwa evidenza miksuba b’nuqqas ta’ rispett għall-ħajja privata u tal-familja u tad-dinjità tal-bniedem, kif meħtieġ mill-Artikolu 490 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Iva. Iva, konfessjoni li biha l-parti tirrikonoxxi fatt li huwa ta’ detriment għaliha u ta’ benefiċċju għall-kontroparti tinkiseb permezz tax-xhieda tal-parti (l-Artikolu 352 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż u l-Artikolu 452 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Il-qorti tikkunsidra liberament id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet, ħlief fejn jinvolvu konfessjoni (l-Artikolu 466(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż).
Il-Portugall ma speċifika l-ebda awtorità oħra, bil-ġbir tal-provi għall-finijiet tal-proċedimenti ġudizzjarji tkun ir-responsabbiltà tal-qrati Portugiżi.
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż
Nota:
Il-Punt ta’ Kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, il-qrati jew entitajiet u awtoritajiet oħrajn mhumiex marbutin bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva, li tista’ tkun soġġetta għal bidliet fl-interpretazzjoni mill-ġurisprudenza. Għalkemm l-iskedi informattivi jiġu aġġornati fuq bażi regolari, xorta hemm bżonn li tinqara l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.