

Hemm dispożizzjonijiet bażiċi dwar il-miżuri kawtelatorji f'kawżi ċivili fil-Kapitolu 15 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken"). Ir-regola ġenerali hija li ma tista' ssir l-ebda miżura kawtelatorja marbuta ma' talba skont il-liġi ċivili sakemm ma tkunx ingħatat sentenza mill-qorti. Id-dispożizzjonijiet rigward miżuri kawtelatorji huma eċċezzjoni għal din ir-regola. Il-miżuri kawtelatorji normalment għandhom l-għan li jiżguraw li l-parti telliefa twettaq dak li jkun mitlub minnha wara deċiżjoni tal-qorti.
L-aktar miżura kawtelatorja komuni huwa l-mandat ta'qbid, li jfisser li r-rikorrent jista' jaqbad il-proprjetà tal-parti l-oħra, jew li jċaħħad lill-parti l-oħra mid-dritt li tiddisponi mill-proprjetà tagħha b'xi mod ieħor.
Skont il-Kapitolu 15, it-Taqsima 1 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-mandat ta' qbid jista' jingħata sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni futura ta' sentenza marbuta ma' talba. Bħala regola ġenerali, deċiżjoni dwar qbid skont din id-dispożizzjoni trid tkun miktuba b'mod li l-proprjetà tad-debitur tinqabad sabiex tkopri ammont speċifikat fit-talba. F'każijiet eċċezzjonali, id-deċiżjoni tista', madankollu, tiddikjara liema proprjetà hija soġġetta għall-eżekuzzjoni.
Il-mandat ta' qbid jista' jinħareġ ukoll biex jiżgura l-eżekuzzjoni futura ta' sentenza marbuta ma' dritt superjuri fuq ċerta proprjetà (il-Kapitolu 15, it-Taqsima 2 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja). Eżempji ta' dawn is-sentenzi huma dawk li jinkludu deċiżjonijiet fejn jiġi ddikjarat li r-rikorrent għandu dritt superjuri għal ċerti ishma, kif ukoll dawk fejn il-konvenut jiġi obbligat jagħtih minnufih dawk l-ishma.
Fil-Kapitolu 5, it-Taqsima 3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja hemm dispożizzjoni ġenerali dwar id-dritt tal-qorti sabiextordna miżura xierqa biex tħares id-drittijiet tar-rikorrent. Din id-dispożizzjoni tapplika f'każ ta' inibizzjonijiet, pereżempju. Talba għal konferma li l-konvenut ma għandux dritt jaħdem b'ċerti prodotti speċifikati f'klawżola ta' kompetizzjoni ġiet meqjusa wkoll li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.
Barra minn hekk, skont il-Kapitolu 15, it-Taqsima 4 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-qorti tista', f'każijiet ta' dritt superjuri għal ċerti sentenzi dwar proprjetàtordna r-ritorn tal-ass trasferit.
Barra minn hekk huwa stabbilit fil-Kapitolu 15, it-Taqsima 5, sottotaqsima 3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja limiżura provviżorja kawtelatorja tista' tingħata f'ċerti kundizzjonijiet.
Barra minn hekk, hemm ukoll dispożizzjonijiet separati dwar il-miżuri kawtelatorji f'xi oqsma speċjali, pereżempju l-liġi dwar il-privattivi.
Id-deċiżjonijiet dwar il-miżuri kawtelatorji jingħataw mill-qorti meta jkunu pendenti l-proċedimenti. Jekk mhemmx proċedimenti pendenti, id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni fil-biċċa l-kbira huma l-istess bħal dawk li japplikaw għall-kawżi ċivili b'mod ġenerali.
Il-qorti ma tistax tqajjem il-kwistjoni tal-miżuri kawtelatorji ex officio. Għalhekk huwa rekwiżit li l-parti li tixtieq din id-deċiżjoni tressaq talba għaliha. Jekk mhemmx proċedimenti pendenti, it-talba trid issir bil-miktub.
Ir-rikorrent mhemmx għalfejn jiġi assistit jew rappreżentat minn solicitor (avukat li ma jipprattikax il-qorti). Il-proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati Svediżi huma mingħajr ħlas, bl-eċċezzjoni ta' tariffa għal rikors li bħalissa hija ta' SEK 450 (madwar EUR 50).
Sabiex jingħataw miżuri skont il-Kapitolu 15, it-Taqsima 1-3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken"), hemm kundizzjoni li l-kwistjonijiet prinċipali nfushom (pereżempju talba skont it-Taqsima 1) jistgħu jkunu soġġetti għal kawża jew eżami minn proċedura simili oħra. Din tal-aħħar tinkludi proċedura ta' arbitraġġ.
Il-Qorti Suprema ("Högsta domstolen") iddeċidiet li l-mandat ta' qbid jew miżuri kawtelatorji oħra skont il-Kapitolu 15 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja jistgħu jinħarġu wkoll fir-rigward ta' talbiet li jridu jinstemgħu minn qrati barraninjekk id-deċiżjoni tal-qorti tista' tiġi eżegwita l-Isvezja.
Sabiex jinħareġ mandat ta' qbid skont il-Kapitolu 15, it-Taqsimiet 1-3 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja, iridu jiġu sodisfati wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar mandati ta' qbid għal talbiet tikkonsisti fil-qbid ta' proprjetà sa ċertu ammont. B'mod ġenerali, japplikaw l-istess prinċipji kemm għall-eżekuzzjoni kif ukoll il-konfiska. Mhemmx kwistjoni ta' bejgħ tal-proprjetà.
Fil-prinċipju, kull xorta ta' proprjetà tista' tinqabad matul l-eżekuzzjoni. Il-proprjetà tista' tkun jew mobbli jew immobbli.
Ċerta proprjetà ma tistax tinqabad. Dan huwa l-każ tal-"benefice property", li tfisser inter alia:
Il-proprjetà tista' tiġi mħarsa wkoll b'regolamenti separati. Dan jista' jkun il-każ bid-danni, pereżempju.
Il-mandat ta' qbid ma jistax japplika fuq il-paga, pereżempju, sakemm din tiġi mħallsa u tista' tinqabad.
Meta tinqabad il-proprjetà minħabba d-djun, il-konvenut ma jistax jittrasferixxi l-proprjetà jew jeħles minnha b'mod li jikkaġuna ħsara lir-rikorrent. L-Awtorita' Svediża għall-Eżekuzzjoni ("Kronofogdemyndigheten") tista', madankollu, tippermetti xi eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq it-trasferiment jekk hemm raġunijiet speċjali. Kull dispożizzjoni li tmur kontra din il-projbizzjoni tista' twassal għar-responsabbiltà kriminali.
Meta tingħata miżura skont il-Kapitlu 15, it-Taqsimiet 1-3 tal-Kodiċi Svediż dwar il-Proċedura Ġudizzjarja, ir-rikorrent irid jiftaħ kawża fir-rigward tal-kwistjoni fi żmien xahar mid-deċiżjoni, jekk ikun għadu ma sar xejn. Jekk it-talba tiġi eżaminata minn proċedura oħra, ir-rikorrent irid minflok jieħu miżuri kif previsti minn dik il-proċedura.
Jekk tingħata miżuraprovviżorja, id-deċiżjoni trid tintbagħat lill-partijiet u l-konvenut huwa obbligat jagħti l-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni. Jekk jaslu l-kummenti tal-konvenut, il-qorti trid terġa' teżamina minnufih il-kwistjoni dwar jekk għandhiex tibqa' fis-seħħ il-miżura.
Miżura trid tiġi revokata minnufih jekk, wara li tkun ingħatat, tingħata garanzija li tissodisfa l-għan ta' dik il-miżura.
Kwistjoni li tinvolvi miżuri kawtelatorji trid tiġi deċiża b'deċiżjoni kemm meta titqajjem bħala kwistjoni ta' proċedura b'rabta mas-smigħ tal-każ u kemm meta' l-kwistjoni ta' miżuri kawtelatorji hija indipendenti.
Fiż-żewġ każijiet, jista' jsir appell separat mill-persuna li kontriha ngħatat id-deċiżjoni. Peruna li tixtieq tappella kontra deċiżjoni tal-qorti distrettwali ("tingsrätt") trid tagħmel dan bil-miktub fi żmien tliet ġimgħat mid-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni. Jekk id-deċiżjoni ma ingħatatx waqt seduta, u ma kienx tħabbar waqt l-ebda seduta li kienet se tingħata deċiżjoni, il-preskrizzjoni għall-appell tibda tgħodd mid-data li fiha l-appellant jirċievi d-deċiżjoni. L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-appell ("hovrätt") iżda mressaq quddiem il-qorti distrettwali ("tingsrätt").
Jekk il-qorti distrettwali tiċħad rikors għal miżura kawtelatorja f'kawża ċivili skont il-Kapitolu 15 tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken") jew irrevokat deċiżjoni dwar din il-miżura, il-qorti tal-appell tista' immedjatament tħalli l-miżura fis-seħħ sa ma jingħata avviż ieħor. Jekk il-qorti distrettwali awtorizzat din il-miżura jew iddikjarat illi d-deċiżjoni tista' tiġi eżegwita anke jekk għadha mhix finali u assoluta, il-qorti tal-appell tista' tiddeċiedi minnufih li d-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi eżegwita sa ma jingħata avviż ieħor.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.