Il-qorti ta' liema pajjiż hija responsabbli?

Portugall
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?

Ir-regola ġenerali skont il-liġi Portugiża hija li l-qrati distrettwali (tribunais de comarca) huma kompetenti sabiex iħejju u jisimgħu kawżi li jikkonċernaw kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħrajn. Il-qrati distrettwali għandhom kompetenza kemm ġenerali kif ukoll speċjalizzata (l-Artikolu 80 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013

Il-ġuriżdizzjoni hija maqsuma bejn il-qrati skont is-suġġett, il-valur, il-grad u t-territorju. (L-Artikoli 37, 40, 41, 42 u 43 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Din il-kwistjoni hija rregolata bil-leġiżlazzjoni li ġejja:

2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?

Kif imsemmi aktar ’il fuq, il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali hija definita b’mod awtomatiku, jiġifieri, huma kompetenti sabiex iħejju u jisimgħu kawżi dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħra. Il-qrati distrettwali huma maqsumin f’awli (juízos) ta’ kompetenza speċjalizzata u ġenerali, kif ukoll f’awli lokali (l-Artikolu 81 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Sabiex issir taf jekk għandekx tmur l-awla ċivili lokali ta’ kompetenza ġenerali, jew f’awla speċjalizzata ċentrali, jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 3 aktar ’il quddiem.

Pereżempju, għandek tmur l-awla ċivili ċentrali għal azzjonijiet dikjaratorji skont il-proċedura komuni b’valur li jaqbeż il-EUR 50 000 (l-Artikolu 117 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?

Iva. Hemm distinzjoni bejn qrati superjuri u inferjuri għall-fini ta’ appelli kontra sentenzi tal-qrati. Bħala regola ġenerali, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça) tisma’ appelli b’valur li jaqbeż il-limitu tal-qrati tal-appell (tribunais da Relação) u l-qrati tal-appell jisimgħu kawżi b’valur li jaqbeż il-limitu tal-qrati tal-Prim’Istanza (tribunais judiciais de primeira instância) (l-Artikolu 42 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Il-limiti huma stabbiliti fl-Artikolu 44 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Sabiex jiġi ddeterminat liema qorti hija kompetenti, huwa neċessarju li jiġu applikati r-regoli dwar il-kompetenza bbażati fuq is-suġġett, fuq il-valur, fuq il-grad u fuq it-territorju stabbiliti fil-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)

Il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni territorjali hija rregolata bl-Artikolu 43 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Sabiex issir taf jekk hijiex kompetenti l-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B, jeħtieġlek tikkonsulta l-Annessi I, II u III tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali

Persuni fiżiċi

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 80 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-persuni ġuridiċi u l-kumpaniji

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 81 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Diversi intimati u rikorsi kumulattivi

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 82 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Kawżi li fihom waħda mill-partijiet tkun imħallef, il-konjuġi ta’ mħallef jew qarib partikolari ta’ mħallef

Tapplika r-regola stabbilita fl-Artikolu 84 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili .

Is-smigħ tal-appelli

Ir-regola dwar il-kompetenza għas-smigħ tal-appelli hija stabbilita fl-Artikolu 83 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika

2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?

Din li ġejja hija tweġiba konġunta għal dawn it-tliet mistoqsijiet.

L-eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali msemmijin hawn fuq huma stabbiliti fl-Artikoli 70 sa 79 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-eżekuzzjoni huma stabbiliti fl-Artikoli 85 sa 90 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Liġi tax-xogħol

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 13 tal-Kodiċi tal-Proċedura tax-Xogħol.

Insolvenza

Tapplika r-regola stabbilita fl-Artikolu 7 tal-Kodiċi ta’ Insolvenza u ta’ Rkupru Korporattiv.

Inventarju

Għall-kompetenza fi proċedimenti bl-inventarju, ara l-iskeda informattiva dwar is-suċċessjoni.

Il-manteniment għall-adulti u l-minorenni u r-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri

Għal aktar informazzjoni dwar kompetenza f’kawżi dikjaratorji marbuta ma’ pagamenti ta’ manteniment għall-adulti u l-minorenni, fl-eżekuzzjoni tagħhom u f’kawżi dwar ir-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, ara l-iskeda informattiva dwar il-manteniment.

2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?

Iva. Il-kompetenza miftiehma hija stabbilita fl-Artikolu 95 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?

Il-ġuriżdizzjoni ta’ kull qorti tiddependi fuq is-suġġett, kif stabbilit hawn taħt:

Awli ċivili ċentrali (Juízos centrais cíveis)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli ċivili ċentrali hija stabbilita fl-Artikolu 117 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli ċentrali tal-familja u tal-minorenni (Juízos centrais de família e menores)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli tal-familja u tal-minorenni hija stabbilita fl-Artikoli 122 sa 124 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli ċentrali tax-xogħol (Juízos centrais do trabalho)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli tax-xogħol hija stabbilita fl-Artikolu 126 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli kummerċjali ċentrali (Juízos centrais de comércio)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli kummerċjali hija stabbilita fl-Artikolu 128 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Awli ċentrali tal-eżekuzzjoni (Juízos centrais de execução)

Il-ġuriżdizzjoni tal-awli tal-eżekuzzjoni hija stabbilita fl-Artikolu 129 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

QRATI B’KOMPETENZA USA’

Il-Qorti tal-Proprjetà Intellettwali (Tribunal da propriedade intellectual);

Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Proprjetà Intellettwali hija stabbilita fl-Artikolu 111 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Il-Qorti għall-Kompetizzjoni, għar-Regolamentazzjoni u għas-Superviżjoni (Tribunal da concorrência, regulação e supervisão)

Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti għall-Kompetizzjoni, għar-Regolamentazzjoni u għas-Superviżjoni hija stabbilita fl-Artikolu 112 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

il-Qorti Marittima (Tribunal marítimo)

Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Marittima hija stabbilita fl-Artikolu 113 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

QRATI SUPERJURI

Il-Qrati tal-Appell

Id-definizzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Qrati tal-Appell huma stabbiliti fl-Artikolu 67 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja

L-organizzazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja hija stabbilita fl-Artikolu 47 tal-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

Il-leġiżlazzjoni applikabbli:

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili

Il-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013 (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tas-Sistema Ġudizzjarja)

Id-Digriet Amministrattiv Nru 49/2014 tas-27 ta’ Marzu 2014 (Ir-Regoli applikabbli għall-Organizzazzjoni u għall-Funzjonament tal-Qrati)

Il-Kodiċi tal-Proċedura tax-Xogħol

Il-Kodiċi ta’ Insolvenza u Rkupru Korporattiv

Avviż

Il-Punt ta’ Kuntatt, il-qrati jew entitajiet u awtoritajiet oħra ma humiex marbuta bl-informazzjoni f’din l-iskeda informattiva. Għalhekk iridu jiġu kkonsultati t-testi legali fis-seħħ u l-emendi sussegwenti tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 06/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.