Il-Qorti:
Rat ir-rikors guramentat ta’ Marco Garaffa li premess tieghu, wara li gie premess illi:
L-attur xtara u akkwista minghand is-socjetà konvenuta vettura gdida tal-marka Ford Kuga bin-numru tar-registrazzjoni “Kuga” u dan fis-17 ta’ Dicembru 2008.
Ftit wara li din il-vettura giet ikkonsenjata lill-attur beda diehel kwantità ta’ ilma mill-‘windscreen’/sunroof ta’ quddiem tal-istess vettura.
Nonostante diversi tentattivi da parti tas-socjetà konvenuta sabiex tigi rimedjata din il-problema, xorta wahda baqa’ diehel l-ilma. F’okkazjoni partikolari s-socjetà konvenuta accettat li tbiddel il-‘windscreen’ tal-vettura u l-vettura damet aktar minn tlett xhur fil-garage tas-socjetà konvenuta però dan ma solviex il-problema.
Fil-frattemp saru diversi negozjati bejn il-partijiet sabiex tigi rizolta din il-pendenza però minghajr esitu favorevoli.
Minkejja diversi tentattivi u kif gia gew avzati kemm-il darba l-konvenuti, din il-vettura jirrizulta li mhijiex tal-kwalità pattwita u dan minhabba problemi ohra li l-konvenuti mill-ewwel xhur gew infurmati dwarhom u li minkejja li dahlet ghandhom ghall-verifiki u twissijiet diversi drabi, s-socjetà konvenuta ghadha mhix f’posizzjoni tindividwa u ssolvi professjonalment.
Fil-frattemp l-attur inkorra danni kif ser jirrizulta waqt is-smiegh u t-trattazzjonijiet ta’ din il-kawza.
Permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Novembru 2011 is-socjetà konvenuta giet interpellata sabiex tirrixendi l-bejgh in kwistjoni pero baqghet inadempjenti.
Intalbet din il-Qorti biex:
1. Tiddikjara illi vettura tal-marka Ford Kuga bin-numru tar-registrazzjoni “Kuga” mibjugha lill-atturi fis-17 ta’ Dicembru 2008 mhijiex wahda tal-kwalità pattwita u hija milquta b’nuqqas ta’ konformità kif provdut fl-Artikolu 74 sa 76 tal-Kap. 378 tal-Ligijiet ta’ Malta u ghalhekk hemm lok li tintalab ir-rexxessjoni tal-kuntratt tal-bejgh de quo u rifuzjoni tal-prezz kollu mhallas.
2. Tirrixxendi l-bejgh tal-vettura tal-marka Ford Kuga bin-numru tar-registrazzjoni “Kuga” mibjugha lill-atturi fis-17 ta’ Dicembru 2008.
3. Tordna lis-socjetà konvenuta tirrifondi lura lill-attur il-prezz imhallas ta’ tnejn u erbghin elf Ewro (€42,000).
4. Tiddikjara illi a kawza tal-agir tas-socjetà konvenut kif fuq inghad l-attur sofra danni konsistenti fost affarijiet ohra ta’ licenzji, assikurazzjoni u registrazzjoni.
5. Tikkundanna lis-socjetà konvenuta thallas is-somma hekk likwidata.
Bl-ispejjez u l-imghax u l-konvenuti ingunti in subizzjoni.
Rat id-dokumenti annessi.
Rat ir-risposta guramentata ta’ Gasan Enterprises Limited li in forza taghha gie eccepit illi:
Preliminarjament sabiex jehles mir-rabta kuntrattwali mas-socjetà konvenuta kif jidher mill-kuntratt tas-17 ta’ Dicembru 2008 (il-“Kuntratt”), ir-rikorrent kellu jirrifjuta materjalment il-vettura mibjugha tal-marka Ford Kuga (il-“Vettura”) u jiddepozitaha taht l-awtorità ta’ din l-Onorabbli Qorti.
Preliminarjament u minghajr pregudizzju ghas-suespost, l-azzjoni tar-rikorrent hija preskritta u dan skond l-Artikolu 78 u 79 tal-Kap. 378 tal-Ligijiet ta’ Malta dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Minghajr pregudizzju ghas-suespost u fil-mertu, is-socjetà konvenuta tichad li l-vettura kkonsenjata lir-rikorrent mhijiex tal-kwalità pattwita u li hija milquta b’nuqqas ta’ konformità mad-deskrizzjoni u l-ispecifikazzjoni tal-Kuntratt, u ghaldaqstant is-socjetà konvenuta tirrispondi li mhix responsabbli li taghti r-rimedji mitluba mir-rikorrent fir-rikors promotur;
Minghajr pregudizzju ghas-suespost u fil-mertu, ir-rikorrent kellu fl-ewwel lok qabel ma jintavola talba ghar-rexxizzjoni tal-Kuntratt, jirrikorri ghal rimedji provduti fl-Artikolu 75 tal-Kap. 378 u huwa biss wara li jezawrixxi dawn ir-rimedji inutilment illi jistà jirrikorri ghar-rimedji mitluba fir-rikors promotur.
Subordinatament u minghajr pregudizzju ghall-premess, ir-rikorrent m’ghandux il-jedd ghar-rexxissjoni tal-Kuntratt; jekk hemm xi nuqqas ta’ konformità dan ma jirrizultax fil-vettura izda limitatament fir-rigward tas-sealer tal-windscreen, u bhala tali l-allegat nuqqas ta’ konformità huwa wiehed minuri, insinjifikanti u li ma jgibx mieghu konsegwenza ta’ rexxissjoni.
Is-socjetà kovenuta tichad ulterjorment illi hija responsabbli ghall-allegati danni li jghid li sofra r-rikorrent.
Di più, ir-raba talba tar-rikorrent ma tistax tigi akkolta ghaliex il-Kap. 387 ma jikkontemplax ghotja ta’ danni meta ssir talba abbazi tal-Artikoli 74 sa 76.
Ghaldaqstant, in vista tas-suespost, it-talbiet kollha tar-rikorrent ghandhom ikunu michuda.
Salv risposti ohra jekk ikun il-kaz.
Bl-ispejjez.
Rat l-affidavit u d-dokumenti mressqa.
Semghet xhieda viva voce.
Rat in-noti ta’ sottomissjonijiet tal-partijiet.
Rat l-atti kollha.
Rat li l-kawza thalliet ghas-sentenza fuq l-ewwel zewg eccezzjonijiet tas-socjetà intimata.
Permezz ta’ din il-kawza Marco Garraffa qed jitlob lil din il-Qorti tiddikjara li vettura mixtrija minnu mhijiex tal-kwalità pattwita. Qed jitlob li l-bejgh jigi mhassar u li l-flus mhallsa jigi rifuzi. Qed jitlob ukoll id-danni. Is-socjetà intimata tibda billi teccepixxi in-nuqqas ta’ depozitu kif ukoll il-preskrizzjoni a tenur tal-Art. 78 u 79 tal-Kap. 378.
L-ewwel eccezzjoni tas-socjetà intimata hija msejjsa fuq l-allegat nuqqas ta‘ depozitu tal-vettura. Il-Qorti ma tistax ma turix it-thassib taghha dwar kif zvolgiet il-procedura tad-depozitu tal-vettura. Jirrizulta illi c-cedola tad-depozitu ggib it-timbru tat-12 ta’ April 2012, liema timbru jidher li gie kancellat mill-istess deputat registratur u rimpjazzat bid-data tas-7 ta’ Awissu 2012, data din li fiha jidher li sar il-hlas relattiv. Din hija sussegwenti ghad-data prezentata tal-eccezzjonijiet tas-socjetà konvenuta. Kif xehdet id-deputat Marvic Farrugia:
“Li nista’ nikkonferma illi l-hlas sar fis-7 ta’ Awwissu 2012. Jiena ma nistax inwiegeb ghal xoghol haddiehor. Jista’ jaghti l-kaz illi att jigi pprezentat allura jkollu t-timbru tal-attwarji, pero’ ma jimxix sakemm ikun sar il-hlas u jista’ jkun li l-hlas ikun sar f’data wara. Jekk ikun sar xi zball x’imkien, tibqa’ ghand l-attwarja.
Kieku jkun sar hlas li ma jkoprix l-ammont kollu, ikun hemm 2 timbri tal-cash. F’dan il-kaz hemm timbru wiehed jigifieri l-hlas sar darba u ma thallsitx fit-12 ta’ April, thallset fis-7 ta’ Awwissu.”
Din il-Qorti digà kellha okkazjoni tirrimarka dwar sitwazzjoni simili fil-kawza Muscat vs Sciberras – 24 ta Frar, 2012. Tinnota li, minkejja li din is-sentenza giet mibdula mill-Qorti tal-Appell, dik il-Qorti kellha dan xi tghid fir-rigward.
“Din il-Qorti, taqbel, fil-principju, ma’ dak li qalet l-ewwel Qorti, u dan peress li l-hlas huwa parti integrali mill-prezentata tal-att. Meta skont il-ligi hu dovut hlas mal-prezentata, u fuq l-att jigi indikat kemm hi s-somma li ghandha tithallas, il-hlas relattiv huwa intrinsikament marbut mal-prezentata fizika tal-att, u l-att ma jistax jitqies validament ipprezentat qabel ma jsir il-hlas. L-Artikolu 183 tal-imsemmi Kap. 12 jghid testwalment li mal-prezentata ta’ att, ir-Registratur ghandu jnizzel fil-gnub tal-iskrittura “s-somma mhallsa” ghad-drittijiet u l-isem tal-persuna li thallashom, li jfisser li mal-prezentata d-drittijiet iridu jkunu gia` mhallsa ghax altrimenti l-att ma jitqiesx ipprezentat. Il-prezentata minghajr hlas ma jistax ikollu
effett legali u l-kelma tal-ligi, fin-nuqqas ta’ spjega plawsibbli, ma tistax tigi injorata.”
Il-Qorti tal-Appell f’dik is-sentenza irriteniet illi galadarba ma jirrizultax li ntalab hlas mal-prezentata, l-att gie meqjus regolarment ipprezentat. Meta, bhala fic-cedola in ezami, il-kont tal-hlas innotat fuq il-genb tal-att ma jaghtix informazzjoni dwar min talbu, is-sitwazzjoni tibqa’ dubbjuza.
F’din il-kawza, però, dan l-istharrig jibqa’ purament akkademiku ghaliex din il-Qorti tqis li l-Kap. 378 ma jesigix li x-xerrej jiddepozita l-oggett mixtri taht l-awtorità tal-Qorti, dan minkejja x-xebh bejn l-azzjoni a tenur tal-Art. 378 u dik taht l-Art. 1390 tal-Kodici Civili (ara Mattocks vs KNK 23 ta’ April 2010).
Fil-kuntest, però, galadarba l-Kap. 378 huwa meqjus bhala l-ligi specjali u, a bazi tal-principju “ubi lex volvit dixit” din il-Qorti ma tasalx biex tqis essenzjali r-rifjut kif provdut ghalih l-Art. 1390. Ghalhekk l-ewwel eccezzjoni ta’ Gasan Enterprises Limited qed tigi michuda.
Is-socjetà intimata f’din il-kawza teccepixxi ukoll il-preskrizzjoni ai termini tal-Art. 78 u 79 tal-Kap. 378. In linea ta’ principju ghandu jigi enfasizzat f’dan l-istadju illi kull interpretazzjoni fir-rigward ghandha tkun essenzjalment restrittiva.
Inoltre, jigi ribadit illi bhal kull eccezzjoni ohra li tigi moghtija fil-kors ta’ kawza, japplika ghal din l-eccezzjoni il-principju li min jallega jrid jipprova.
Permess dan, il-Qorti kkunsidrat l-Art. 78 jipprovdi illi:
“Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli taħt id-disposizzjonijiet tal-artikoli 73 u 74 meta l-konsumatur jinduna bin-nuqqas ta’ konformità fi żmien sentejn mill-kunsinna tal-oġġetti. Dan il-perjodu għandu jiġi sospiż sakemm idumu għaddejjin in-negozjati bejn il-kummerċjant u l-konsumatur bil-għan li jintlaħaq ftehim amikevoli.”
Inoltre l-Art. 79 ikompli:
“(1) Sabiex ikun jista’ jikseb benefiċċju mir-rimedji disponibbli taħt din it-Taqsima, konsumatur għandu javża lill-kummerċjant bil-miktub b’kull nuqqas ta’ konformità fi żmien xahrejn mid-data meta l-konsumatur ikun intebaħ b’dak n-nuqqas ta’ konformità.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jitqies bħala prova suffiċjenti li jkun ingħata avviż jekk in-notifika ssir b’att ġudizzjarju fiż-żmien preskritt, jew jekk il-konsumatur juri li l-ittra tkun intbagħtet bil-posta reġistrata fiż-żmien preskritt.”
Fil-kaz in ezami jirrizulta illi l-vettura nxtrat fis-17 ta’ Dicembru 2008. F’April 2009 il-vettura kienet involuta f’incident fejn il-windscreen sfat imxaqqa. Inbidlet u l-vettura nghatat lil sidha fil-25 ta’ Gunju 2009. Fil-11 ta’ Jannar 2010 Gasan bdew xoghol fuq il-lastiku tal-windscreen u dan ix-xoghol tlesta fit-30 ta’ Jannar 2010. Sar xoghol ulterjuri fuq l-istess windscreen u fuq dan ix-xoghol inghalqet job card fil-5 ta’ Marzu 2010.
Minn din id-data ‘l quddiem il-partijiet ma jaqblux mad-dettalji kronologici. Filwaqt li Gasan Enterprises permezz tal-After Sales Manager taghha, ssostni li wara dik id-data ma rceviet ebda ilment minghand is-sid tal-vettura, l-istess sid il-vettura jikkonferma illi f’Dicembru 2011 rega’ nduna li kien rega’ beda diehel l-ilma mill-windscreen. Intalab li jhalli l-vettura ghand Gasan Enterprises ghall-verifiki. Jghid li hekk ghamel u talab lil Joseph Agius jibqa’ ghassa maghha. Dan Joseph Agius isostni li dan kien fil-bidu tal-2012. Huwa konfermat bil-gurament minn Joseph Agius.
Issa kif irriteniet il-Qorti fis-sentenza Ellul Bonici vs United Automobiles Limted:
“L-unika differenza bejn il-ligi ordinarja taht il-Kodici Civili u d-disposizzjoni rilevanti (Artikolu 78) taht il-ligi specjali (Kapitolu 378) tidher li tinsab f’dan. Hekk mentri, skond kazistika konkordanti, in-negozjati jew trattativi li jsiru bejn il-partijiet biex jittantaw jirrisolvu l-kwestjoni ta’ bejniethom ma kienux jinterrompu d-dekorriment tat-terminu preskrittiv (ara b’ezemplari “Negte, Alessandro Mizzi vs Alfredo Camoin et”, Qorti tal-Kummerc, 31 ta’ Novembu, 1912), salv jekk bhala effett u fil-kors ta’ dawk it-trattattivi, il-venditur ma jkunx irrikonoxxa u ma jkunx ikkontrasta l-ezistenza tal-vizzju (ara “Emmanuele Camilleri nomine vs Anthony Calascione nomine”, Qorti tal-Kummerc, 29 ta’ Ottubru, 1954), fil-kaz prospettat taht l-Artikolu 78 hi l-ligi stess li tennuncja illi l-perjodu preskrittiv jarresta l-mixja tieghu u jibqa’ sospiz sakemm idumu ghaddejjin in-negozjati tendenti ghall-ftehim amikevoli.”
Fic-cirkostanzi, ghaldaqstant, din l-eccezzjoni ukoll qeghda tigi michuda.
Ghaldaqstant, il-Qorti taqta’ u tiddeciedi billi tichad l-ewwel zewg eccezzjonijiet ta’ Gasan Enterprises Limited. L-ispejjez jibqghu rizervati ghall-gudizzju finali.