Il-Qorti,
Rat ir-rikors guramentat tas-socjeta attrici tal-4 ta’ Novembru 2011 li jghid hekk:
1. Illi, hekk kif jirrizulta mid-dokument mehmuz Beer01, I-esponenta hija I-agent esklussiv tal-Molson Coors International u b'hekk agent esklussiv tal-prodotti illi jigi distribwiti bil-markji Carling, Caffreys, Worthingtors, Blue Moon u markji ohrajn (Iiema prodotti ghandhom riputazzjoni f'Malta).
2. Illi jirrizulta lill-esponenta illi, il-konvenuta MAX DINER LIMITED (C 23873), b'mod mendaci qed ixxerred informazzjoni fis-suq illi tindika illi hija agenta esklussiva tal-imsemmija Molson Coors International meta fiI-fattmhux hekk.
3. IlIi jirrizulta wkoll illi, ghal fini tar-reklamar, il-konvenuta MAX DINER LIMITED (C 23873) hadet l-inizjattiva illegali u abbuziva illi b'kontravvenzjoni tal-ligi twahhal mat-trakkijiet taghha u kartolerija varja markji proprjeta tal-imsemmija ditta Molsons Coors International.
4. IIli I-agir illegali u abbuziv tal-konvenuta MAX DINER LIMITED (C 23873) qed isir bi ksur tal-Kodici Kummercjali (artikolu 32 Abbuz ta' uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintivi, 32B Reklamar qarrieqi u 34 Tixrid ta' notizzji bi hsara ta' kummercjanti ohra).
5. IlIi n-notizzji foloz illi qed ixxerred il-konvenuta qed jikkawzaw danni lill-esponenti.
6. IlIi dawn I-affarjiet l-esponenti jafu bihom personalment.
Ir-Raguni tat-taIba
1. Din il-kawza qed issir kontra I-intimat ghal-vjolazzjoni ta' diversi dispozizzjonjiet tal-Kodici tal-Kummerc ghal-fini tal-artikoli 32 (Abbuz ta' uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintivi), 32B (Reklamar qarrieqi) u 34 (Tixrid ta' notizzji bi hsara ta' kummercianti ohra) tal-Kodici tal-Kummerc.
Talba
Jghid ghalhekk il-konvenut ghaliex dina I-Onorabbli Qorti, prevja kwalsiasi dikjarazzjoni necessarja u opportuna, m'ghandhiex taqta' u tiddeciedi billi:
1. Tiddikjara illi I-esponenta hija I-agent esklussiv tal-Molson Coors International u b'hekk agent esklussiv tal-prodotti illi jigi distribwiti bil-markji Carling, Caffreys, Worthingtors, Blue Moon u markji ohrajn kif ukoll illi I-imsemmija prodotti ghandhom riputazzjoni f'Malta;
2. Tiddikjara illi l-Molson Coors International hija I-proprjetarja tal-prodotti illi jigi distribwiti bil-markji Carling, Caffreys, Worthingtors u Blue Moon;
3. Tiddikjara illi l-konvenuta MAX DINER LIMITED (C 23873) qed taghmel reklamar qarrieqi;
4. Tiddikjara illi l-konvenuta MAX DINER LIMITED (C 23873) qed taghmel Abbuz ta' uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintivi;
5. Tiddikjara illi l-konvenuta MAX DINER LIMITED (C 23873) qed taghmel tixrid ta' notizzji bi hsara ta' kummecjanti ohra;
6. Tordna d-distruzzjoni tar-reklamar qarrieqi ta' MAX DINER LIMITED (C 23873) u tordnalha tohrog il-kjarifiki necessarji permezz ta' reklamar korrettiv;
7. Tordna lill-konvenuta MAX DINER LIMITED (C 23873) thallas il-penali ta' erbat elef, sitt mija u tmienja u hamsin euro u hamsa u sebghin centezmu (4,658.75) lill-esponenti.
U dana kollu taht dawk it-termini, il-pattijiet u kundizzjonijiet ohra illi dina I-istess Onorabbli Qorti jidhrilha xierqa u opportuni illi timponi fic-cirkostanzi.
BI-ispejjez ta' din il-procedura kontra I-intimati illi minn issa huma ngunti ghas-subizzjoni taghhom.
Rat ir-risposta guramentata tas-socjeta konvenuta li tghid hekk:
1. IIli bl-ebda mod mhu I-esponenti ixerred informazzjoni fis-suq illi huwa I-agent esklussiv tal-imsemmija Molson Coors International u dan kif ser jigi ppruvat waqt it-trattazzjoni tal-kawza;
2. IlIi ukoll bl-ebda mod mhu I-esponenti jivvjola I-artikolu
32 tal-Kodici tal-Kummerc billi mhuwiex qieghda jabbuza minn xi isem, marka jew sinjal distintiv li jistghu jgib it-tahwid ma’ xi isem iehor jew illi qeghed juza ta' xi isem fittizzji li jistghu iqarrqu lil haddiehor fuq il-vera importanza tad-ditta;
3. IIli ukoll I-esponenti mhuwiex qieghed jaghmel xi reklam qarrieqi u dan kif ser jigi ppruvat waqt I-ismigh tal-kawza;
4. III dejjem minghajr pregdizzju ghas-suespost I-esponenti mhuwiex qieghed ixerred notizzji li jistghu jaghmlu hsara lill-industrija jew kummerc ta' kummercjanti ohra u li r-rikorrenti irid jipprova li sofra xi danni;
5. IlIi di piu t-talbiet huma vessatorji u infondati u huma immirati sabiex jinfluwixxi xi pressjoni fuq l-esponenti sabiex ma jbieghx u jew jiddistribwixxi xi prodotti minn tieghu
Rat l-atti u n-noti ta’ sottomissjonijiet;
Rat li l-kawza thalliet ghas-sentenza.
Ikkunsidrat
Provi
Hector Carter xehed li d-ditta taghhom Beer House Ltd tirrapprezenta lil kumpanija barranija Molson Coors International. Qal li l-intimati qed jaghmlu riklami fuq il-vannijiet taghhom ta' prodotti ta' dina l-kumpanija barranija rapprezentata minnhom u li taghha huma l-unici agenti. Dan qed jikkawza tahwid ghand tal-hwienet ghax l-intimati qed jirrappresentaw ruhhom bhala agenti. Fuq il-vannijiet taghhom, (ghandhom xi tlieta), l-intimati ghandhom riprodott l-isem Carling, prodott li huma jimpurtaw (ara fol. 18). Ezebixxa ittra datata March 28, 2012 (fol. 53) fejn id-Deputy General Counsel ta' Molson Coors Brewing Company wissa lil Max Diner Ltd biex ma jkomplux iqassmu prodotti ta' MCBC u biex inehhu l-isem 'Carling' minn fuq il-vetturi taghhom.
Fuq kontroezami wiegeb li mhijiex kwistjoni ta' parallel imports, billi Molson Coors baghtu l-ittra imsemmija biex iwaqqfu lill-intimati. Hu ma jafx jekk Molson Coors ghandhomx trademark registrata Malta izda jghid li dina hija kumpanija Internazzjonali.
Neil Carter xehed li l-kumpanija intimata qed tirriklama l-prodott Carling fuq il-vannijiet taghha daqs li kieku kienet hi l-agenta ta' dan il-prodott. Anke fuq il-websites taghhom baqghu jaghmlu riklami li huma I-agent ta' dina l-marka u dan beda johloq konfuzjoni fis-suq. Kien jara dawn il-vannijiet fis-sena 2011 kollha u fit-2012 l-ewwel tlett xhur zgur. Imbaghad ma baghaqx jarahom, ghalkemm ma jeskludiex li ghadhom fis-suq. Dwar il-website, sa xahar ilu baqghet tidher.
Fuq kontroezami wiegeb li l-intimati kienu qabel jimpurtaw minghand Molson Coors imbaghad dawn ghaddew id-ditta lilhom. L-intimati izda baqghu juzaw it-trakkijiet li qabel kellhom d-dritt li jwahhallu I-logo fuqhom. Imbaghad avzajawhom bil-kelma t-tajba biex jieqfu halli ma jaslux mill-ewwel ghall-Qorti. Huma gieghlu lill-fabrika minn barra tiktbilhom li ma ghandhom l-ebda dritt illi jibqghu jduru bit-trakkijiet bir-riklam taghha, imbaghad ma kellhomx option ohra, hlief illi jaslu fejn wasalu. L-intimati qed jaghmlu reklami qarrieqa lil tal-hanut u lil konsumatur ghax huma ma ghadhomx I-agent awtorizzat minn Molson Coors biex jirraprezenta lil Carling, allura dan qed johloq tahwid fl-imhuh tan-nies. Huma ma humiex infittxuhom ghax qed jimportaw l-birra imma ghax qed jaghmlu riklami fuq it-trakkijiet bil-logo tal-Carling meta issa ma ghadhomx jirrapprezentawhom.
Antoine Agius xehed li hu direttur fil-kumpanija intimata u jiehu hsieb ix-xiri u bejgh tal-prodotti. Fil-passat kienu jimpurtaw direttament xi xoghol minghand Molson Coors izda illum ma ghadhomx. Kien jimpurtaw bejn is-sena 2009 sal 2011. Huma ma kellhomx ftehim bil-miktub maghhom, kienu jordna, jixtru u jhallsu. Huma jbieghu l-prodotti ezatt kif jigi minn barra, bla ma jbiddlu jew iziedu xejn minnu. Hu kien avvicina d-ditta barranija biex jara jekk setghux jibghatulu l-prodotti. Kienu ghamlu zmien jibghatulhom il-prodotti imbaghad dahal haddiehor u waqfuhom. Ighid li r-ritratt a fol. 18 kien jidher fuq il-website taghhom. Huma gabu minn fuq il-website ta' Molson ir-reklam tal-prodott li kienu jimpurtaw minghandhom ghal fuq il-vannijiet taghhom.
Esebixxa emails a fol. 49 sa 52 li ntbghatu bejnhom u s-socjeta barranija biex juri kif kien jinzzel is-signs li kellhom bzonn ghal fuq il-vetturi u l-qis taghhom. A fol. 50 hemm a Carling plan fuq il-website taghhom, apparti li Molson tawhom hafna affarijiet ohra minn barra. Dan il-prodott huwa originali u tawhulhom huma. Ir-reklami tawhomlhom huma. Meta imbghad rceva l-ittra biex ma jkompliex jbiegh il-prodotti taghhom huma komplew jiddisponu mill affarijiet li kellhom biex jehilsu minnhom. Imbaghad beda jimportaw l-istess prodott minn terza persuna. L-advertising li kellu fuq il-karozzi imbaghad nehhihom u dan xi ftit xhur wara.
Fuq kontro-ezami wiegeb li printing ta' fuq il-van kien ghamlu Malta. Minn barra tawhom l-ispecifications u design kif rieduh fuq il-vannijiet. Wiegeb li ma jaf li rceva l-ittra li baghtu Molson & Coors.
Konsiderazzjonijiet ta' dina l-Qorti
Illi dina l-kawza qed issir kontra l-intimati ghall-vjolazzjoni ta' diversi dispozizzjonjiet tal-Kodici tal-Kummerc ghal-fini tal-artikoli 32 (Abbuz ta' uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintivi), 32B (Reklamar qarrieqi) u 34 (Tixrid ta' notizzji bi hsara ta' kummercjanti ohra).
Is-socjeta konvenuta laqghet billi qalet li hija mhijiex taghmel reklamar qarrieqi, uzu minn marki distintivi, u lanqas ma qed ixerred notizzji bi hsara ta' kummercjanti ohra.
Ligi
Illi l-azzjoni odjerna hija bbazata fuq l-artikoli 32, 32B u 34 tal-Kodici Kummercjali. Dawn jipprovvdu hekk:
Artikolu 32: Abbuz ta' uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintiv (Unlawful use of names, marks or distinctive devices)
Il-kummercjanti ma jistghux jaghmlu uzu ta' ebda isem, marka jew sinjal distintiv li jistghu jgibu tahwid ma' isem,
marka jew sinjal distintiv iehor uzati skont il-Iigi minn haddiehor, ukoll jekk dan l-isem, marka jew sinjal distintiv ta' haddiehor ma jkunux irregistrati skont l-Att dwar it-Trademarks, lanqas ma jistghu jaghmlu uzu ta' ismijiet ta' ditti jew ta' ismijiet fittizji li jistghu jqarrqu lil haddiehor fuq il-vera importanza tad-ditta.
Artikolu 32B: Reklamar qarrieqi (Misleading advertising)
Il-kummercjanti m'ghandhomx jaghmlu xi forma ta' reklamar qarrieqi.
(2) Reklam huwa qarrieqi jekk inkluza l-prezentazzjoni tieghu, iqarraq jew probabbilment iqarraq bil-persuni li lejhom ikun indirizzat jew li ghandhom jasal, u jekk minhabba fin-natura qarrieqa tieghu, hu probabbilment jaffettwa l-imgieba ekonomika taghhom jew huwa wiehed li ghal dawk ir-ragunijiet jaghmel hsara jew probabbilment jaghmel hsara lil xi kompetitur tal-persuna li dan ir-reklam ghandu l-ghan li jippromwovi l-interessi taghha.
(3) Sabiex jigi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, ghandhom jitqiesu l-karatteristici tieghu kollha, u b'mod partikolari kull informazzjoni li jista' jkun fih dwar -
(a) il-karatteristici ta' oggetti jew servizzi, inkluza d-disponibbilta taghhom, in-natura, l-ezekuzzjoni, il-kompozizzjoni, il-metodu u d-data tal-manifattura jew provvista, kemm ikunu adatti ghall-iskop, l-uzu, il-kwantita, l-ispecifikazzjoni, l-origini geografika jew kummercjali jew ir-rizultati normalment mistennija nmill-uzu taghhom, jew ir-rizultati u l-karatteristici materjali tat-testijiet jew kontrolli mwettqa fuq l-oggetti jew is-servizzi;
(b) il-prezz jew il-mod li bihom l-prezz jigi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom l-oggetti jigu forniti jew is-servizzi jkunu moghtija;
(c) in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta' min jaghmel ir-reklam, bhall-identita u l-attiv tieghu, il-kwalifiki u l-pussess ta' drittijiet ta' proprjeta industrijali, kummercjali jew intellettwali jew kwalunkwe premjijiet u distinzjonijiet miksuba minnu.
Artikolu 34: Tixrid ta' notizzji bi hsara ta' kummercjanti ohra (Spreading of news prejudicial to other traders).
Il-kummercjanti ma jistghux, ghal skop ta' konkorrenza, ixerrdu notizzji li jistghu jaghmlu hsara lill-industrja jew kummerc ta' kummercjanti ohra,
(2) Lanqas ma jistghu jaghmlu uzu ta' onorificenzi, warrants ta' privattivi, medalji, premjijiet jew distinzjonijiet ohra li ghalihom ma jkollhomx jedd jew li jkunu qalghuhom ghal xi linja ohra ta' industrja jew ta' kummerc
Tikkunsidra ulterjorment
Illi fil-kaz in ezami jirrizulta li r-rikorrenti ghandhom ftehim ta' exclusive distributor tal-prodotti ta' Molson Coors Int. bi ftehim datat 6 ta' Gunju 2011 b'effective date tas-6 ta' Lulju 2011 u termination date tal-5 ta' Lulju 2014.
Jirrizulta li meta r-rikorrenti dahlu fis-suq b'dawn il-prodotti huma sabu li l-intimati kienu diga qed jbieghu l-istess prodott fis-suq Malti li tieghu huma kienu gew nominati bhala exclusive distributors. Mhux kontestat li fil-perjodu 2009 sa 2011 l-intimati kienu qed jbieghu dana l-prodott fis-suq lokali, u huma jghidu li kellhom ftehim dirett (a gentleman's agreement) ma' Molson & Coors, li ma jidhirx li gie kontestat.
Illi fil-11 ta' Awwissu 2011 ir-rikorrenti pprezentaw protest gudizzjarju fejn gharrfu Iill-intimati li r-rikorrenti kienu gew nominati l-agent esklussivi ta' Molson Coors Int. u interpellawhom biex ma jkomplux jbieghu l-prodott ta' dina d-ditta. F'Marzu 2012 imbaghad Molson Coors kitbu direttament Iill-intimati u interpellahom to "cease and desist from marketing yourself as authorized distributors of any MCBC Products", u biex ma jkomplux juzaw l-isem 'Carling' jew xi marka ohra ta' MCBC anke fuq il-vannijiet taghhom u dana billi hua ma kellhom ebda "contractual or other rights to use the MCBC marks".
Illi fin-nota ta' osservazzjonijiet taghhom l-intimati jsemmu li ma hemm ebda trademark registrata Malta jew fl-Unjoni
Ewropeja f'isem Molson Coors International imma l-propretarja tat-trademark hija Molson Coors Brewing Company U.K. Ltd. Isostnu li s-socjeta rikorrenti ma gabet ebda prova li hija tirrapprezenta lil din l-kumpanija tal-ahhar u ghalhekk it-trademark in kwistjoni ma tistax tigi invokata mir-rikorrenti.
Il-Qorti tirrileva li fl-ewwel Iok ma nghatat ebda eccezzjoni fis-sens indikat u li din issemmiet biss fin-nota responsiva tal-intimati. Kif gie osservat mill-Qorti fil-kawza Anthony Cristina pro et noe vs Eleonora Mizzi et, (App Civ 27/03/2003):
Din il-Qorti ... hija tal-fehma li argumenti u ragjonamenti legali dedotti f'nota ta' osservazzjonijiet, u mhux bhala eccezzjonijiet formali, ma jobbligax lill-Qorti li tqishom bhala tali. Diversament ikun jammonta ghal strapp procedurali li jista' jkun ta' pregudizzju serju ghall-kontroparti attrici, oltre li jkun ukoll jammonta ghal intralc mhux awtorizzat fuq il-proceduri 'in corso'.1
Imma anke kieku, fil-kaz in ezami jirrizulta li skont id-dokumenti a fol. 53 mibghut minn Molson Coors Brewing Company and/or its affiliates lil Max Diner Ltd, Molson u Coors huma trademarks registrati tal-Kumpanija Molson Coors Brewing Company u ghalhekk it-trademark tista' tigi invokata. Skont il-ftehim a fol. 3, il-ftehim sar bejn Coors Brewing Company d/b/a/ Molson Coors International ma' Beer House Ltd, ghalhekk ir-rikors guramentat seta sar kif sar.
Illi l-intimati qed jiddefendu ruhhom billi qed jghidu li sakemm hum a gew imwaqqfa mid-ditta barranija, huma kellhom a gentleman's agreement mad-ditta barranija biex jimpurtaw il-prodotti taghhom. Huma ma kellhomx ftehim bil-miktub imma ezibew xi dokumenti (ara fol. 49 sa 52) bhala prova tal-fatt li huma kienu awtorizzati mid-ditta barranija li jbieghu l-prodotti taghha u anke li jaghmlu s-sinjali fuq il-vannijiet taghhom.
Il-Qorti fliet sew dawn id-dokumenti li gew ezibiti izda minnhom ma jirrizultaliex li dawn jammontaw ghal xi tip ta' distribution agreement. Dawn id-dokumenti l-iktar li juru huwa li l-intimati kienu qed jipprovaw jilhqu xi tip ta' ftehim mad-ditta barranija u qed jippruvaw jaccessaw il-website taghhom "in order to progess your inquiry" u "to complete a Carling plan". Fl-email a fol. 49 hemm id-direzzjoni moghtija minn Molson Coors biex l-intimati jaccedu ghal "image database" mill-Carling Collection, biex, skont l-intimati, huma jkunu jistghu jwahhlu l-marka Carling fuq il-vannijiet taghhom. Illi l-intimati obbligaw ruhhom illi jesebixxu aktar dokumenti biex jippruvaw li huma kienu awtorizzati li jimpurtaw il-prodotti ta' Molson Coors izda dawn ma gewx prodotti.
Illi jirrizulta mill-kontroezami ta' Neil Carter, li r-rikorrenti mhux qed jikkontestaw li l-intimati qabel kienu jimpurtaw il-prodott in kwisjtoni, fost ohrajn Carling, u li kellhom anke l-logo fuq il-vannijiet taghhom, izda li wassalhom ghal dina l-kawza kien li, wara li huma gew appuntati bhala sole agents tad-ditta barranija, l-intimati baqghu jbieghu l-prodotti ta' dina d-ditta bhal li kieku huma kienu ghadhom l-agenti taghha. L-intimati baqghu juzaw dawn il-vannijiet bil-logo Carling u anke jaghmlu riklami fuq il-website taghhom. L-intimati ghamlu l-fuq minn sena sejrin hekk sakemm ir-rikorrenti wara li ma rnexxilhom iwaqqfuhom kellhom jirrikorru ghall-Qorti.
Illi r-rikorrenti qed jippretendu li meta huma saru distributri esklussivi ta' Molson & Coors f'Lujlu 2011 l-intimati kellhom jieqfu milli jkomplu jqassmu l-prodotti tad-ditta barranija bhal li kieku kienu l-agenti tad-ditta ta' barra. Jirrizulta li f'Marzu 2012 l-intimati gew imwaqqfa minn Molson Coors izda huma baqghu jbieghu dawn il-prodotti u jaghmlu riklami fuq il-vannijiet u fuq il-website taghhom baqghu jidhru bhala distributuri tad-ditta barranija u baqghu jagixxu daqs li kieku baqghu huma l-agenti. Anke wara li gew imwaqqfa mid-ditta barranija l-intimati ma waqfux kompletament imma baqghu jbieghu l-istock li kellhom, imbaghad komplew jimportaw l-istess prodott minghand terzi.
Il-fatti li qed tilmenta minnhom is-socjeta rikorrenti jmorru lil hin minn semplici parallel trading. Is-socjeta rikorrenti, hija ben konxja tal-fatt li ma ghandha ebda dritt izzomm l-importazzjoni tal-istess oggetti minn haddiehor, anke jekk din tikkreja lilha kompetizzjoni fis-suq. Ghandu jinghad pero li ma giex indikat mill-intimati minn fejn qed jigi importat dan il-prodott li jidher li huwa simili. Li qed topponi ghalih is-socjeta rikorrenti huwa l-fatt li l-oggetti impurtati qed jigi mibjughin mill-intimati bhalli kieku ghadhom huma l-agenti esklussivi tad-ditta barranija. Illi d-ditta barranija oggezzonjat li l-intimati jaghmlu advertising tal-prodott taghha kemm fuq il-vannijiet kif ukoll fuq il-website, ghalhekk jirrizulta li ma kienx hemm kunsens tal-propretarji tat-trademark biex l-intimati jirreklamaw il-prodott taghha.
Illi ghalhekk jirrizulta lill-Qorti li fil-perjodu hawn indikat, bejn Awwissu 2011 sa Marzu 2012 jew ftit aktar l-intimati kienu qed jaghmlu uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintivi b'mod abbusiv, ukoll jekk dan l-isem, marka jew sinjal distintiv ta' haddiehor ma kienx registrat skont l-Att dwar it-Trademarks, kif ukoll qed jaghmlu reklam li l-prezentazzjoni tieghu, iqarraq jew probabbilment iqarraq bil-persuni li lejhom ikun indirizzat u dana skond l-artikolu 32 u 32B tal-Kap. 13. Jirrizulta wkoll li dan wassal ghal konkorrenza zleali u hsara bit-tixrid ta' notizzji li hadu zewg forom u cioe informazzjoni mtella fuq il-website kif ukoll il-vannijiet bil-marka Carling.
Ir-rikorrenti qed jitolbu li l-Qorti tikkundanna lill-intimati li jhallsu penali ta' €4,658.75 (Lm2,000) ghal dana l-ksur a termini tal-artikolu 37(1)(3) tal-Kap. 13.
Fil-fehma tal-Qorti f'dan il-kaz in vista tal-fatt li l-intimati qabel ma dahal l-esclusivity agreement mar-rikorrenti, huma kienu diga jimpurtaw bi ftehim mad-ditta barranija il-prodotti tad-ditta Molson Coors, kif ukoll meta wiehed jiehu in konsiderazzjoni l-perjodu relattivament qasir li fih nstab li kien hemm dan il-ksur, il-penali ma ghandhiex tkun ta' aktar minn €1,000.
Decide
Ghal dawn ir-ragunijiet il-Qorti taqta’ u tiddeciedi billi tilqa' t-talbiet kollha tar-rikorrenti u tikkundanna lis-socjeta intimata thallas lir-rikorrenti is-somma ta' €1,000 bhala penali u tordna id-distruzzjoni tar-reklamar li sar mis-socjeta intimata.
Bl-ispejjez kontra s-socjeta intimata.