QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tat-30 ta' Ottubru, 2009
Appell Civili Numru. 684/2007/1
HPS Trading Limited
vs
Dr. Martin Debattista u Celia Debattista
Il-Qorti,
Fil-15 ta’ Mejju, 2009, it-Tribunal ghal Talbiet Zghar ippronunzja is-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal,
Ra l-avviz tas-socjeta’ attrici li permezz tieghu ssocjeta’ attrici talbet il-hlas ta’ elfejn u tlieta u sebghin Euro u erbatax-il centezmu (€2,073.14), gja tmien mija u disghin liri Maltin (Lm890), somma dovuta lilu mill-konvenuti rapprezentanti
bilanc minn parti ikbar prezz ta’ xoghol/servizz u materjal ta’ ‘underfloor heating system’ fil-fond 305, ‘Townsquare Apartments’, Triq Qui Si Sana, Sliema hekk kif ordnat mill-konvenuti.
Bl-ispejjez, bl-imghax legali u b’hekk il-konvenuti jibqghu ngunti ghas-subizzjoni.
Ra l-eccezzjoni ssollevata mill-konvenuti fejn qalu illi t-talba tas-socjeta’ rikorrenti hija nfondata fil-fatt u fid-dritt (ghall-inqas in parte) u konsegwentement ghandha tigi michuda (ghallinqas in parte) bl-ispejjez kontra s-socjeta’ rikorrenti stante illi parti mix-xoghol, li ghalih giet inkarigata s-socjeta’ rikorrenti, ma sarx skont issengha, u/jew l-istess socjeta’ rikorrenti kissret lobbligi taghha naxxenti mill-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta u dana kif ser jirrizulta waqt it-trattazzjoni tal-kawza.
Salv eccezjonijiet ulterjuri permessi bil-Ligi u b’riserva ghall-azzjoni ta’ danni kontrattwali kontra s-socjeta rikorrenti.
Sema’ x-xhieda ta’ Peter Schulte u Martin Debattista. Ra x-xhieda ta’ Celia Debattista.
Ra d-dokumenti kollha pprezentati fl-atti tal-kawza.
Sema’ t-trattazzjoni tal-partijiet.
Ikkunsidra
Illi mill-provi jirrizulta illi s-socjeta’ attrici kellha nkarigu li tinstalla ‘underfloor electrical heating system’ f’appartament appartenenti lill-konvenuti. Illi l-konvenuti baqghu ma hallsux lis-socjeta attrici parti mis-somma dovuta ghax-xoghol u servizz moghti minnha. Illi l-konvenuti allegaw illi parti misservizz u x-xoghol moghti mis-socjeta’ attrici ma sarx skont is-sengha u li d’altronde kissret l-obbligi taghha naxxenti mill-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta dwar il-Konsumatur.
Ir-rapprezentant tas-socjeta’ attrici spjega kif ‘under floor heating system’ gie nstallat madwar lappartament kollu. Illi, wara illi s-sistema tlestiet u giet installata, huwa kien ghamel testijiet taxxoghol kollu mqieghed madwar l-appartament kollu bir-rizultat illi kollox irrizulta sewwa. Ix-xoghol kien kompletat f’Ottubru tas-sena 2005, u gimghat wara kien sema’ mill-konvenuti fejn gie nfurmat illi parti mic-cirkwit ta’ l-installazjoni ma kienx qieghed jahdem fil-kamra ta’ quddiem tal-appartament, u cioe’ l-‘livingroom.’ Illi meta rega’ ghamel ‘test run’ irrizulta illi dik il-parti indikata mill-konvenuti ma kienetx qed issahhan. Is-socjeta’ attrici spjegat ilprocedura ta’ kif jitqieghed ‘underfloor heating system’ : kif l-ewwel jitqieghed ic-cirkwit ma l-art, titqieghed it-torba u li certi angoli jigu ffissati sabiex ma jkun hemmx caqliq. Illi s-socjeta’ attrici kienet ghamlet it-testijiet kollha, qabel l-‘electrician’ u qabel tal-madum. Dokumenti ezebiti in atti jillustraw dak li fil-fatt gie deskrittt. Is-socjeta’ attrici ddeskriviet is-sistema li giet installata bhala pajpijiet li fihom ghandhom ‘wires’ ta’ l-elettriku ghaddejjin, u liema ‘wires’ huma nforrati bir-ramm. Din is-sistema normalment titqieghed approsimament hames (5) centimetri taht ilmadum. Illi s-socjeta’ attrici tat garanzija ta’ ghaxar (10) snin lill-konvenuti. Illi mall-‘handover’ ilkonvenuti kienu ffirmaw il-garanzija, fejn iffirmaw ukoll illi x-xoghol gie ricevut f’kundizzjoni tajba. Illi mall-installazzjoni, il-konvenuti kienu hallsu kwazi nofs l-ammont dovut u kien jonqos li jithallas ilbqija, u cioe’ tmien mija u disghin lira Maltin (Lm890) ta’ dak iz-zmien, li huwa l-ammont mitlub mis-socjeta’ attrici.
Illi inghad illi meta t-‘test run’ tal-appartament shih kien sar, il-konvenuti ma kellhomx l-elettriku installat fl-appartament, izda kien gie pprovdut elettriku minn band’ohra. Xahar wara l-‘handover’ lill-konvenuti, is-socjeta’ attrici semghet millkonvenuti fejn infurmawha illi parti mic-cirkwit ma kienx qieghed jahdem.
Is-socjeta’ attrici marret tezamina l-ilment, u kif appena s-socjeta’ attrici ghamlet xi provi, millewwel irrizulta illi kien hemm parti mill- ‘livingroom’ li ma kellhiex rezistenza u ma kienetx qed issahhan. Is-socjeta’ attrici ordnat ‘cable locator’ specjali mill-Germanja, u f’Jannar tas-sena 2006 sabet illi hamsa u sebghin (75) centimetri ‘l boghod minn mall-hajt kien hemm ‘fault’. Issocjeta’ attrici, spjegat kif hija kienet dejjem disposta taghmel l-investigazzjonijiet taghha u taghmel tajjeb ghal hsarat u tiswijiet kollha jekk kemm-il darba kien jirrizulta illi l-‘fault’ kien minn naha taghha. Izda r-rapprezentant tas-socjeta’ attrici sostna illi huwa ma setghax jaddebita t-tort lilu qabel ma jaghmel investigazzjonijiet, peress illi warajh hadmu tal-madum u l-‘electrician’ u ma setghax jeskludi hsarat minn naha taghhom.
It-Tribunal jirrilleva illi huwa minnu li wara linstallazzjon tac-cirkwit fornit mis-socjeta’ attrici, hadem l-‘electrician’ u tqieghed il-madum. Illi filfehma tat-Tribunal galadarba kien hemm snajjiet ohra mdahhlin, ma jistax jigi eskluz il-possibilita’ illi l-‘fault’ gie kkawzat minn terzi, u dan jista’ jigi stabbilit biss jekk jinqala’ l-madum minn postu. It- Tribunal ma jhossx illi ghandu jistrieh biss fuq ilprovi tal-konvenuta, u jifhem l-anzjeta’ illi kellha wara investiment ta’ dik in-natura. Izda s-socjeta’ attrici ddikjarat illi hija kienet disposta taqla’ lmadum sabiex tinvestiga l-hsarat, u jekk il-hsarat jirrizultaw tort tas-socjeta’ attrici, hija kienet lesta thallas ghat-tiswijiet kollha. Izda l-konvenuti m’accetawx din is-soluzzjoni peress illi ma kienx fadal madum bhal dak li ghandhom fil-post u li, barra minn hekk, ma riedux jergghu jaqilghu hmieg ta’ trab fl-appartament.
Illi skont dokumenti ezebiti, huwa minnu illi d-ditta li tirraprezenta s-socjeta’ attrici toffri garanzija ta’ ghaxar (10) snin u tkopri ukoll l-ispejjez ta’ linstallazjoni tal-prodott mill-gdid, tat-tiswijiet u ‘labour’, ghat-tqeghid tal-madum jekk kemm-il darba id-difett jirrizulta kkawzat minn difett filmanifattura. Illi jirrizulta illi l-‘Product Guarantee Conditions’ gew iffirmati mill-konvenut. Illi ghalkemm il-konvenuta ffirmat illi x-xoghol gie ricevut f’kundizzjoni tajba, huwa pacifiku filgurisprudenza nostrana illi s-socjeta’ attrici ma tistax tigi ezonerata mir-responsabilitajiet jekk nonostante kontroll diligenti fil-mument tal-verifika ‘l quddiem jinstab li x-xoghol ma sarx sewwa. Laccettazzjoni ssir normalment ‘ai fini’ ta’ hlas biss. Illi s-socjeta’ attrici sostniet ukoll, illi linvestigazzjonijiet ghandhom isiru fil-prezenza talbniedem li jqieghed il-madum kif ukoll l- ‘electrician’. Izda dan baqa’ ma sehhx peress illi lkonvenuti ma riedux.
Illi l-konvenuti baqghu jsostnu illi d-difett irrizulta minn naha tas-socjeta’ attrici, u ghalhekk huma ma riedux ihallsu l-kumplament tal-bilanc dovut lissocjeta’ attrici. Irrizulta lit-Tribunal illi l-konvenuti ma kienux disposti jaqilghu l-madum peress illi c- ‘chasing’ kien ha jhalli hafna trab fin u li ma kellhomx iktar madum ta’ l-istess kwalita’ u xorta, u ghalhekk ma kienx ser jigi jaqbel meta titqiegehd mill-gdid il-parti li tinqala’.
Il-garanzija tghid kjarament illi ‘The guarantee covers the cost and labour replacement or repair of Halmburger Products including cost for tiler and material. HPS Trading Malta can be only claimed, if proved that the defect to the heaters is demonstrable causes by the manufacturer’. B’hekk is-socjeta’ attrici tista’ taddebita t-tort lilha jekk jigi ppruvat illi l-hsarat huma tal-manifattura.
Ir-rapprezentant tas-socjeta’ attrici, mistoqsi mit- Tribunal jekk l-uniku mod sabiex jinvestigaw ilproblema u li jsiru t-tiswjiet, kienux biss billi taqla’ l-madum, irrisponda fl-affermattiv. Illi mistoqsi ukoll jekk dan il-fatt kien giex spjegat lill-qabel ma tqieghed l-‘under floor heating system’ irrisponda fl-affermattiv.
Illi fil-fehma tat-Tribunal filwaqt illi jifhem il-preokkupazzjoni tal-konvenuti dwar it-tindif u lestetika, jifhem ukoll illi sabiex tigi solvuta lproblema, u cioe’ sabiex il-kawza tad-difett tigi stabbilita, l-uniku mod huwa billi l-madum jinqala’. Illi dan il-fatt ma giex ikkontestat mill-konvenuti u ghalhekk kienu jafu illi jekk kemm-il darba jkun hemm xi hsarat, il-madum kellu jinqala’ sabiex isiru t-tiswijiet mehtiega. Fil-fehma tat-Tribunal, issocjeta’ attrici kienet u ghadha disposta illi thallas ghat-tiswijiet, materjal u spejjez kollha jekk kemmil darba id-difett jirrizulta naxxenti mill-manifattura tal-prodott. Illi l-‘underfloor heating system’ kein tqieghed qabel ma tqieghed il-madum u qabel ma kien ghadda l-elettriku. Illi wara t-tqeghid tal- ‘underfloor heating system’ dahlu l-‘electrician’ u tal-madum. Illi fil-fehma tat-Tribunal qatt ma jista’ jigi eskluz illi d-difett irrizulta tort ta’ xoghlijiet ta’ terzi li saru wara t-tqeghid tal-‘underfloor heating system.’ Illi ghaldaqstant, it-Tribunal ma jhossx illi s-socjeta’ attrici ghandha tigi meqjusa bhala lkawza tad-difett minghajr ma jsiru linvestigazzjonijiet necessarji. Illi l-iskuzanti talkonvenuti sabiex ma jaqilghux hmieg u li ma kellhomx iktar madum ta’ l-istess kwalita’, fil-kaz m’humiex sostennibbli. Illi fi kwalunkwe’ kaz il-fatt illi l-konvenuti zammew kwazi hamsin fil-mija (50%) tal-kont shih, meta l-parti li ma kienetx qieghda ssahhan ma kienetx tkopri aktar minn tnax fil-mija (12%) tal-arja kollha tal-appartament, lanqas ma huwa gustifikat.
Illi l-konvenuti bbazaw ukoll l-eccezzjonijiet taghhom fuq l-Artiklu 58 tal-Kapitolu 378 dwar iddrittijiet tal-Konsumatur. Il-konvenuti sostnew illi lobbligi tal-konsumaturi huma biss li jaslu illi jippruvaw hsara u d-difett u illi ghandhom jipprovaw illi hemm kawzali bejn id-difett u l-hsara. Illi fit-trattazzjoni, il-konvenuti sostnew illi ppruvaw il-kawzali bejn id-difett u l-hsara u ghalhekk ma ghandhomx ghalfejn jgibu prova dwar il-htija talproduttur.
It-Tribunal huwa tal-fehma illi fil-kaz in ezami, ilprodott huwa l-‘underfloor heating system’ li gie nstallat, accettat u kkonfermat illi jahdem. Illi wara li l-prodott gie installat hadmu tal-madum u l- ‘electrician’ fl-istess appartament. Illi ghalhekk millprovi rrizulta lit-Tribunal illi n-ness tal- kawzali bejn id-difett u l-hsara m’hijiex biss tas-socjeta’ attrici. Illi fic-cirkostanzi, peress illi l-kawzali m’hijiex biss bejn il-partijiet izda tezisti relazzjoni terza, ilkonvenuti ma jistghux jghidu illi huma m’ghandhomx il-piz li jgibu prova dwar il-htija talproduttur. Illi barra minn hekk, l-Artiklu 73 tal- Kapitolu 378 imsemmi mill-konvenuti, ma jistax jigi kkunsidrat wahdu. Illi lit-Tribunal, irrizulta illi ssocjeta’ attrici ikkunsinjat lill-konvenuti l-oggetti konformi mad-deskrizzjoni u specifikazzjoni u skont il-fethim li kellhom, tant illi l-konvenuti kienu ffirmaw illi kienu qeghdin jaccettaw l-oggett kkunsinjat lilhom fi stat u kundizzjoni tajba. Illi f’ebda hin mill-provi ma rrizulta illi kien hemm nuqqas ta’ konformita’ li tirrizulta mill-installazjoni. Fil-kaz in ezami d-difett li rrizulta ma jistghax jinghad illi hija l-kawza ta’ min installa l-prodott ghaliex ic-cirkostanzi jiddettaw illi kien hemm min hadem wara s-socjeta’ attrici fl-istess post. Illi t-Tribunal huwa konvint illi ghandhom l-ewwel isiru l-investigazzjonijiet necessarji, li d’altronde ssocjeta’ attrici dejjem iddikjarat, kemm fiddokumenti ipprezentati minnha in atti u kemm fixxhieda taghha, li lesta taghmel tajjeb ghad-difetti kollha jekk kemm-il darba jigi ppruvat illi t-tort huwa tal-manifattura. Illi s-socjeta’ attrici qatt ma ddekadiet mir-responsabilitajiet taghha u lesta tirrispondi ghad-difetti jekk jirizultaw tort taghha.
Illi fil-fehma tat-Tribunal wara li kkunsidra ukoll linvestiment qawwi maghmul mill-konvenuti, tkun decizjoni ghaqlija jekk ir-riparazzjonijiet isiru.
It-Tribunal huwa tal-fehma illi s-socjeta’ attrici hija konformi mall-Kapitolu 378. Illi in oltre galadarba huma hassew illi ma gewx moqdija sewwa missocjeta’ attrici, l-konvenuti qua konsumaturi kellhom rimedji ohra taht l-istess Kapitlolu 378. Illi l-ammonti mizmuma mill-konvenuti ma jirriflettux il-parti tal-appartament reklamat minnhom bhala difettuz. Illi l-konvenuti arbitrarjament iddecidew illi l-hsarat kienu tort biss tal-konvenut, meta kienu jafu illi kien hemm haddiema ohra li hadmu flistess post. Illi l-konvenuti m’humiex disposti jaghmlu l-investigazzjonijiet necessarji sabiex jaraw kif il-hsarat irrizultaw fic-cirkostanzi. Illi xxogholijiet maghmula mis-socjeta’ attrici huma koperti bil-garanzija li s-socjeta’ attrici lesta taghmel tajjeb ghall-hsarat u spejjes jekk kemm-il darba jigi pruvat illi l-hsarat gew kawzati minnha.
Ghar-ragunijiet moghtija, t-Tribunal huwa konvint illi l-investigazzjonijiet ghandhom isiru sabiex jigi stabbilit min ikkawza l-hsarat.
Ghaldaqstant, it-Tribunal jaqta’ u jiddeciedi billi jilqa’ t-talba attrici u jikkundanna lill-konvenuti jhallsu lill-atturi s-somma ta’ elfejn u tlieta u sebghin Euro u erbatax-il centezmu (€2,073.14), gja tmien mija u disghin lira Maltin (Lm890), blispejjez u l-imghaxijiet kif mitluba mid-data tassentenza sal-hlas effettiv.
Spejjez tal-kawza a karigu tal-konvenuti.”
Il-konvenuti hassewhom aggravati b’din id-decizjoni u appellaw minnha bl-ilment generali illi t-Tribunal ghamel apprezzament zbaljat tal-fatti u tal-principji legali applikabbli. Specifikatament, huma jikkontendu illi kuntrarjament ghal dak dedott mit-Tribunal id-difett fl-underfloor heating system installat mis-socjeta` attrici flappartament taghhom ma setax origina minn xi operat ta’ terzi izda hu attribwibbli lill-istess socjeta` attrici. Huma jsostnu wkoll illi d-difett hu inerenti ghall-prodott innifsu jew ko-incidenti ma’ l-installazzjoni tieghu. Jirrilevaw allura ksur ta’ l-Artikolu 73 tal-Kapitolu 378;
Mill-kumpless tal-provi jidher li l-kwestjoni ghal dawk li huma testijiet tippartecipa minn zewg stadji:-
1. Fl-ewwel stadju d-ditta attrici wara li installat is-sistema ta’ l-underfloor heating ikkonduciet ic-checks necessarji u ma rrilevat ebda difett. Dan lanqas wara li tqieghed il-madum. Ta’ min jissottolineja illi f’dan l-istadju ma kienx ghad hemm sistema ta’ l-elettriku fil-fond u allura ma kienx possibbli “to test the system by measuring the resistance”. Ara stqarrija tar-rapprezentanti tas-socjeta` attrici a fol. 24;
2. Wara l-introduzzjoni ta’ l-elettriku fil-fond, u fuq senjalazzjoni tal-konvenuti, gie ikkonstatat illi “one of the four circuits in the living room was without resistance”. Ingieb strument specjali ghat-tkixxif aktar akkurat talmankament u nstab li dan kien lokalizzat cirka 75 centimetri mill-hajt “in the area of the fitting (heating wire to connecton wire). The tool located that the blue wire was interrupted” (ara dejjem l-istess stqarrija a fol. 24);
3. L-istess rapprezentanti tad-ditta attrici jissokta jispjega permezz ta’ e-mail a fol. 27 illi l-“heating circuit (30m) did not have a resistance” u li dan seta’ kien dovut ghal xi wahda minn zewg fatturi, ossija:
(a) “The connection bush – heating wire with the connecting wire – is broken”. Ghal dan il-fattur hu jattribwixxi ghaxra fil-mija (10%) ta’ probabilita`;
(b) “The heater wire is cut, probably with an angle grinder or similar.” Skond ir-rapprezentanti ilprobabilita` li dan hu hekk il-kaz hu f’percentwali ta’ disghin fil-mija (90%);
Premess is-suespost, fuq il-fehma ta’ l-imsemmi rapprezentanti, anke ghall-iskattar tal-garanzija, kien necessarju li jinqala xi madum biex jigi determinat bi precizjoni l-kawza tal-mankament. Fl-istess waqt, huwa accerta lill-konvenuti illi jekk jinstab li d-difett kien attribwilli lilu “I would pay for the damage but if it was the tiler’s fault I would not pay” (ara deposizzjoni tieghu a fol. 53). Ilkonvenuti ma qablux ma’ din il-proposta tant ghaliex ma kienx possibbli li jirrimpjazzaw il-madum li jinqala b’iehor ta’ l-istess ghamla u lewn tant ghaliex ma riedux li jkollhom trabijiet fl-appartament. Huma, invece, issuggerew li jhallsu terz (1/3) tas-somma bilancjali reklamata. Ara xhieda tal-konvenut Dr. Martin Debattista a fol. 33 et sequitur;
Hi d-difiza tal-konvenuti appellanti kif din tinzel mirrisposta taghhom quddiem it-Tribunal (fol. 13) illi parti mixxoghol kommissjonat lis-socjeta` attrici ma sarx skond larti u s-sengha u/jew li l-istess socjeta` ma adempietx ruhha mad-disposizzjonijiet relevanti taht il-Kapitolu 378, senjatament l-Artikolu 73 tieghu;
Distingwibilment, b’din id-difiza l-konvenuti kienu qeghdin jirrezistu t-talba ghall-hlas minhabba inadempjenza kontrattwali da parti tas-socjeta` attrici, sija jekk in-negozju guridiku jitratta minn locatio operis jew appalt sija jekk jitratta minn vendita ta’ l-apparat installat. F’kaz bhal dan la kkontrapponew din id-difiza, il-konvenuti htiegilhom jipprovaw li n-nuqqas jew id-difett hu ta’ derivazzjoni kawzali insit fil-prodott vendut jew, altrimenti, flinstallazzjoni tieghu. Il-Qorti tirrikonoxxi illi spiss drabi tali prova hi wahda diffikoltuza. Fic-cert, imbaghad, ma kienx jispetta lill-konvenuti li jgibu l-prova negattiva ta’ linsussistenza ta’ kwalsiasi fatt iehor askrivibbli lil terzi. Pjuttost, l-Artikolu 1133 tal-Kodici Civili jghabbi fuq spallejn id-debitur ta’ l-obbligazzjoni dik ir-responsabilita` oggettiva li ghal liberazzjoni tieghu minnha hu gravanti fuqu li jaghti prova li l-mankament, jew, altrimenti, limpossibilita` oggettiva tal-prestazzjoni, hi derivanti minn kawza mhux imputabbli lilu;
Indubbjament, fil-kaz prezenti l-konvenuti appellanti pprovaw sa certu punt dik id-difiza taghhom billi stabbilew l-ezistenza tad-difett minnhom lamentat. Dan, del resto, hu wkoll hekk rikonoxxut mir-rapprezentanti tas-socjeta`
attrici, in kwantu l-istess difett kien konstatabbli anke permezz ta’ test b’apparat specjali. Hi pero` kwestjoni ohra l-kawza tad-difett. Fejn din ma tkunx maghrufa rresponsabilita` tigi affermata meta jirrizulta ininterrot inness ta’ kawzalita` mal-prodott vendut jew dik ta’ linstallazzjoni tieghu. Hi pero` eskluza fejn tissussisti incertezza fuq il-fattur kawzali u r-rikonducibilita` tal-fatt lis-socjeta` attrici. Ovvjament, in-ness ta’ kawzalita` jigi interrott fil-kaz li l-fatt hu askrivvibbli lil terzi jew “minhabba xi haga barranija li taghha (id-debitur ta’ l-obbligazzjoni) ma jkunux fi htija” (Artikolu 1133). Prova din li, kif diga osservat, tinkombi fuq is-socjeta` attrici;
Maghmulin dawn ir-riflessjonijiet, razzjonalment, u wkoll skond l-oghla principju ta’ l-ekwita`, ma jidherx li huwa accettabli jew lecitu, illi mentri l-konvenuti jattribwixxu lissocjeta` attrici b’non-konformita` ta’ l-oggett vendut jew inadempjenza fil-prestazzjoni, fl-istess waqt huma ma jaghtuhiex l-opportunita li tiddizempja ruhha mill-piz impost fuqha mil-ligi billi tirricerka u tiskopri l-fonti ezatta tal-mankament u, allura wkoll, il-konnessjoni kawzali ta’ dak l-istess difett u dik tal-possibbli eskluzjoni taghha malfatt generatur tieghu. Facli bosta li wiehed jirrikorri ghal disposizzjonijiet specifici tal-ligi specjali u li jippresupponi htija fil-kummercjant li jintitolaw lix-xerrej-konsumatur jaghmel l-ghazliet tieghu (Artikolu 74, Kapitolu 378). Flassenza pero` ta’ l-attribuzzjoni preciza ta’ dik l-istess kawzali konnettiva, u dan ghal fatt li l-konvenuti ma ppermettewx lis-socjeta` attrici biex, konkretament, tiddetermina s-sors tal-hsara jew tad-difett, ma jidherx li huwa gust illi d-difett, li certament jezisti, ghandu ta’ bilfors, u nolens volens, jigi astrattament akkollat lill-istess socjeta` attrici. Jekk ghar-ragunijiet taghhom il-konvenuti appellanti hassew li m’ghandhomx jadempixxu malproposta tas-socjeta` appellata illi jaqilghu xi madum, mhux zgur, u konvincentement, akkoljibbli l-gravam illi ddifett riskontrat huwa l-probabbli konsegwenza ta’ nonkonformita` mad-deskrizzjoni u l-ispecifikazzjoni talprodott mibjugh jew tat-tqeghid tieghu mis-socjeta` attrici, kuntrarja ghar-regola ta’ l-arti u tas-sengha. Huwa proprju dan is-sens li jinzel mis-sentenza tat-Tribunal u li din il- Qorti, ghall-konsiderazzjonijiet premessi, thossha fid-dmir li ghandha tikkonferma.
Ghall-motivi predetti din il-Qorti tichad l-appell, u konsegwentement tikkonferma s-sentenza appellata, blispejjez kontra l-konvenuti appellanti.
< Sentenza Finali >