MALTA
QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta ta' l-24 ta' April, 2009
Appell Civili Numru. 15/2008
Maria Geraldine Attard
vs
Go Mobisle Communications Ltd
Il-Qorti,
Fit-3 ta’ Dicembru, 2008, it-Tribunal ghal Talbiet tal-
Konsumatur ippronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet
premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni tal-Avviz fl-ismijiet fuq
premessi pprezentati fid-9 ta' Lulju 2008 fejn irrikorrenti
talbet danni ta’ elf, mitejn u sebgha ewro
u tmienja u sebghin ewro centezmi (€1207.78)
rapprezentanti hlas zejda mitlub mill-intimat u li ma
humiex dovuti.
L-intimat ipprezenta risposta ghal din it-talba u
attenda ghas-seduta.
Illi wara li sema' x-xhieda tar-rikorrenti li hija listess
rikorrenti, u wara li sema' x-xhieda ta’ lintimat
li huwa rapprezentant tad-ditta intimata, u
wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll taccirkostanzi
kollha tal-kaz;
Ikkunsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti ssottometta illi wara li rceviet kontijiet li
jammontaw ghal elf, hames mija u tmienja u
erbghin ewro u tnejn u disghin ewro centezmi
(€1548.92) hija ghamlet ilment mal-kumpanija
ntimata li minn naha taghhom tawha skont zghir u
li ghalhekk ir-rikorrenti bdiet thallas pagamenti kull
xahar 'under protest' sakemm tigi rizolta din ilkwistjoni
minn dan it-Tribunal.
Ir-rikorrenti ssottomettiet wkoll illi fl-'special
conditions’ tal-kuntratt ghall-‘Internet/e-mail
access’ li hi ghamlet mal-kumpanija ntimata hemm
specifikat il-kelma 'unlimited' fit-'tariff plan' kif ukoll
illi hi ma nghatat ebda rendikont dettaljat kif sar
dan l-uzu u nghatat biss figure f’cifri ta' 'data
usage'. Il-kumpanija ntimata qatt ma gabet ghal
konjizzjoni taghha xi termini tal-kuntratt li jista'
jinsab fuq is-sit tal-internet tal-Go.
Finalment ir-rikorrenti ssottomettiet verbalment
waqt is-smiegh tal-kawza illi hi dejjem uzat dan isservizz
ghal skop domestiku u li hi kellha kontroll
shih fuq il-computer taghha b''password' li kienet
taf hija biss.
L-intimat issottometta illi huma qatt ma illimitaw il-
5GB imsemmija ghal 'downloads' fil-kuntratt u li rrikorrenti
qatt ma talbet tali rendikont tal-uzu u li
hija lesta li tipproducieh.
Inoltre l-intimat issottometta illi huma kienu ghamlu
riduzzjoni ta' 30% mill-kont ta' Jannar 2008 liema
kont kien jammonta ghal tliet mija u wiehed u
erbghin ewro u erbatax ewro centezmi (€341.14),
kif ukoll ezenzjoni mill-ahhar 'access fee' u kienet
ezentata mill-penali ta' ksur tal-ftehim.
Finalment l-intimat issottometta illi huma fasslu
program mifrux fuq ghaxar xhur biex ir-rikorrenti
tkun tista' thallas il-kontijiet mibghuta lilha.
It-Tribunal jinnota illi:-
Wara li r-rikorrenti ressqet l-ilment taghha malkumpanija
ntimata, l-intimat minn naha tieghu
rriduca l-kont izda dan in-nuqqas ma kienx jirrifletti
l-obbligu tal-ammont ta' hlas kontrattat. Ir-rikorrenti
minn naha taghha, u sabiex ma tidholx fi spejjez
addizzjonali ta' kawza inizjata mill-intimat, bdiet
taghmel pagamenti menswali taht protest u bla
pregudizju ghall-kaz odjern.
It-Tribunal jinnota illi l-intimat kien taha parir sabiex
tieghu dak is-servizz ghaliex skond l-istess intimat
dan kien servizz offrut ghall-prezz ta' tliet u
ghoxrin ewro (€23) u li kien impossibbli li rrikorrenti
taqbez il-limitu ta' 'five gigabytes
download'. Barra minn hekk l-intimat qatt ma
spjega jew b'xi mod iehor indika lir-rikorrenti illi hi
kienet ser tinzamm responsabbli ghall-hlasijiet ta'
xi 'upload' li terzi persuni setghu jaghmlu minn fuq
il-computer taghha. Ta' min jinnota illi wara l-ilment
illi wara li tressaq dan l-ilment mir-rikorrenti lkumpanija
ntimata biddlet il-kelma 'download' ghal
dik ta' 'data usage' fuq ir-riklamar taghha.
It-Tribunal jinnota b'mod partikolari illi l-kelma
'unlimited' tinsab miktuba bl-idejn, u cioe inkitbet
f’kuntratt li sar specifikament ghar-rikorrenti taht ittitolu
'Tariff Plan'.
It-Tribunal jinnota s-sottomissjonijiet tar-rikorrenti
fejn qal li l-'Consumer Affairs Act, Part VII, Title 1
Articles 51A to 51J' tal-Ligi Ewropea tirreferi ghal
'advertising practice of making exaggerated
statements or statements which are not meant to
be taken literally' kif ukoll illi 'A commercial
practice shall be regarded as misleading if in any
way, including its overall presentation, deceives or
is likely to deceive the average consumer, even if
the information is factually correct, in relation to
one or more of the following elements, and in
either case causes or is likely to cause him to take
a transactional decision that he would not have
taken otherwise'.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal wara li kkonsidra hawn fuq u wara li ra
illi t-'Tariff Plan' kif imnizzla fil-kuntratt u accettata
u ffirmat miz-zewg partijiet jaghti lir-rikorrenti d-dritt
esklussiv ghal uzu 'unlimited' ta' 'internet/e-mail
access' bir-rata ta' tlieta u ghoxrin ewro u disgha u
sittin ewro centezmi (€23.69), jilqa' t-talba tarrikorrenti
u jordna lill-intimat jirrevedi l-kontijiet
kollha mahruga minnu mid-data illi gie ffirmat ilkuntratt
sad-data ta' din is-sentenza, u dan bir-rata
ta' tlieta u ghoxrin ewro u disgha u sittin ewro
centezmi (€23.69) fix-xahar, bl-ispejjez kontra listess
intimat.”
L-ilment preponderanti tas-socjeta` mharrka huwa fis-sens
illi t-Tribunal naqas li jiehu konjizzjoni korretta tal-fatti u
tad-dokumenti u applika b’mod zbaljat l-principji legali;
Il-bazi tal-kontestazzjoni ta’ l-appellata bil-kawza minnha
proposta quddiem it-Tribunal hi fis-sens illi skond lallegazzjoni
taghha s-socjeta` appellanti, fil-mument talbejgh
tal-prodott offert weghditha 5 gigabytes “download”
u mhux 5 gigabytes “usage” (kompriz l-uploads ta’ terzi).
Ma’ dan is-socjeta` appellanti ma qabletx u in linea
difensjonali ssottomettiet illi l-kuntratt iffirmat kien jipprovdi
illi d-daqs tal-bundle huwa 5GB ta’ network usage. Anke
issa f’dan l-istadju, b’censura ghad-decizjoni tat-Tribunal,
is-socjeta` appellanti tirrepeti dik l-istess linja ta’ difiza
taghha u tikkritika lit-Tribunal illi dan qaghad ghal kollox
fuq l-istqarrijiet ta’ l-appellata minghajr ma ezamina sew ilpattijiet
kontrattwali. Linejari ma’ din is-sottomissjoni
taghha s-socjeta` appellanti tikkontendi allura illi t-Tribunal
ma ghamelx valutazzjoni xierqa tal-provi u dan bi
pregudizzju gravi ghal jeddijiet taghha;
Fis-sentenza taghha fl-ismijiet “Mary Zarb -vs- Emma
Azzopardi et”, 28 ta’ Marzu, 2007 din il-Qorti kienet
hemm issenjalat il-principju illi anke fil-kazijiet insorti
quddiem it-Tribunal specjali krejat bil-Kapitolu 378 tal-
Ligijiet, il-process ghandu jirriproduci dik id-decizjoni
akkurata li tirrifletti l-verifiki korretti tal-fatti u l-applikazzjoni
tal-ligi. Fiha, issokta jizdied illi dik id-decizjoni mit-Tribunal
tista’ tkun soggetta b’success ghal revizjoni minn din il-
Qorti jekk jinstab li t-Tribunal ma jkunx ippresta attenzjoni
adegwata lill-mertu tal-kaz jew fejn l-ezercizzju tal-poter
diskrezzjonali jkun ghal kollox nieqes minn raguni jew fejn
il-konkluzjoni ultimament raggunta tirrizulta illogika;
Jinzel minn dan illi l-Qorti ghandha tezamina jekk fil-kaz in
ispecje kienx hemm xi motiv minn dawn appena illustrati
u, ukoll, l-ezistenza ta’ xi pregudizzju gravi ghal liema
jirreferi t-test tal-ligi fl-Artikolu 22 (2) tal-Kapitolu imsemmi;
Dikjaratament, is-socjeta` appellanti tirpoza l-argoment
centrali taghha bl-aggravju fuq il-bazi tal-kuntratt interkjuz
bejn il-partijiet ghas-servizz ta’ l-internet. Dan taghmlu
biex issostni l-punt illi s-servizz ikkuntrattat mill-appellata
kien wiehed limitat ghall-uzu ta’ hames (5) gigabytes
minghajr ebda kwalifika u li ghal kull uzu li jeccedi tali
limitu kellu jkun hemm hlas addizzjonali skond kif millkuntratt
prevvist;
Fl-inkartament tal-kaz quddiem it-Tribunal tinsab esebita
kopja tad-Direttiva 93/13 ta’ l-Unjoni Ewropeja relattiva
ghal “unfair terms in consumer contracts”.
Presumibilment, l-iskop ta’ din l-esebizzjoni kien dak li
jissenjala l-principju regolanti b’mod uniformi
kontrattazzjonijiet bhal dak de quo agitur.
Opportunament, fuq il-konsiderazzjoni taghha ta’ din id-
Direttiva, jidher li fin-normattiva komunitarja l-formalita`
tal-ftehim ma hix dik sempliciment tad-dokument konkjuz
bejn il-partijiet kontraenti izda din tassumi importanza
aktar mifruxa li tinkorpora l-attivita` kontrattwali shiha, sija
pre, jew post, kontrattwali. F’certu sens allura din il-forma
takkwista tifsira diversa minn dik tas-sens strett kif
nsibuha fil-Kodici Civili in materja ta’ kuntratti bil-miktub, in
kwantu d-Direttiva donnha ttendi biex ikun maghruf sew liskambju
ta’ l-informazzjoni anterjuri, kif ukoll posterjuri,
ghall-att u r-rapport finali. Dan mhux minghajr raguni. Filfehma
tal-Qorti l-obbjettiv principali jidher li hu dak li tkun
iggarantita t-trasparenza massima ta’ l-operazzjoni
kontrattwali u li tkun assikurata dik il-kjarezza magguri ta’
gharfien dwar dak li jkun qed jigi propost lill-konsumatur
ta’ l-oggett jew tas-servizz. Fi kliem iehor tezisti dik ilhtiega
li l-konsumatur kontraenti jitqieghed fil-kondizzjoni li
jikkonkludi l-ftehim wara li jkun akkwista, b’mod car,
semplici u li jinftiehem, il-konoxxenza ta’ dawk l-elementi
kollha u ta’ l-informazzjoni shiha u utli ghal dak l-iskop talkonkluzjoni
tal-kuntratt;
Fil-kaz specifiku ma jidherx li t-Tribunal tbieghed minn din
il-koncezzjoni. In bazi ghall-provi attendibbli, kif valutati
minnu, huwa stabilixxa illi lill-appellata kien gie offert
servizz ta’ “five gigabytes download”, qieghed is-sinjifikat
tieghu fuq il-kelma “unlimited” stabbilita taht il-kappa
“Tariff Plan” fil-kuntratt, innota li l-kumpanija appellanti
ssostitwit fir-reklamar taghha l-kelma “download” ghal dik
ta’ “data usage” u, wara li adotta l-kummenti traccjati fil-
Consumer Affairs Act fil-ligi Ewropeja, iddetermina illi lilment
imressaq lilu mill-appellata kien wiehed valevoli u lappellata
kien jisthoqqilha l-protezzjoni, kif mid-Direttiva u
mill-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur mahsub. Mhix
ghal din il-Qorti li tikkwerela din il-valutazzjoni tat-Tribunal
arginata fuq l-elementi intrinsici tal-provi kemm ghaliex
skond il-ligi d-dritt ta’ sindikar minn Qorti ta’ revizjoni hu
wiehed ristrett ghal dak li jinghad skond il-vot tal-ligi fl-
Artikolu 22 (2) tal-Kapitolu 378, kemm ghaliex din il-Qorti
ma ssibx illi t-Tribunal ivvjola, fil-kaz partikulari, il-principji
ta’ dik il-gustizzja sostantiva u ta’ l-ekwita li jippreciza l-
Artikolu 21 (1) tal-istess Kapitolu. Principji dawn li din il-
Qorti wisq drabi fissret f’numru ta’ decizjonijiet taghha u
mhux il-kaz li toqghod terga’ tirreplikahom. Ara
b’ezemplari s-sentenza fl-ismijiet “Andrew Cassar et -vs-
Victor Mercieca nomine”, Appell mit-Tribunal ghal
Talbiet Zghar, 22 ta’ Novembru, 2006;
Is-socjeta` appellanti tilmenta illi t-Tribunal ma tax piz
xieraq lill-espressjoni tal-bona fide ghal liema jirreferi l-
Artikolu 993 tal-Kodici Civili in kap ghall-Effetti tal-Kuntratti
in generali. Il-fatti tal-kaz, u l-aktar il-konsiderazzjonijiet
tad-decizjoni appellata ma jikkorroborawx u ma jsostnux
din ic-censura. Dan proprju ghaliex fl-argini tal-kwadru
komplet tal-fatti maghrufa l-bwona fede assumiet
parametru siewi gudizzjali ta’ dik il-verifika illi, kif fuq
manifest, induciet lit-Tribunal ghal dak ir-ragonament u dik
il-konkluzjoni, fis-sentenza rispekkjati, tar-rapport
sottostanti l-kuntratt ta’ ftehim.
Ghal motivi kollha predetti din il-Qorti qeghda
konsegwentement tirrespingi l-appell u tikkonferma ssentenza
appellata, bl-ispejjez kontra s-socjeta`
appellanti.
< Sentenza Finali >