FIL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI ĊIVILI
IMĦALLEF
ONOR. ROBERT G. MANGION
SEDUTA TAT-28 T’APRIL 2022
Kawża Numru: 5
Rik. Ġur. 552/2019 RGM
Helen Schembri
vs.
GlobalCapital Financial Management Limited
(C 00053)
Il-Qorti:
Rat ir-rikors ġuramentat ta’ Helen Schembri ippreżentat fl-4 ta’
Ġunju, 2019 li permezz tiegħu ppremettiet u talbet is-segwenti:
1. Illi l-esponenti Helen Schembri hija mara ta' 61 sena, separata
legalment u hadmet bhala seftura fid-djar tan-nies. Prezentement, hija
tahdem bhala carer f'dar tal-anzjani.
2. Illi meta sseparat f’Settembru 2008, l-esponenti talbet parir lissocjeta’ konvenuta GlobalCapital Financial Management Ltd dwar kif
l-ahjar tinvesti l-unici flejjes li qatt kellha, fis-somma ta’ kwazi
2
€40,000, u li rceviethom mal-bejgh tad-dar taz-zwieg. Is-socjeta’
konvenuta accettat dan l-inkarigu u tat lill-esponenti ktejjeb tat-"Terms
of Business" u l-"Agreement" li jirregolaw l-ghoti ta’ dan is-servizz.
3. Illi s-socjeta’ konvenuta assenjat lil Financial Planning Manager
Mandy Schembri biex taghti s-servizz ta' investiment mitlub lillesponenti u din tal-ahhar tat parir lill-esponenti biex tinvesti s-somma
ta' €37,269.97 fil-Keydata Lifemark Secure Income Bond.
4. Illi fil-15 t'April 2011, is-socjeta’ konvenuta avzat lill-esponenti
li dan l-investiment fil-Keydata Lifemark Secure Income Bond kien qed
jissospendi l-hlas tal-imghax u l-kapital izda "l-emittenti ghadu jahdem
fuq il-possibilta' ta' pjan ta' ristruturar" u li s-socjeta konvenuta
wieghdet li "se nkomplu nsegwu mill-qrib it-sitwazzjoni u bi hsiebna
nikkomunikaw maghkom".
5. Illi wara dan, is-socjeta’ konvenuta baqghet tittama lill-esponenti
li setghet tirkupra flusha, u l-imghaxijiet, inkluz kull meta baghtitilha
korrispondenza bil- pagamenti akkont mill-bejgh tal-assi tal-Fond misSecurity Trustee, fil-15 t'April 2011, 18 ta' Mejju 2011, l-1 ta'
Novembru 2012, 14 ta' Mejju 2013, Novembru 2013, Jannar 2014,
April 2014 u Dicembru 2014.
6. Illi kien biss mal-pagament ta' Jannar 2016 li l-esponenti giet
avzata li dan kien l-ahhar pagament li kienet ser tircievi, u li ghalhekk
kienet ser tkun irceviet biss porzjoni zghira ta’ 16.1% tas-somma
investita.
7. Illi dan l-investiment tal-Keydata Lifemark Secure Income Bond
huwa strument finanzjarju kumpless u ta' riskju gholi u s-socjeta’
konvenuta, b’nuqqas ta’ prudenza, diligenza u attenzjoni, u bi ksur car
tal-obbligi legali taghha, tat parir lill-esponenti tinvesti flusha kollha
f'dan il-prodott spekulattiv minkejja li l-esponenti kienet iddikjarat li
3
ma riditx tiehu riskju ghal kapital, kif ser jirrizulta ahjar fil-kors ta’ din
il-kawza.
8. Illi s-socjeta’ konvenuta, kemm oralment kif ukoll permezz ta’
brochure li ddistribwiet lill-esponenti, zvijatha meta qaltilha u ttamatha
li dan l-investiment kien ta’ riskju baxx.
9. Illi l-esponenti ma kellha l-ebda taghrif, tahrig jew esperjenza fittip ta' investiment li s-socjeta’ konvenuta tatha parir tixtri, u bieghetilha
bil-mezz tar-rapprezentant taghha Mandy Schembri.
10. Illi l-investiment imsemmi li l-esponenti kienet indotta
tinvesti flusha kollha fih la kienet suitable u lanqas appropriate ghaliha,
kif lanqas kien kompatibbli mac-cirkostanzi taghha, mat-taghrif u lesperjenza precedenti taghha u mal-loss absorption capacity taghha, kif
mehtieg mir-regim regolatorju applikabbli fiz-zmien tal-bejgh, inkluz
il-Markets in Financial Instruments Directive, 2004/39EC, u r-Regoli
tal-MFSA li dahhluha fis-sehh f’Malta.
11. Illi inoltre, is-socjeta’ konvenuta naqset li taghti lill-esponenti linformazzjoni kollha mehtiega w rilevanti dwar in-natura ta’ dawn linvestimenti u r-riskji involuti fihom, u naqset li taccerta ruhha li lesponenti kienet kapaci tifhem r-riskji u kapaci tiehu decizjoni
infurmata qabel tinvesti fil-Keydata Lifemark SIB.
12. Illi huwa ghalhekk car li s-socjeta’ konvenuta naqset fil-konfront
tal-esponenti mill-obbligi taghha li taghtihom servizz b’diligenza,
sengha, hila u kura; ghall-kuntrarju, is-servizzi provduti mis-socjeta’
konvenuta lill-esponenti nghataw bi traskuragni w negligenza
kuntrattwali grossolana u bi ksur w inadempjenzi tal-obbligi
kuntrattwali, rizultat ta' nuqqas ta' client due diligence u product due
diligence, bi ksur car tal-ligijiet u r-regim regolatorju applikabbli, u talobbligi fiducjarji taghha.
4
13. Illi inoltre, is-socjeta` konvenuta approfittat ruhha min-nuqqas ta’
gharfien tal-esponenti, u min-nuqqas ta' taghrif u esperjenza taghha filqasam tal-investimenti, u bi traskuragni u b’qerq u bi ksur tal-obbligi
professjonali u fiducjarji taghha, ottjeniet minghandha firem ghal
dikjarazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-esponenti qatt ma setghet tifhem
il-portata taghhom, u dan b’espressjonijiet mhux gusti u pprojbiti, bi
prattici kummercjali mhux gusti, b'atti u ommissjonijiet qarrieqa,
b’nuqqas ta’ diligenza professjonali, b’influwenza mhux xierqa u blisfruttament ta’ posizzjoni ta’ poter mill-istess konvenuti fil-konfront
tal-esponenti bhala retail investor.
14. Illi b’rizultat ta’ dawn in-nuqqasijiet kollha tas-socjeta’
konvenuta, l-esponenti garrbet danni ingenti konsistenti f’telf massicc
tal-kapital investit u tad-dhul iehor relattiv, ghal liema danni ghandha
twiegeb wahedha s-socjeta’ konvenuta.
Ghaldaqstant, ghar-ragunijiet premessi u dawk kollha li jirrizultaw filkors tas-smigh tal-kawza, prevja kull dikjarazzjoni ohra li tista’
tirrizulta mehtiega, l-esponenti titlob bir-rispett li din il-Qorti
joghgobha:
(i) tiddikjara u tiddeciedi li s-socjeta’ konvenuta naqset mill-obbligi
kuntrattwali, legali u professjonali taghha fil-konfront tal-esponenti, flghoti tas-servizzi ta’ investiment fuq imsemmi;
(ii) tiddikjara u tiddeciedi li, b’rizultat ta’ dan l-agir u tan-nuqqasijiet
attribwibbli lill-konvenuta, l-esponenti sofriet danni ingenti konsistenti
f’telf ta’ kapital u qligh;
(iii) tillikwida d-danni kollha hekk sofferti mill-esponenti bi htijiet
tas-socjeta’ konvenuta;
5
(iv) tikkundanna lis-socjeta’ konvenuta thallas lill-esponenti ssomma hekk likwidata u dovuta.
Bl-ispejjez u bl-imghax, kontra s-socjeta’ konvenuta li tibqa' ngunta
minn issa ghas-subizzjoni, u b’rizerva ghal kull azzjoni ohra kompetenti
lill-esponenti fir-rigward.
Rat ir-risposta ġuramentata ta’ GlobalCapital Financial
Management Limited ippreżentata fit-12 ta’ Lulju, 2019 fejn jingħad
kif ġej:
Il-Fatti
1. Illi b’referenza ghall-ewwel (1) paragrafu tar-rikors promotur, issocjeta intimata tghid illi l-fatti hemm allegati mhux kontestati in
kwantu din l-informazzjoni rigward l-attrici tirrizulta mill-‘Know Your
Client Form’ datata 03 ta’ Ottubru 2008 (‘KYC’) (hawn annessa bhala
Dok ‘GC2’) liema formola mtliet ftit zmien qabel ma l-attrici investiet
fil-‘Lifemark S.A. - Secure Income Bond Issue 4’, b’dan pero’ li fizzmien li fih l-attrici ghamlet l-investiment mertu tal-kawza hija kellha
51 sena u mhux 61 sena;
2. Illi fir-rigward tat-tieni (2) paragrafu tar-rikors promotur, is-socjeta
intimata tafferma illi kuntrarjament ghal dak li jinghad rigward ilprovenjenza tal-flejjes li ntuzaw mill-attrici ghax-xiri tal-investiment,
fiz-zmien in kwistjoni l-attrici qatt ma kienet iddikjarat illi l-flus li
riedet tinvesti gejjin mill-bejgh tad-dar taz-zwieg (kif jirrizulta millistess KYC); Fil-fatt hemm indikat fl-istess KYC illi l-attrici hija s-sid
tal-proprjeta taghha;
3. Illi rigward tal-paragrafi tlieta (3) u disgha (9) tar-rikors promotur, issocjeta intimata tghid illi mhuwiex minnu illi Mandy Schembri giet
assenjata mill-intimata biex taghti parir dwar l-investiment lill-attrici ;
6
4. Illi s-socjeta intimata tispejega ghal kull buon fini illi fit-03 ta’ Ottubru
2008 l-attrici kienet inkarigat lis-socjeta intimata, fil-vesti taghha ta’
intermedjarja licenzjata taht l-Att Dwar Servizzi ta’ Investiment (Kap.
370), sabiex takkwistalha zewg investimenti, ossia: (i) investiment ta’
€6,000 f’ ‘Aberdeen Global-European High Yield Bond Fund - A2’ ; u
(ii) investiment ta’ €37,269.97 fil- ‘Lifemark S.A. Secure Income Bond
Issue 4 – QI’ ; Illi madankollu kif inhu evidenti mir-rikors promotur ttalbiet attrici huma limitati espressament ghall-investiment li sar
minnha f’ ‘Lifemark S.A. Secure Income Bond Issue 4-QI’ (‘SIB’); Illi
fir-rigward ta’ dan l-investiment qed tigi ezebita kopja tal-"Purchase
Contract Note" relattiva ghax-xiri tal-istess investiment SIB li sar millattrici tramite s-servizz ta’ intermedjazzjoni tas-socjeta
eccepjenti (Dok. GC3);
5. Illi b’referenza ghall-paragrafu erbgha (4) tar-rikors promotur, l-attrici
qed tkun dizonesta’ billi qed tikkwota parzjalment u barra mill-kuntest ;
Illi fil-fatt fil-5 ta’ Marzu tas-sena 2010, l-esponenti fil-vesti taghha ta’
intermedjarja, kienet diga’ baghtet cirkolari bl-Ingliz u bil-Malti lillklijenti taghha kollha li kienu nvestew fl-SIB, inkluz lill-attrici, biex
tinfurmahom illi kienu gew appuntati “provisional administrators”
ghall-fond ghal perjodu ta’ sitt xhur “bl-akbar setghat estensivi, li
jinkludu s-setgha li jakkwistaw u jirrealizzaw assi” u allura sa minn dakinhar diga kien evidenti ghall-attrici li s-socjeta emettenti ma kinitx
sejjra tajjeb (Dok ‘GC4’) ; Illi di piu’ fl-ahhar ta Marzu tas-sena 2010
kif ukoll f’Lulju tas-sena 2010, l-esponenti, dejjem fil-vesti ta’
intermedjarja, kienet baghtet zewg ittri ohra biex tavvza lill-klijenti
taghha, inkluz lill-attrici illi Lifemark S.A. kienet harget avviz lillazzjonijisti kollha rigward in-nuqqas ta’ pagamenti tal-imghax kif ukoll
rigward possibilita’ ta’ ristrutturar (Dok ‘GC5i’ u Dok ‘GC5ii’);
Ghalhekk, kif ser ikompli jirrizulta fil-kors tal-kawza, l-attrici kienet
konsapevoli ferm qabel April tas-sena 2011 illi l-hlasijiet ta’ imghaxijiet
kienu gew sospizi kif ukoll li s-socjeta emettenti Lifemark S.A. kellha
problemi serji;
7
7. Illi b’referenza ghal paragrafi hamsa (5) u sitta (6) tar-rikors promotur,
is-socjeta intimata tghid, fl-ewwel lok, illi l-‘Bondholder Notices’
nhargu mis-Security Trustee u mhux minnha ; Fit-tieni lok il-pagamenti
relattivi saru mill-istess Security Trustee u mhux mill-esponenti li kienet
qed tagixxi biss ta’ intermedjarja ; Tghid ukoll illi fi kwalsiasi kaz listess ‘Bondholder Notices’ kienu cari u ma taw l-ebda tama lillinvestituri li dawn kienu ser jirkupraw flushom u l-imghaxijiet kif tghid
l-attrici ; Anzi jghidu car u tond li "Based on current information it
remains expected that the total amount that will be paid to the Paying
Agents for distribution will be the equivalent of approximately 12%
(twelve per cent) to 15% (fifteen per cent) of the nominal amount of the
issued bonds (or capital invested) which will be returned over a number
of distributions. These estimates are inclusive of the distributions made
to date" (ara ‘Bondholder Notice’ datata Novembru 2013 hawn annessa
bhala Dok ‘GC6’) ; Ghalhekk, anki f’dan ir-rigward huwa car li l-attrici
qed tipprova tizvija lil din il-Qorti u li dak li qed tghid fil-hames (5) u ssitt (6) paragrafu tar-rikors promotur ma huwiex minnu ;
8. Illi b’referenza ghall-paragrafi sebgha (7), tmienja (8) u ghaxra (10) tarrikors promotur, s-socjeta intimata tichad fermament illi hija agixxiet
“b’nuqqas ta’ prudenza, diligenza u attenzjoni, u bi ksur car tal-obbligi
legali taghha”; Illi apparti minn hekk abbazi tal-informazzjoni li kienet
tezisti dwar l-investiment in kwistjoni fiz-zmien li fih sar dan linvestiment, l-istess investiment ma kienx meqjus bhala wiehed
spekulattiv jew ta’ riskju gholi u abbazi tas-"suitability test" li sar lillattrici dan l-investiment setgha jinbiegh lilha skond ir-regoli vigenti fizzmien in kwistjoni, kif ser ikompli jirrizulta fil-kors tal-kawza; Illi
ghalhekk mhuwiex minnu li l-esponenti zvijat lill-attrici dwar ir-riskju
tal-investiment u/jew li inducietha biex taghmel investiment li ma kienx
idoneju ghaliha skond l-informazzjoni li kellha l-esponenti fiz-zmien in
kwistjoni;
8
9. Illi fir-rigward tal-paragrafiu hdax (11) tar-rikors promotur, is-socjeta
intimata tafferma illi kuntrarjament ghal dak allegat, l-attrici kienet ben
konsapevoli illi l-investiment mertu tal-kawza odierna kellu element
ta’ riskju abbinat mieghu ; illi inoltre s-socjeta intimata tichad lallegazzjoni li hija naqset milli taghti l-informazzjoni kollha dwar innatura tal-investiment u r-riskji involuti, kif ukoll li naqset li taccerta
ruhha li l-attrici kienet kapaci tifhem r-riskji involuti; Illi rappresentanti
tas-socjeta intimata kienu spjegaw lill-attrici li l-investiment kien
jikkomporta element ta’ riskju kif jirrizulta anki mill-brochure tal-SIB
(mahrug mis-socjeta Key Data) li nghata lill-attrici mill-esponenti ;
Inoltre jirrizulta mill-‘file note’ relattiv ghall-investiment in kwistjoni
u iffirmat mill-istess attrici (kopja annessa u mmarkata bhala Dok GC
7) illi l-attrici stess ikkonfermat, fost affarijiet ohra, illi kienet fehmet
kif jahdem l-investiment de quo u r-riskji abbinati mieghu; apparti
minn hekk ikkonfermat ukoll illi hija kienet giet imwissija illi l-valur
tal-investiment u l-qliegh relattiv jista’ jitla’ kif ukoll jinzel u li jista’
jkun ukoll illi tiehu lura anqas mis-somma investita minnha;
10. Illi b’referenza ghal paragrafu tnax (12) tar-rikors promotur, is-socjeta
intimata tirrespingi bhala infondata fil-fatt u fid-dritt l-allegazzjoni talattrici illi hija tat servizz b’nuqqas ta’ diligenza, sengha, hila u kura u
li agixxiet bi traskuragni w negligenza grossolana u bi ksur u
inadempjenzi tal-obbligi kuntrattwali u/jew nuqqas ta’ client due
diligence u product due diligence bi ksur tal-ligijiet u r-regim
regolatorju u l-obbligi fiducjarji (minghajr ma lanqas biss tispecifika
liema huma dawk il-ligijiet, regolamenti u/jew obbligi li qed tirreferi
ghalihom) ;
11. Illi b’referenza ghal paragrafu tlettax (13) tar-rikors promotur, s-socjeta
intimata tirrespingi bhala kompletament infondati fil-fatt u fid-dritt ilvarji allegazzjonijiet maghmula mill-attrici ; Illi l-esponenti tichad
fermament illi hija ottjeniet minghand l-attrici firem ghal
dikjarazzjonijiet u kundizzjonijiet li ma setghetx tifhem il-portata
taghhom u tasserixi illi kwalunkwe dokument iffirmat mill-attrici gie
9
iffirmat minnha liberament u xjentement; Illi minghajr pregudizzju
ghall-premess, is-socjeta intimata issostni illi hija agixxiet in buona
fede u wettqet l-inkarigu taghha fedelment in konnessjoni mal-akkwist
tal-investiment de quo mill-attrici kif ser jirrizulta ulterjorment fil-kors
tal-kawza;
12. Illi fir-rigward tal-paragrafu erbghatax (14) tar-rikors promotur, issocjeta intimata tghid illi hija ma ghandha l-ebda responsabbilta’ jew
htija ghat-telf li setghat garrbet l-attrici u li l-pretensjonijiet tal-attrici
fil-konfront taghha huma kompletament infondati fil-fatt u fid-dritt;
13. Illi l-fatti indikati fil-paragrafi suriferiti ta’ din ir-risposta huma
maghrufin lir-rapprezentanti tal-esponenti in kwantu jaf bihom filmansjoni tieghu bhala ufficjal tas-socjeta intimata; illi inoltre huwa
jikkonferma wkoll bil-gurament tieghu illi s-socjeta intimata ma hijiex
debitrici tal-attrici.
L-Eccezzjonijiet
Ghaldaqstant in vista tas-suespost is-socjeta intimata ghandha ssegwenti eccezzjonijiet xi tressaq kontra t-talbiet tar-rikorrenti:
(1) Illi preliminarjament u minghajr pregudizzju ghall-eccezzjonijiet lohra, t-talbiet tal-attrici huma preskritti a tenur tal-art. 2153 tal-Kap. 16
tal-Ligijiet ta’ Malta;
(2) Illi, preliminarjament u minghajr pregudizzju ghall-eccezzjonijiet lohra, l-azzjoni odjerna hija preskritta ai termini ta’ l-Artikolu 2156(f)
tal-Kap.16 tal-Ligijiet ta’ Malta;
(3) Illi, preliminarjament u minghajr pregudizzju ghall-eccezzjonijiet lohra, in kwantu l-attrici qed tallega illi l-eccipjenti ottjeniet
10
minghandha, bi traskuragni, qerq u ksur ta’ ligi, firem ghal
dikjarazzjonijiet u kundizzjonijiet li ma setghatx tifhem il-portata
taghhom, u ghalhekk vizzju tal-kunsens tal-attrici minhabba ghemil
doluz, l-azzjoni odjerna hija perenta ai termini ta’ l-Artikolu 1222(1)
tal-Kap.16 tal-Ligijiet ta’ Malta;
(4) Illi fil-mertu, u minghajr pregudizzju ghall-eccezzjonijiet l-ohra, lewwel (1) talba tal-attrici hija infondata fil-fatt u fid-dritt in kwantu u
s-socjeta intimata ma naqsitx mill-obbligi kuntrattwali, legali u
professjonali taghha fil-konfront tal-attrici fl-ghoti tas-servizz ta’
investiment li attwalment inghata lill-attrici;
(5) Illi fil-mertu, u minghajr pregudizzju ghall-eccezzjonijiet surriferiti, ttalbiet kollha l-ohra tal-attrici huma kollha infondati fil-fatt u fid-dritt
in kwantu, apparti li ghad trid issir il-prova tad-dannu li qed jigi allegat
mill-attrici, s-socjeta intimata mhiex responsabbli versu l-attrici ghal
ebda dannu jew telf li seta gie soffert minnha u ghalhekk is-socjeta
intimata ma ghandhiex tigi kkundannata thallas l-ebda ammont in linea
ta’ danni jew telf lill-attrici u ghaldaqstant it-talbiet tal-attrici filkonfront tal-eccepjenti ghandhom jigu respinti;
(6) Salvi eccezzjonijiet ulterjuri;
Bl-ispejjez kollha kontra l-attrici.
Rat l-atti kollha tal-kawża;
Rat in-nota ta’ sottomissjonijiet tal-attriċi ppreżentata fit-23 t’Awwissu
20211
kif ukoll in-nota ta’ sottomissjonijiet tas-soċjeta konvenuta
ppreżentata fid-29 t’Ottubru 20212
;
1 Paġna 818 et seq tal-proċess.
2 Paġna 837 et seq tal-proċess.
11
Rat illi l-kawża tħalliet għal-lum għas-sentenza.
Ikkonsidrat;
Fatti pertinenti għal każ
F’Settembru 2008 l-attriċi talbet parir lis-soċjeta konvenuta dwar kif laħjar tinvesti s-somma ta’ kważi €40,000. Is-soċjeta konvenuta tat lillattriċi ktejjeb tat-Terms of Business u l-Agreement li jirregolaw l-għoti
ta’ dan is-servizz. Kienet Noelene Mangion, li tat parir lill-attriċi sabiex
tinvesti s-somma ta’ €37,269.97 f’Keydata Lifemark Secure Income
Bond. L-attriċi rċievet il-pagament ta’ imgħax fis-somma ta’ €635.83
fis-16 ta’ Frar 2009, fit-13 ta’ Mejju 2009, fis-17 t’Awwissu 2009 u fl20 ta’ Novembru 2009. Fil-5 ta’ Marzu 2010, is-soċjeta konvenuta
bgħatet ċirkolari tinforma lill-klijenti tagħha li kienu ġew appuntati
amministratturi proviżorji għal perjodu ta’ sitt xhur għal fond mertu talkawża. Fi ftit aktar minn ħmistax-il jum wara u ċioe fit-22 ta’ Marzu
2010, is-soċjeta konvenuta kienet avżat lill-attriċi li l-bond li nvestit fih
kien qiegħed jissospendi l-ħlas tal-imgħax u l-kapital iżda li kien hemm
il-possibilita ta’ ristrutturar. F’Novembru 2013 u għal tlett darbiet fissena 2014, l-attriċi reġgħet irċeviet il-ħlas ta’ €3,167.95 f’Novembru
2013, €521.41 f’Jannar 2014, €876.77 f’April 2014 u €702.58
f’Diċembru 2014. Mal-pagament ta’ Jannar 2016 li kien fis-somma ta’
€526.14, l-attriċi ġiet avżata li ma kienx ser isir aktar pagamenti u li dak
kien l-aħħar wieħed fejn b’dan hija kienet irċeviet biss persentaġġ żgħir
tas-somma investita minnha.
Ikkunsidrat;
Provi
L-attriċi xehdet permezz t’affidavit. Hija qalet li hija ħarġet mill-iskola
ta’ 14-il sena u ftit li xejn taf skola u li l-ingliż tagħha batut. Bħala
12
xogħol hija ħadmet bħala machine operator ġo fabrika u imbagħad
bħala chambermaid ġewwa lukanda. Wara s-separazzjoni fis-sena
2008, hija bdiet taħdem bħala seftura u carer mal-anzjani. L-attriċi
spjegat li d-dar matrimonjali inbiegħet u sehem tagħha kien ta’ €37,269.
Kompliet tgħid li hija riedet li tinvesti dik is-somma bl-aħjar mod u lgħan tagħha kien li jkollha dħul minnhom fejn il-kapital kien jibqa’
garantit. Qalet li investimenti qatt ma xtrat qabel u ma tifhimx fihom, u
kien għalhekk li maret titlob parir mingħand is-soċjeta konvenuta, wara
li kienet ilha żmien tisma b’ħafna riklami tagħha.
Kien fl-ewwel ġimgħa t’Ottubru 2008 meta maret f’waħda mill-fergħat
tas-soċjeta konvenuta biċ-ċekk ta’ €37,269.97 f’idejha. Hemmhekk
tkelmet ma’ Joe Camilleri li kien għaddiha ma’ Noelen Mangion. Hija
qalet li lil Mangion kienet qaltilha li xtaqet tinvesti basta ma titlifx
minnhom. Spjegat li Mangion kienet serħitilha rasha u li kienet tatha
parir sabiex tinvesti f’xi ħaġa soda li tagħtiha 7% imgħax fis-sena u
b’riskju baxx. L-investimnet kien Keydata Lifemark Secure Income
Bond u kienet tatha fuljet pero ma tiftakarx li qaltilha jew tatha aktar
informazzjoni.
Tgħid li hija fdatha u għadditilha ċ-ċekk. L-attriċi qalet li fl-ewwel
laqgha Mangion kienet mliet il-karti bl-informazzjoni tagħha. Tgħid li
hija informatha li hija investimenti oħra qabel ma kellhiex u li ma kinitx
ta’ skola u f’dawk l-affarijiet ma kinitx tifhem. Tgħid li hija kienet
qaltilha wkoll li kellha somma żgħira ġewwa kont mal-Bank of Valletta
u Mangion kienet issuġġeritilha li tinvestihom ukoll. Eventwalment dik
is-somma kienet investitha wkoll fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lilha
minn Mangion. Xi ġranet wara rċievet kopja tal-kuntratti talinvestimenti li hija kienet għamlet fuq l-istruazzjonijiet ta’ Mangion.
Tgħid li hija tiċħad li qatt qalet lil Mangion li kienet tippreferi li
tkellimha jew tiktibilha bl-Ingliż. Tinsisti li hija tkellmet u ingħatat parir
minn Noelene Mangion biss u żgur li qatt ma ltaqat ma xi ħadd bl-isem
J M Rusher. L-attriċi tkompli hekk:
13
“Fuq il-Keydata jien ircevejt b’kolloex erba’ hlasijiet ta’ imghax.
Dak li suppost thallas fi Frar 2010 baqa’ ma wasalt. Ghall-ewwel ma
tantx tajt kaz ghax hsibt li jista’ jkun normali li imghax jasal xi ftit
tard. Pero’ cxahar wara rcevejt ittra minn ghand il-Global.
Ghalkemm ma fhimthiex kollha indunajt li kien hemm xi problmei
dwar l-imghax. Cempilt fuq is-soltu numru lil Noelene Mangion pero
qaltli li ma ghadhiex tahdem hemm ussugeritli mmur fl-ufficju talkumpanija l-Gzira. Ghamilt hekk, u kellmitni certa Mandy Schembru
li qaltli biex ma ninkwetax wisq ghax l-affarijiet jistghu jitrangaw u
jkun hemm ristrutturar. Qaltli biex ma ninfaxxax rasi qabel naqsamha
ghax l-investiment kien baqalu sa Ottubru 2013 biex jaghlaq u
jithallas lura. [...] Wara dan, pero, bqajt nircievi ittra wara l-ohra. Ta’
kull darba kont jew immur fl-ufficju tal-Gzira jew incempel u kull
darba Mandy Schembri kienet isserrahli rasi.”3
F’Novembru 2013 u għal tlett darbiet fl-2014, l-attriċi irċeviet ħlas wara
ieħor u kien hawn fejn hija bdiet taħseb li l-affarijiet bdew jiċċaqalqu u
li s-soċjeta konvenuta kienet qiegħda tagħmel minn kollox biex tagħti
lura l-kapital u l-imgħax.
Pero f’Jannar 2016 irċeviet ittra fejn ġiet informata li l-ħlas li kien
hemm mal-ittra kien l-aħħar ħlas li kienu ser jagħmlu. Spjegat li hija
m’għamlet xejn għajr inkwetat sakemm f’Marzu 2019, xi ħadd mixxogħol tagħha kien issuġġerilha li tkellem lil ċertu Paul Bonello u hi
hekk għamlet. Spjegat li hija tagħtu l-kunsens sabiex jagħmel ittra ta’
lment mas-soċjeta konvenuta u fil-fatt huwa bagħat l-ittra f’April 2019.
Qalet li f’Mejju 2019 hija rċeviet ittra mingħand is-soċjeta konvenuta
fejn qalulha li bħala kumpanija hija m’għandhiex tort u bagħtulha wkoll
kopja tal-file note. Hija maret b’dawn il-karti għand Bonello u kien
issuġġerilha li tkellem avukat.
3 Paġna 40 tal-proċess.
14
In kontro-eżami l-attriċi ġiet mistoqsija jekk kienx minnu li qabel
Marzu 2019 hija m’għamlet xejn u l-attriċi wieġbet li hija kienet
iċċempel lis-soċjeta konvenuta biex tara jekk rranġawx is-sitwazzjoni
li kellhom u huma kienu jgħidulha biex ma tinkwetax pero tikkonferma
li qabel Marzu tal-2019 hija ma kinitx maret għand avukat.
L-attriċi ppreżentat rapport tekniku ex parte imħejji minn Paul Bonello,
accountant u investiment manager. Fir-rapport jispjega li ċ-ċirkostanzi
personali ta’ investitur huma importanti sabiex wieħed jevalwa liema
huma l-aħjar investimenti għall-klijent li l-investment services provider
għandu jagħti. Dawn iċ-ċirkostanzi partikolari jinkludu l-eta, l-istat
ċivili, jekk jaħdmix bi qligħ jew huwiex pensjonant, jekk hux impjegat
jew self employed, id-dħul finanzjarju, il-patrimonju u l-pożizzjoni
finanzjarja tiegħu, il-membri tal-familja li ekonomikament jiddependi
fuq l-investitur, il-livell akkademiku ġenerali tiegħu, l-għarfien
teoretiku fil-qasam tal-investimenti, l-esperjenza li kellu fl-investimenti
tiegħu, it-tip ta’ impjieg jew xogħol tiegħu, l-objettivi finanzjarji tieghu,
l-attitudni tiegħu fir-rigward tar-riskju finanzjarju kif ukoll is-saħħa
psikol-fiżika tal-istess investitur. Mir-rapport tekniku jirriżulta li lattriċi ingħatat kopja tal-file note għall-ewwel darba fis-17 ta’ Mejju
2019 u kopja tal-formularjuu KYC ma kienx ingħata lilha mal-ittra tas17 ta’ Mejju 2019 iżda wasal f’idejha mar-risposta ġuramentata.
L-espert tekniku ex parte spjega li l-kapital mitluf mill-attriċi huwa ta’
83.9% tal-ammont investit u ċioe il-kapital ta’ €31,269.50. Jgħid ukoll
li l-attriċi ma rċievet l-ebda imgħax mid-data tal-20 ta’ Novembru 2009.
Dwar il-prodott ta’ investiment, l-espert jagħmel is-segwenti
osservazzjoni:
“Is-sottoskritt dahal f’korrispondenza mal-FSCS izda din tal-ahhar
qalet li l-Prodott Keydata Lifemark distrbwit Malta kien sar mnn
Keydata International Ltd li hija kumpanija ibbazata fil-Gzejjer
Cayman u li ma kienetx awtorizzata fir-Renju Unit, u ghaldaqstant ilProdott Keydaya Lifemark li nbiegh Malta ma kienx kopert
15
minnhom. Dan minkejja li l-marketing material kien identiku bhal
dak uzat fir-Renju Unit.”4
Għamel referenza għall-opinjoni mogħtija mill-European Securities
and Markets Authority fejn fiha ingħad li l-prodott Keydata Lifemark
huwa kumpless u dan peress li huwa prodott magħmul minn “one or
more underlying financial instrument(s) that are difficult to value, or
are combined in such a way so as to make it difficult to assess the risks
invovled and the likely perfomance scenarios” u “it has a fixed
investment term of a number of years with barriers to exit”.5 L-espert
jindika wkoll li ġaladarba li l-kumpanija li bdiet tippromwovi l-Prodott
Keydata Lifemark lejn pajjiżi barra r-Renju Unit kien permezz ta’
Keydata International Ltd, kumpanija ġewwa l-gżejjer tal-Cayman, illivell ta’ regolazzjoni tal-industrija hu inferjuri għal dak tal-Unjoni
Ewropeja.
L-espert ex parte għamel referenza għar-regoli tal-MFSA li l-materjal
ta’ marketing irid ikun fair, clear and not misleading. Jgħid li fil-każ
tal-brochure tal-Keydata Lifemark SIB jagħti deskrizzjoni illi ma tistax
ma tinftiehemx mill-konsumatur medju li l-prodott, jekk mhux
b’kapital garantit, tal-inqas huwa prodott ta’ riskju baxx. Insista firrapport tiegħu li r-riskji kienu mniżżlin b’tipa rqieqa u li fil-verita lprodott li investit fih l-attriċi ma kienx investiment b’riskju baxx kif
jagħti l-impressjoni l-ktejjeb li ingħatalha.
Paul Bonello spjega hekk: “Id-distrubuzzjoni ta’ dan il-brochure ma
jistax ma jigix ikkunsidrat bhala li jikkostitwixxi “prattici kummercjali
mhux gusti” u “deskrizzjonijiet qarrieqa” meta dan il-materjal
pubblicitarju jaghti f’okkazjonijiet deskrizzjoni esplicita u
f’okkazzjonijiet ohra implikazzjoni cara, u li ma tistax ma tinftiehemx
mill-“konsumatur medju” bhala li huwa ta’ riskju baxx.”6
4 Paġna 49 tal-proċess.
5 Paġna 61 tal-proċess.
6 Paġna 68 tal-proċess.
16
Rigwardanti kif sar is-suitability test mis-soċjeta konvenuta, l-espert ex
parte jgħid li huwa tal-fehma illi kieku t-test sar b’mod korrett, u mhux
li jsir biss, kellhom joħorġu fost oħrajn is-segwenti konklużjonijiet:
a. L-attriċi riedet prodott fejn il-kapital ikun stabbli u mhux f’riskju
li jintilef fil-waqt li jirrendi dħul regolari, xi ħaġa li l-investiment li
għamlet l-attriċi ma kienx jissodisfa;
b. L-attriċi kellha dħul anqas mill-paga minima peress li kienet
taħdem bħala part-time b’tifel totalment indipendenti fuqha u bla dħul
ieħor;
c. Mix-xogħlijiet li l-attriċi wetqet kien evidenti li l-attriċi ma kinitx
kapaċi tifhem aħjar l-instrumenti finanzjarji, speċjalment dawk
kumplessi u r-riskji tagħhom;
d. L-attriċi ma kellha l-ebda esperjenza ta’ investiment;
e. L-attitudni għar-riskju kien wieħed konservattiv u għalhekk ma
setgħatx tingħata parir biex tinvesti fi prodott b’riskju għoli.
In oltre jindika li l-attriċi ma rċevitx informazzjoni dwar irremunerazzjoni tas-soċjeta konvenuta fir-rigward tas-servizz li ngħatat.
Dan in-nuqqas jispjega l-kunflitt ta’ interess li remunerazzjoni għolja li
kien jaqla’ l-provditur fuq il-bejgħ tal-prodott Keydata Lifemark SIB
kien joħloq u x’ġara fil-każ odjern. Bin-nuqqas ta’ żvelar ta’ din linformazzjoni jfisser li l-għan tal-provditur ta’ servizz inbidel minn dak
li jbiegħ ‘l aktar strument u investiment idoneju għall-attriċi għal għan
li jinbiegħ l-istrument li jagħmel l-aktar qligħ għas-soċjeta konvenuta.
L-espert ex parte waqt il-kontro-eżami, kkonferma li ma kinx preżenti
waqt il-laqgħat li l-attriċi kellha mar-rappreżentanti tas-soċjeta
konvenuta u jgħid li dan qalu wkoll fir-rapport tiegħu. Jgħid li fil-fatt
huwa straħ fuq dak li qaltlu l-attriċi taħt ġurament. Dwar l-ittri li huwa
annetta mar-rapport tiegħu, Paul Bonello spjega li huwa kien
konsapevoli ta’ x’jingħad fl-ittri għaliex l-attriċi ma kinitx l-unika
17
klijenta tiegħu dwar dan il-prodott, pero l-ittri personalizzati kienet
tathomlu l-attriċi.
Ix-xhud spjega li huwa jifhem x’jgħidu l-ittri; hu jifhem li meta ittra
tgħid li ħa tirċievi 12% sa 15% tal-valur nominali tal-bonds ifisser li
hemm l-inkwiet imma l-attriċi dan ma tafux aktar u aktar meta l-attriċi
wara dawn l-ittri kienet ġiet informata li m’għandhiex għalfejn
tinkwieta għaliex l-investiment għadu ma mmaturax.
Is-soċjeta konvenuta resqet lil Michael Schembri, MLRO u
compliance manager, bħala xhud tagħha.
Dwar il-każ speċifiku, huwa spjega li s-soċjeta konvenuta kienet
qiegħda taġixxi bħala intermedjarja u mhux bħala prinċipal, fejn dan
ifisser li bħala intermedjarja kienet irċeviet l-ordnijiet tal-attriċi biex
tixtri l-investiment in kwistjoni u hi ttrażmetiet dawk l-ordinijiet lil
terzi.
Il-file note tirrifletti l-punti prinċipali li ġew diskussi, liema dokument
jinżamm għal skopijiet interni kif ukoll biex tottempora ruħha marregoli tal-MFSA. Jgħid li skont dan id-dokument, l-attriċi ġiet informata
mil-prodotti varji li kien hemm fis-suq li kienu addattati għaliha u ġew
spjegati lilha d-dettalji ta’ dan il-prodott u r-riskji involuti liema
jirriżultaw mill-brochure tal-prodott li ngħata lill-attriċi. Ix-xhud
jagħmel referenza għal Know Your Client Form li tinkludi
informazzjoni miġbura mingħand il-klijenta stess.
Jgħid li dan id-dokument jindika li l-attriċi kellha l-attitudni għal riskju
kien “I am fairly conservative but will accept a reasonable level of
risk”, liema skont ix-xhud kien konformi mal-investiment in kwistjoni
li fl-isfond tal-informazzjoni uffiċċjli li kienet teżisti fiż-żmien li sar linvestiment , kellu l-premessi kollha neċessarji biex jiġi offert lilha
stante li r-riskju kien limitat u ma kienx suġġett għal riskju kbir.
18
Ix-xhud ikkonferma li l-attriċi rċeviet is-somma totali ta’ €5,794.85 in
kapital, liema ħlas ġie aċċettat mingħajr riserva. Is-soċjeta konvenuta
ħalset lill-attriċi s-somma ta’ €2,641.35 rappreżentanti imgħax liema
somma tinkludi fiha imgħax fl-ammont ta’ €98.03 mogħti fid-19 ta’
Frar 2009. Jgħid li mill-esperjeza li huwa għandu, mid-dokumenti li ra
fil-file tal-attriċi rriżulta li kienet aċċettat il-kontenut ta’ dawk iddokumenti, tant illi ffirmathom. Jgħid li Helen Schembri qatt ma
ilmentat mas-soċjeta konvenuta rigward l-investiment tagħha fl-SIB;
lanqas qatt ma rċeviet xi ittra uffiċjali jew ilment ippreżentat quddiem
l-Arbitru għas-Sevizzi Finanzjarji ta’ Malta fir-rigward tal-investiment
tagħha.
In kontro-eżami Michael Schembri spjega li hu ilu jokkupa l-kariga ta’
MLRO u Compliance Manager mill-2015 pero’ huwa beda jaħdem
mas-soċjeta konvenuta mis-sena 2009 sas-sena 2012 bħala assistant
complaince officer. Huwa t-termina l-impjieg tiegħu fis-sena 2012 iżda
fl-2015 reġgħa beda jaħdem mas-soċjeta konvenuta. Jikkonferma li
huwa ma kienx involut fl-għoti tas-servizzi minn Noelene Mangion jew
Rusher lill-attriċi u għalhekk l-informazzjoni li huwa ta fl-affidavit
tiegħu huwa mir-rekors li hemm fil-file tal-klijenta.
Jikkonferma wkoll li biex wasal għall-konklużjonijiet tiegħu huwa ma
tkellimx mal-persuni li taw servizz lill-attriċi. Jgħid ukoll li mal-attriċi
huwa qatt ma tkellem jew iltaqa u l-fatti personali tagħha huwa ma
jafhomx; l-informazzjoni li huwa jaf biha tirriżultalu minn dak li sab
fil-file li s-soċjeta konvenuta għandha.
Dwar jekk kellix investimenti oħra, ix-xhud jgħid li kienet għamlet
investiment ieħor magħhom u jaf li kellha kont mal-BoV pero ma jafx
jgħid x’kienet in-natura tal-kont għax ma jkollhomx informazzjoni
dettaljata. Jikkonferma li s-soċjeta konvenuta kienet tat il-parir li
jinxtara l-investiment in kwistjoni, liema investiment skont ix-xhud
kien b’kapital garantit b’underlying policies u ċioe li l-fund jixtri poloz
sekondarji. L-investiment mar ħażin għaliex daħal likwidatur u l-valur
19
tal-invetiment niżel. Kien hemm l-intenzjoni li jitniżżel fl-istock
exchange tal-Lussemburgu iżda wara li ġara ġewwa l-Ingilterra waqaf
kollox. Jispjega li dokumenti ta’ due diligence ma sabx, jaf biss li
Lussemburgu kienu stqarru li hemm secure income bond. Jgħid li lprodott ikun il-prospectus u jimxu miegħu. Jgħid li huwa kien sema’ li
sar due diligence fuq SIB in kwistjoni iżda huwa fittxu iżda ma sabux,
li sab kien il-prospectus meta kienet marret għandhom l-attriċi.
Jgħid ukoll li huwa ma kienx sab l-aħħar rapport annwali għas-snin li
eżista l-prodott inkluż tas-sena 2007. Jikkonferma li l-formoli li huwa
semma’ aktar ‘l fuq huma standard forms. Meta ġie mistoqsi fuq illivell ta’ riskju li kellu Keydata Lifemark SIB, ix-xhud jgħid li kellu
naqra aktar riskju minn dak ta’ kont fis mal-bank. Ix-xhud ma setax
jikkonferma b’ċertezza iżda jimmagġina li l-kontenut tal-brochure
kienu korretti la ġew approvati mir-regolatur finanzjarju ta’
Lussemburgu.
Jikkonferma li fis-sena 2007 kien hemm diġa fis-seħħ obbligi ulterjuri
fuq is-service providers skont il-MiFiD. Fil-file lanqas ma sab
informazzjoni u lanqas ma staqsa fuq ir-rimunerazzjoni li tħallsu min ta
parir jew minn biegħ dan l-investiment u fuq il-kummissjoni li għamlet
is-soċjeta konvenuta. Dwar dak li hemm fis-suitability test li l-attriċi
kellha investiment ieħor qabel sar l-investiment mertu tal-kawża x-xhud
ma setax jgħid għaliex fil-file ma kellhomx dettalji u lanqas sab
dokumentazzjoni dwaru.
Ikkunsidrat;
Preskrizzjoni
Is-soċjeta konvenuta qajmet tlett eċċezzjonijiet relatati ma’
preskrizzjoni - l-Artikolu 2153, l-Artikolu 2156 (f) u l-Artikolu 1222
(1) ilkoll tal-Kodiċi Ċivili. Il-Qorti sejra titratta dawn l-eċċezzjonijiet
separatament.
20
Il-liġi tagħraf tliet għamliet ta’ azzjoni għad-danni għall-finijiet ta’
preskrizzjoni:
(a) dawk derivanti minn delitt veru u proprju, f’liema każ iż-żmien talpreskrizzjoni huwa dak imfisser mil-liġi biex issir l-azzjoni kriminali
dwar l-istess reat (regolat bl-Artikolu 2154 (1) tal-Kapitolu 16);
(b) azzjoni għall-ħsarat imnisslin minn delitt jew kważi-delitt (‘l hekk
imsejħa culpa aquiliana), f’liema każ il-preskrizzjoni hija ta’ sentejn -
prinċipju rifless fl-Artikolu 2153 tal-Kodiċi Ċivili; u
(c) azzjoni għall-ħsarat imnissla minn nuqqas ta’ twettieq ta’ obbligu
naxxenti minn kuntratt li mhux imfisser f’att pubbliku, f’liema każ ilpreskrizzjoni hija dik ta’ ħames snin.7
Preskrizzjoni taħt l-Artikolu 2153.
Permezz tal-ewwel eċċezzjoni tagħha s-soċjeta’ attriċi teċċepixxi illi lazzjoni attriċi hi preskritta ai termini tal-Artikolu 2153.
Hu paċifiku illi l-preskrizzjoni bjennali prevvista mill-artikolu 2153,
tal-Kodiċi Ċivili tikkolpixxi “l’azione per risarcimento del danno
derivante dal fatto illecito, e non quello del risaricimento del danno
contrattuale, soggetta quest’ultima azione alla prescrizione confacente
al determinato contratto”.8
Għaldaqstant il-preskrizzjoni ta’ sentejn imsemmija fl-Artikolu 2153
tal-Kodiċi Ċivili, minbarra li ma tapplikax għall-ħsara maħluqa minn
għemil li jikkostitwixxi reat, lanqas ma tapplika fejn l-allegat ħsara
titnissel minn ksur ta’ patt kuntrattwali.
7 Ara Raymond Grech et vs. Stefan Borg (Ċit Nru 2165/2000) deċiża mill-Qorti Ċivili, Prim’Awla fl14 ta’ Ġunju 2001.
8 Kollez. Vol. XXVIII P I p 726
21
Il-kwistjoni in eżami hija jekk il-kolpa allegata fil-każ preżenti kinitx
kontrattwali jew extra-kuntrattwali / akwiljana naxxenti mid-delitt jew
kważi delitt.
Id-distinzjoni ġiet ikkunsidrata fid-detall fis-sentenza Mario Pace vs.
Corinthia Palace Hotel Co Ltd (Rik Ġur 353/2005) minn din il-Qorti
diversament presjeduta fit-13 ta’ Ġunju 2013:
“L-Onorabbli Qorti tal-Appell fil-kawza “Joseph Busuttil v
Emmanuel Schembri” deciza fid-19 ta' Frar 1954 per Sir. Luigi
Camilleri, irriteniet li “wiehed mill-kriterji sabiex jigi deciz jekk ilfatt hux kolpa kontrattwali jew aquiliana, vwoldiri li, meta hemm
kuntratt, il-kolpa tista' tkun aquiliana biss meta l-fatt ikun
indipendenti u awtonomu mir-rapport kontrattwali." (enfasi talQorti.) Din il-Qorti irriteniet li fatt ta' negligenza u imperizja li
jikkostitwixxi inadempjenza kuntrattwali, li jista' ikun non factum
jew anke male factum ma tistax tkun kolpa aquiliana imma damnum
injuria datum li jista' isir fl-okkazzjoni ta' kuntratt. Il-Qorti ccitat
Laurent [Principji Diritto Civile Vol. XVI. p 225] li jghallem "Il
delitto e' una lesione dell'ordine pubblico, e parimenti il quasi delitto
interessa la sicurezza delle persone.... la cosa e' affatto diversa in
materia di obbligazioni convenzionali. L'inadempimento di impegni
da taluno stipulati non produce che un danno pecuniario."
Din il-Qorti taghmel riferenza wkoll ghall-awturi BaudryLacantinerie [Tratt.Teorico Pratico di Diritto CIvile, Vol XXVIII
Della Prescrizione pag 488] li jghidu "La prescrizione dell'azione
pubblica non si applica all' azione civile se non quando questa abbia
esclusivamente per base un crimine, un delitto, una
contravvenzione; e' inapplicabile quando l'azione all'infuori di un
fatto delittuoso, ha la sua base in un contratto anteriore a questo
fatto o in una disposizione di diritto civile."
22
Hu ammess il-konkors bejn ir-responsabbilita' kontrattwali u dik
extra kontrattwali. Kif gie deciz fis-sentenza fil-kawza fl-ismijiet
“Vassallo vs Mizzi et”, deciza fid-9 ta’ April 1949, (Vol.
XXXIII.II.379) il-Qorti kkunsidrat illi “l-htija meta tigi kkunsidrata
fl-entita’ taghha, hija wahda; u taht dan l-aspett ma hemmx
distinzjoni bejn kolpa kontrattwali u dik komunement imsejha
aquiliana, li titnissel minn delitt jew kwazi delitt. Id-differenza
bejniethom tinsab fil-kawza u fil-grad. In kwantu ghall-kawza, ilhtija kontrattwali tippresupponi obbligazzjoni pre-ezistenti li
maghha hija marbuta; mentri l-htija aquiliana tippresupponi fatt li
minnu titnissel 'ex nunc'. In kwantu ghall-grad id-differenza hija
riposta fl-estensjoni tar-responsabbilita’ fis-sens illi fil-kolpa
kontrattwali wiehed jista’ jirrispondi ta’ htija hafifa skont il-kaz,
mentri fil-kolpa aquiliana r-responsabbilita’ testendi ruhha b’mod
li dwarha ma hemmx grad.””
B’mod ġenerali, ingħad fis-sentenza fl-ismijiet Frank German vs.
Domenico Azzopardi, deċiża mill-Qorti tal-Kummerċ fit-18 ta’ Jannar
1950 li ‘(L)-indoli ta’ l-azzjoni tiġi desunta mhux tant mill-kliem piu o
meno eżatti tal-att istituttiv tal-ġudizzju, imma mill-iskop li għalih huwa
intiż il-ġudizzju.’ Minn dan isegwi li għall-finijiet tal-eċċezzjoni talpreskrizzjoni sollevata mis-soċjetà konvenuta, huwa neċessarju li ssir
indaġni dwar il-veru natura tal-azzjoni li qiegħda tiġi eżerċitata millattriċi.
Hija l-azzjoni kif arġinata fil-parametri tal-premessi u talbiet tagħha li
għandha tidditermina liema huwa l-perjodu preskrittiv applikabbli.
Wieħed irid iqis allura jekk l-artikolu tal-liġi invokat mis-soċjeta
konvenuta sabiex isejjes l-eċċezzjoni tagħha ta’ preskrizzjoni
japplikawx għall-azzjoni odjerna kif ippostulata.
L-Artikolu 2153, li fuqha qiegħda tippernja l-ewwel eċċezzjoni tagħha
s-soċjetà konvenuta taqra hekk:
23
“L-azzjoni għall-ħlas tal-ħsarat mhux ikkaġunati b’reat taqa’ bi
preskrizzjoni bl-egħluq ta’ sentejn.”
In sostenn ta’ din l-eċċezzjoni s-soċjeta konvenuta tagħmel referenza
għas-sentenza Carmel Ciscaldi et vs. Global Capital Financial
Management Ltd (Rik Ġur 402/2014) deċiża mill-Qorti Ċivili,
Prim’Awla fil-5 ta’ Mejju 2017. Minn qari ta’ dik is-sentenza jidher li
l-Qorti aċċettat l-argument tas-soċjetà konvenuta li “...huma l-kawżali
attriċi li jiddeterminaw il-bażi tal-azzjoni u għalhekk il-preskrizzjoni
applikabbli għalihom”, u kkunsidrat li “... l-ewwel żewġ talbiet attrici
m’humiex riferibbli għal ksur da parti tas-soċjetà konvenuta tal-obbligi
kuntrattwali per se iżda għall-allegat ksur tal-liġi, senjatament lartikolu 51A, 51B, 51C, 51D u 51E tal-Kap 378 tal-Liġijiet ta’ Malta
(l-ewwel talba) u l-allegat ksur tad-dmirijiet fiduċjarji tagħha skont illiġi u tal-Istandard Licence Conditions u Regolamenti dwar lInvestimenti tal-MFSA (it-tieni talba)”. Wara din il-konsiderazzjoni dik
il-Qorti għaddiet biex iddeċidiet li l-kolpa attribwita lis-soċjetà
konvenuta kienet waħda akwiljana li għaliha kienet applikabbli lpreskrizzjoni ta’ sentejn a tenur tal-artikolu 2153 tal-Kapitolu 16.
Fil-każ odjern iżda, kemm il-premessi kif ukoll it-talbiet tal-ilment
imressaq tal-attriċi ma jippostulawx l-azzjoni attriċi taħt il-kulpa
akwiljana. Dan magħdud, jirriżulta wkoll li dak il-każ għadu sub-judice.
Il-Qorti tagħmel referenza għal sentenza aktar riċenti mogħtija millQorti tal-Appell (sede Superjuri) fl-ismijiet Roland Darmanin
Kissaun et vs. Global Capital Financial Management Ltd. (App Ċiv
323/2014) deċiża mill-Qorti Ċivili, Prim’Awla fl-1 ta’ Ġunju 2017 u
kkonfermata mill-Qorti tal-Appell (sede Superjuri) fid-29 ta’ Marzu
2019:
“Fil-kuntest tal-aggravju marbut mal-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ta’
sentejn a tenur tal-artikolu 2153 tal-Kodici Civili, din il-Qorti taqbel
ma’ dak deciz mill-ewwel Qorti li din il-kawza ma hijiex wahda
24
aquiliana. Hu car li l-azzjoni attrici hija bazata fuq kuntratt u ksur
tal-istess daparti tas-socjeta` konvenuta. L-attur avvicina lis-socjeta`
konvenuta biex jiehu parir dwar kif jinvesti flusu bi qligh ghalih, u
hekk kif is-socjeta` konvenuta accettat li taqdi lill-attur u toffrilu sservizzi professjonali taghha, hija dahlet f’relazzjoni kuntrattwali
mal-attur, b’obbligu li ssegwi d-dmirijiet legali u fiducjarji imposti
fuqha u li jemergu mill-kuntratt ta’ din ix-xorta. Dak li qed ikun
allegat huwa inadempjenza ta’ obbligazzjoni, u allura ilpreskrizzjoni tal-azzjoni ma hijiex dik ta’ sentejn imsemmija flartikolu 2153 (ara “Naudi v. Zammit”, deciza minn din il-Qorti fid9 ta’ Marzu, 1925) (Kollez. Vol. XXVI.i.54). Dak li qed jigi allegat
li sehh mhux indipendenti u awtonomu mir-rapport
kontrattwali li inholoq bejn il-partijiet, u t-talba ghad-danni hija
meqjusa mhux biss meta jkun hemm agir delitjuz, izda anke u
aktar meta jigi allegat agir bi ksur ta’ kuntratt.” (enfasi tal-Qorti)
Sentenzi oħra fejn ġie kjarifikat u konkluż li azzjoni għal danni in
segwietu għal investimenti finanzjarji jaqa’ fil-parametri ta’
operazzjoni kummerċjali u kuntrattwali u m’huwiex riżultat ta’
responsabbiltà akwiljana jinkludu Rosina Agius vs. Global Capital
Financial Management Ltd (App Ċiv 59/2018) deċiża mill-Qorti talAppell (sede Inferjuri) fit-28 t’Ottubru 2020, Paul Portelli et vs.
Global Capital Financial Management Ltd (App Ċiv 154/2018)
deċiża mill-Qorti tal-Appell (sede Inferjuri) fit-12 ta’ Ġunju 2020,
Louis P. Naudi et vs. Global Capital Financial Management Ltd
(App Ċiv 82/2018) deċiża mill-Qorti tal-Appell (sede Inferjuri) fil-21
t’Ottubru 2019, Joseph Said vs. Global Capital Financial
Management Ltd (App Ċiv 55/2017) deċiża mill-Qorti tal-Appell
(sede Inferjuri) fil-21 t’Ottubru 2019, Saviour Zahra et vs. Global
Capital Financial Management Ltd (App Ċiv 53/2017) deċiża millQorti tal-Appell (sede Inferjuri) fil-21 t’Ottubru 2019, Conrad
Micallef vs. vs. Global Capital Financial Management Ltd (App Ċiv
20/2017) deċiża mill-Qorti tal-Appell (sede Inferjuri) fil-21 t’Ottubru
2019 u diversi oħra kontro Global Capital Financial Management Ltd.
25
Il-każ in eżami m’hu l-ebda eċċezzjoni għal dawk hawn kwotati. Din
il-Qorti analizzat b’reqqa l-atti tal-kawża odjerna u tikkonkludi illi bejn
l-atturi u s-soċjetà konvenuta kien hemm relazzjoni kuntrattwali.
Tibda billi tirreferi għal Client Notification Form li speċifikament tgħid
li r-relazzjoni bejn il-partijiet hija regolat bit-Terms of Business talkumpanija.9 L-istess Terms of Business b’mod ċar u espliċitu tgħid li lkumpanija għandha tibgħat lill-klijent nota ta’ kuntratt jew konferma
għal kull negozju effettwat f’isem il-klijent.10 Hemm ukoll Purchase
Contract Note għax-xiri ta Lifemark S.A. Secure Income Bond 4 Eur
datata 31 t’Ottubru 2008.11 Il-File Note iffirmata mill-attriċi, li permezz
tagħha awtorizzat lis-soċjeta konvenuta tinvesti f’isimha f’Lifemark
S.A. – Secure Income Bond, hi formola standard. Fil-każ tal-lum huwa
evidenti mill-premessi u talbiet attriċi li l-azzjoni odjerna m’hijiex
ibbażata fuq fatti u ċirkostanzi previsti mill-Artikoli 1031 u 1032(1) talKodiċi Ċivili iżda huwa evidenti li r-relazzjoni ta’ bejn il-partijiet hija
waħda kuntrattwali.
Fil-fehma tal-Qorti t-talbiet attriċi huma bbażati fuq l-Artikoli 1125 u
1135 tal-Kodiċi Ċivili in kwantu li huma msejsa fuq ir-relazzjoni
kuntrattwali bejn il-partijiet u mhux fuq ħtija akwiljana.
Ir-rapport bejn il-kontendenti kien beda fl-istadju li l-prodott finanzjarju
ġie offrut għall-bejgħ lill-atriċi u l-attriċi aċċettat l-offerta. L-attriċi
tallega li sofriet danni konsistenti fit-telf tal-flus investiti konsegwenza
li s-soċjeta konvenuta naqset mill-obbligi kuntrattwali tagħha u li ġie
mibjigħ lilha prodott finanzjarju li ma kienx adattat għaliha, liema
prodott kien ferm aktar riskjuż minn dan li ġie spjegat lilha mis-soċjeta
konvenuta meta aċċettat li tinvesti fl-istess. Dan kollu juri biċ-ċar illi
dak li qiegħda titlob l-attriċi m’huwiex danni emanenti minn delitt jew
9 Paġna 113 tal-proċess.
10 Paġna 104 tal-proċess.
11 Paġna 115 tal-proċess.
26
kważi delitt, imma bbażata fuq allegazzjoni li s-soċjeta konvenuta
naqset fl-obbligi kuntrattwali tagħha versu l-attriċi inkluż li ma
ssodisfatx it-termini tal-liġi applikabbli, u allura, in-natura tal-azzjoni
hija waħda ta’ allegata inadempjenza ta’ obbligu legali impost fuqha
riżultat tar-relazzjoni kuntrattwali ta’ bejnithom u mhux danni
akwiljani.
Minkejja li huwa minnu li l-attriċi tallega li s-soċjeta konvenuta
aġġixxiet b’nuqqas ta’ prudenza, diligenza u attenzjoni, u bi ksur ċar
tal-obbligi legali tagħha, hija tispjega li dan in-nuqqas seħħ fit-twettiq
tal-inkarigu tagħha u b’nuqqas ta’ ħarsien tad-dmirijiet fiduċjarji u
ċertament m’humiex ibbażati fuq ħtija akwiljana.
In oltre l-Qorti tqis li s-soċjeta’ konvenuta offriet is-servizzi tagħha bi
ħlas li jikkonferma rabta kuntrattwali bejn l-attriċi u s-soċjeta
konvenuta.
Għaldaqstant din il-Qorti hija tal-fehma li l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni
a tenuit tal-Artikolu 2153 tal-Kapitolu 16 mhux applikabbli u dan
għaliex kif rajna r-relazzjoni bejn il-partijiet hija waħda kuntrattwali
f’ambitu ta’ relazzjoni kontrattwali bejn konsumatur u provditur tasservizz fil-qasam tas-servizzi finanzjarji liema provditur kien liċenzjat
mill-MFSA biex joffri dan is-servizz.
Il-Qorti ssib illi ladarba l-ħsara li l-attriċi tallega li ġarrbet tinsilet
proprju mill-patti kuntrattwali u obbligazzjonijiet fiduċjarji li hija tgħid
li s-soċjeta konvenuta naqset milli tħares, il-preskrizzjoni applikabbli
f’dan il-każ m’hijiex dik stipulata fl-artikolu 2153 tal-Kapitolu 16.
Għaldaqstant qed tiċħad l-ewwel eċċezzjoni tas-soċjeta’ konvenuta li
permezz tagħha eċċpiet li l-azzjoni attriċi hi preskritta bis-saħħa talartikolu 2153 tal-Kap. 16.
27
Preskrizzjoni taħt l-Artikolu 2156 (f) tal-Kap. 16.
Is-soċjeta konvenuta għaddiet sabiex tissoleva terminu ta’ preskrizzjoni
ieħor li hija applikabbli għal relazzjoni ġuridika differenti, fis-sens illi
filwaqt li fl-ewwel eċċezzjoni dwar preskrizzjoni tqis illi l-azzjoni
attriċi hija waħda għad-danni akwiljani, fit-tieni eċċezzjoni tagħha ssoċjeta’ konvenuta tqis l-azzjoni attriċi bħala waħda għad-danni
kontrattwali.
Artikolu 2156 (f) tal-Kodiċi Ċivili:
“L-azzjonijiet hawn taħt imsemmija jaqgħu bi preskrizzjoni blegħluq ta’ ħames snin:
[...]
(f) l-azzjonijiet għall-ħlas ta’ kull kreditu ieħor li ġej minn
operazzjonijiet kummerċjali jew minn ħwejjeġ oħra, meta l-kreditu
ma jkunx jaqa’, skont din il-liġi jew liġijiet oħra, taħt preskrizzjoni
aqsar, jew ma jkunx jirriżulta minn att pubbliku;”
Ma’ dan l-artikolu rrid jinqara l-Artikolu 2137 tal-Kodiċi Ċivili li
jipprovdi li l-preskrizzjoni tibda tgħaddi minn “dak in-nhar li din lazzjoni tista’ tiġi eżerċitata”.
Is-soċjeta konvenuta tissottometti li d-dekorriment tal-preskrizzjoni
beda mill-mument tal-bejgħ tal-prodott u ċioe meta sar l-inkontru bejn
is-soċjeta konvenuta u l-attriċi. Is-soċjeta konvenuta għamlet imbagħad
referenza għas-sentenzi Saviour Zahra et vs. Global Capital Financial
Management Ltd (App 53/2017) u Joseph Said vs. Global Capital
Financial Management Ltd (App 55/2017) it-tnejn deċiżi mill-Qorti talAppell (sede Inferjuri) fejn fihom saret referenza għad-data tal-1 ta’
Novembru 2012 u ċioe d-data li kien evidenti għall-ewwel darba li linvestiment kien ser jiġi likwidat minħabba li falla.
Din il-Qorti ma taqbilx mas-sottomissjoni tas-soċjeta konvenuta.
28
Din il-Qorti hija tal-fehma li meta l-liġi tgħid li l-preskrizzjoni tibda
tgħodd “minn dakinhar li din l-azzjoni tista’ tiġi eżerċitata” ifisser li lattriċi ma setatx tieħu azzjoni minn dakinhar li nbiegħilha l-prodott,
għaliex l-andament ta’ prodott finanzjarju ma jseħħx, u ma seħħx, minn
dakinhar li nxtara. Għaldaqstant ma jistax ikun, kif qiegħda tallega ssoċjeta konvenuta, li l-azzjoni setgħet tiġi eżerċitata mill-attriċi minn
dakinhar li ingħatat is-servizz.12
Ingħad ukoll mill-Qorti tal-Appell (sede Inferjuri) fis-sentenza Angelo
Zahra et vs. Global Capital Financial Management Ltd (App
10/2017) deċiża fil-21 t’Ottubru 2019 dwar il-preskrizzjoni fuq bejgħ
tal-istess investiment lil terzi:
“22. Il-qorti ma taqbilx mal-appellanti li l-preskrizzjoni bdiet tgħaddi
mid-data li tat il-parir lill-appellat sabiex jinvesti fil-Lifemark. F’dak
l-istadju l-konjuġi Zahra kienu għadhom ma sofrew l-ebda
preġudizzju fil-patrimonju tagħhom. L-investiment seta’ mar tajjeb
jew mar ħażin. Hu veru li kien hemm żmien meta l-valur talinvestiment beda nieżel. Pero’ hu evidenti li kien għad m’hemm xejn
ċert. L-investiment kien għadu ma mmaturax, u fl-avviżi li
ntbagħatu lill-appellati intqal li kienu jnfurmati li l-issuer kien filproċess li jagħmel restructuring plan u dettalji kienu ser jitħabbru
iktar ‘il quddiem. Għalhekk żgur li sa dak iż-żmien ma kienx ċert li
l-appellati sofrew preġudizzju fil-patrimonju tagħhom, fis-sens li ma
kinux ser jirċievu lura l-kapital kollu li investew fil-prodott li lappellanti tathom parir sabiex jinvestu fih.”
Il-Qorti hija tal-fehma li l-attriċi setgħat taġixxi ġudizzjarment kontra
s-soċjeta’ minn dakinhar li avveraw ċirkostanzi li juru illi l-investiment
12 Ara Conrad Micallef vs. GlobalCapital Financial Management Ltd (App 20/2017) deċiża millQorti tal-Appell (sede Inferjuri) fil-21 t’Ottubru 2019 u Miriam Fenech Russell et vs. GlobalCapital
Financial Management Ltd (App 9/2017) deċiża fit-12 ta’ Novembru 2019
29
ma kienx ser jiġi rkuprat u li s-servizz mogħti mis-soċjeta’ konvenuta
kien bi ksur tal-obbligi kontrattwali tagħha versu l-attriċi.
Isegwi għalhekk illi li l-attriċi sertgħat tieħu azzjoni kontra s-soċjeta’
konvenuta minn meta kellha biżżejjed fatti f’idejha biex tiskopri li ssoċjeta konvenuta ma kinitx onorat l-obbligazzjonijiet tagħha.
F’ Lulju 2010 l-attriċi irċievit ittra li ‘no further notice will be given to
the holders of Bonds upon the occurrence of any future Event or Default
or Potential Event of Default relating to the suspension of interest
payment after the date of this notice unless otherwise required by the
trustee’.
Sussegwentement, b’ittra tal-15 t’April 201113 l-attriċi ġiet infurmata li
mill-10 ta’ Marzu 2011 ġew sospiżi l-ħlasijiet kollha fil-bond mertu talkaż odjern iżda fl-istess ittra ingħad ukoll li kienet għada għaddejja lħidma ta’ pjan ta’ ristrutturar. B’ittra tat-18 ta’ Mejju 201114 ġiet
informata li l-avviż tal-10 ta’ Marzu 2011 m’għandux jitqies bħala
proċedura ta’ insolvenza jew likwidazzjoni ġudizzjarja. Permezz ta’ dik
l-ittra l-attriċi kellha kull raġun tittama li l-affarijiet setgħu jitrangaw u
tirkupra l-investiment tagġha. Wara kollox sa dak l-istadju issitwazzjoni ma kinitx ċara li l-investituri mhux ser jikupraw il-kapital.
Anzi l-messaġġ li tat s-soċjeta konvenuta kien li l-issuer kien qiegħed
jaħdem sabiex isib soluzzjoni fl-interess ta’ kulħadd.
Kien biss lejn l-aħħar tas-sena 2012 li l-investituri rċevew cirkolari li
seta’ jagħtihom x’jifhmu li l-prodott seta’ jfalli pero’ wieħed irid iqis
ukoll illi min-Novembru 2013 l-attriċi reġgħet bdiet tirċievi ċekkijiet
mis-soċjeta konvenuta u baqgħet tirċievi dawn iċ-ċekkijiet sa Diċembru
2014. Għalhekk sa almenu Diċrmbru 2014 l-attriċi kellha raġunijiet
validi tibqa’ tittama li ser tirkupra l-investiment li għamlet tramite s13 Paġna 280 tal-proċess.
14 Paġna 285 tal-proċess.
30
soċjeta’ konvenuta u għalhekk sa dakinhar ma kienx għadu skatta tterminu tal-preskrizzjoni għall-azzjoni għad-danni kontrattwali.
Fl-ittra annessa maċ-ċekk ta’ Diċembru 2014, l-attriċi ġiet informata li
“the residual estate will be retained pending the run-off of the
arrangements with the Securities Intermediary which should be
finalized in approximately two years’ time. It is therefore anticipated
that a final distribution will be made towards the end of 2016 of
approximately 1% of the nominal value of the issued bonds, the
timing and quantum of this final distribution will be determined by
the Trustee in its reasonable discretion.”15 L-aspettattivi li l-attriċi
tirkupra għall-inqas il-kapital minnha investit sfaxxat pero b’mod
definittiv f’Jannar 2016 meta hija rċeviet il-final distribution payment
fis-somma ta’ €526.14.
Għalhekk jirriżulta illi kien biss f’Diċembru 2014 illi l-attriċi ġiet
informata li ma kienx hemm possibilita’ li tirkupra l-investiment li
kienet għamlet bl-intervent tas-soċjeta’ konvenuta.
Fil-fehma tal-Qorti il-ħlasijiet li saru bejn Novembru 2013 u Diċembru
2014 interrompew kwalunkwe it-terminu preskrittiv li seta’ kien qed
jiddekorri sa dakinhar.16 Il-ħames snin minn Diċembru 2014 jagħlqu
f’Diċembru 2019. L-azzjoni odjerna ġiet intavolata f’Ġunju 2019 u
għalhekk qabel l-iskadenza tat-terminu preskrittiv ta’ ħames snin.
Għal dawn ir-raġunijiet il-Qorti qiegħda għalhekk tiċħad ukoll it-tieni
eċċezzjoni tas-soċjeta konvenuta dwar il-preskrizzjoni kontrattwali ai
termini tal-Artikolu 2156 (f) tal-Kap. 16.
Preskrizzjoni taħt l-Artikolu 1222 tal-Kap. 16.
15 Paġna 297 tal-proċess.
16 Paul Portelli et vs. Global Capital Financial Management Ltd (App 154/2018) deċiża mill-Qorti
tal-Appell (sede Inferjuri) fit-12 ta’ Ġunju 2020.
31
It-tielet eċċezzjoni tas-soċjeta konvenuta imbagħad tagħmel referenza
għall-Artikolu 1222 tal-Kodiċi Ċivili. Dan l-artikolu jaqra hekk:
“(1) Meta l-liġi f’xi każ partikolari ma tistabbilixxix żmien aqsar, lazzjoni għar-rexxissjoni minħabba vjolenza, żball, għemil doluż, stat
ta’ interdizzjoni, jew nuqqas ta’ età, taqa’ bil-preskrizzjoni egħluq
sentejn.
(2) Dan igħodd ukoll għar-rexxissjoni ta’ obbligazzjonijiet mingħajr
kawża, jew magħmulin fuq kawża falza.”
L-Artikolu 1222 tal-Kodiċi Ċivili jirrigwarda l-preskrizzjoni għallazzjoni ta’ nullità u ta’ rexxissjoni biex jiġi annullat kuntratt li jkun
nieqes minn xi waħda mill-kundizzjonijiet neċessarji għall-eżistenza
tiegħu jew għaliex ikollu xi vizzju li jirrendih invalidu jew leżiv għal xi
wieħed mill-kontraenti.
Din il-Qorti tqis illi l-artikolu surriferit m’huwiex applikabbli għall-każ
tal-lum għaliex l-azzjoni odjerna m’hijiex għar-rexxissjoni tal-kuntratt
eżistenti bejn il-partijiet. Li kieku kien hekk, l-azzjoni attriċi kienet tkun
monka in kwantu kolpita b’talbiet konfliġġenti fejn filwaqt li tkun qed
titlob danni naxxenti minn kuntratt fl-istess nifs titlob ir-rexxissjoni talistess kuntratt. Għall-kuntrarju l-attriċi mhux talli ma hiex qed titlob irrexxissjoni tal-kuntratt ta’ bejn il-partijiet talli b’konferma tal-eżistenza
tiegħu qed titlob id-danni naxxenti minn allegat inadempjenza da parti
tas-soċjeta’ konvenuta ta’ obbligi naxxenti mill-istess kuntratt.
L-azzjoni tal-lum hija ppernjata fuq l-inadempjenza kuntrattwali li
allegatament wasslet sabiex l-attriċi tiffirma dokument u tawtoriżża lissoċjeta’ konvenuta tagħmel għan-nom tagħha l-investiment in
kwistjoni. Hija qiegħda titlob likwidazzjoni ta’ danni minħabba f’hekk,
u mhux restituzzjoni konswegwenza ta’ rexxissjoni tal-kuntratt.
32
Fis-sentenza sureferita fl-ismijiet Roland Darmanin Kissaun et vs.
Global Capital Financial Management Ltd. (App Ċiv 323/2014), ilQorti tal-Appell (sede Superjuri) wkoll kellha l-opportunita li
tikkunsidra l-Artikolu 1222 u waslet għas-segwenti konklużjoni:
“Ikkonsidrat issa l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ta’ sentejn a tenur talartikolu 1222 tal-Kodici Civili, din il-Qorti tqis li anke dan l-artikolu
mhux applikabbli ghall-kaz. L-attur ma talabx ir-rexxissjoni talkuntratt li kellu mas-socjeta` konvenuta, u l-fatt li jallega li gie
ingannat u gie indott fi zball, ma jfissirx li l-azzjoni hija wahda intiza
ghar-rexxissjoni tal-kuntratt. Kif sewwa qalet l-ewwel Qorti, l-attur
ma huwiex qieghed jitlob ir-rexxissjoni tal-kuntratt konsegwenza talvizzju fil-kunsens tieghu, izda jikkontendi li l-vizzju tal-kunsens
huwa konsegwenza tal-inadempjenza kuntrattwali da parti tassocjeta` konvenuta. Il-bazi tal-azzjoni hija din l-allegata
inadempjenza kuntrattwali, u ghalkemm dan jista’ jkun rizultat ta’
ingann da parti tas-socjeta` konvenuta, l-attur mhux qed jitlob li lkuntratt konsegwenzjali jigi rexxiss, izda li jigi kkumpensat ghat-telf
li garrab. Huwa fuq l-azzjoni hekk kif proposta mill-attur li l-Qorti
trid taghti l-gudizzju taghha, u mhux fuq x’azzjoni seta’ jew messu
ressaq l-attur.
Kull min jagixxi in mala fede, kif qed jallega wkoll l-attur, jirrispondi
ghad-danni, u l-fatt li effett ta’ dak il-mala fede wassal ghall-vizzju
tal-kunsens, ma jaghmilx l-azzjoni wahda ta’ rexxissjoni, izda tibqa’
wahda ghall-konsegwenzjali danni.”
Għal dawn ir-raġunijuiet il-Qorti qed tiċħad it-tielet eċċezzjoni tassoċjeta’ konvenuta dwar il-preskrizzjoni ai termini tal-Artikolu 1222
(1) tal-Kap. 16.
Ikkunsidrat;
33
Fil-mertu
M’huwiex ikkontestat li l-investiment mertu tal-kawża jirrigwarda lprodott finanzjarju fl-isem Keydata Lifemark – Secure Income Bond
Issue 4, liema investiment kien sar mill-attriċi fil-31 ta’ Ottubru 2008
bis-soċjeta konvenuta intermedjarja. L-attriċi kienet investit is-somma
ta’ €37,269.97.
L-attriċi tinsisti li hija qatt ma kellha esprjenza f’investimenti u dan kien
l-ewwel investiment f’bonds li kienet qiegħda tagħmel. Tinsisti li hija
għamlitha ċara mar-rappreżentant tas-soċjeta konvenuta li hija riedet
investiment fejn il-kapital ikun garantit filwaqt li tallega li l-prodott li
ġie mibjugħ lilha kien wieħed kompless u ta’ riskju għoli u għalhekk
tikkontendi l-attriċi illi s-soċjeta konvenuta aġġixxiet b’nuqqas ta’
prudenza, diliġenza, sengħa, ħila u kura u bi ksur tal-obbligi tal-liġi.
Il-verżjoni attriċi hija kontestata mis-soċjeta’ konvenuta in kwantu
tirritjeni illi hija ma naqsitx mill-obbligi kuntrattwali fl-għoti tasservizz. Skont is-soċjeta konvenuta meta sar l-investiment, dan ma
kienx meqjus bħala wieħed spekulattiv jew ta’ riskju għoli u a bażi tassuitability test li sar lill-attriċi dan l-investiment setgħa jinbiegħ lilha
skont ir-regoli viġenti fiż-żmien in kwistjoni.
Regoli applikabbli – uħud mid-dmirijiet tas-service provider
L-Investment Services Providers bħal ma hija s-soċjeta konvenuta
huma gwidati b’numru ta’ regoli u leġislazzjonijiet. Fost dawn din ilQorti tirreferi għal Investment Services Rules for Investment
Services Providers, Part B1, Standard Licence Conditions (li ħarġet
l-MFSA) kif ukoll id-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq flistrumenti finanzjarji temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE
u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u
34
tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE liema
direttiva daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2007 u aġġornata fl-4 ta’
Novembru 2009 hekk magħrufa bħala MiFID (Markets in Financial
Instruments Directive).
Bir-Regoli tal-MFSA, Investment Services Rules for Invesvtment
Service Providers17, l-ISP huma obbligati jottjenu informazzjoni u
dokumentazzjoni dwar il-klijent jew klijent potenzjali u x’assessjar irid
jagħmel. Din il-Qorti tibda billi tirreferi għar-regola 2.01 li tgħid illi:
“When providing Investment services to clients, a licence holder
shall act honestly, fairly and professionally in accordance with the
best interests of its clients and shall comply with the relevant
provisions of the Act, the Regulations issued thereunder, these Rules
as well as with other relevant legal and regulatory requirements, in
particular those set out in the Prevention of Money laundering Act,
1994, and the Prevention of Financial Markets Abuse Act, 2005, and
Regulations issued thereunder. The Licence Holder is also expected
to take due account of any relevant Guidance Notes which may be
issued by the MFSA or other relevant Body to assist the Licence
Holder in complying with its legal and regulatory obligations”18
Fir-regola 2.03 jiġi provdut li:
“Before providing an Investment Service, the Licence Holder shall
classify the client or potential client to whom the Service is to be
offered as a Professional Client, Retail Client or an Eligible
Counterparty in terms of the Glossary to these Rules and the
following Rules.
17 Paġni 364 sa 417 tal-proċess.
18 Paġna 368 tal-proċess.
35
Moreover, the Licence Holder shall notify new clients and existing
clients which it has newly categorised, of their categorisation as a
Retail Client, a Professional Client or Eligible Counterparty.”
Ir-regola ta’ wara tipprovdi li
“The Licence Holder shall implement appropriate written internal
policies and procedures to categorise clients. [...]
Regola 2.08 tiddetermina min għandhu jiġi meqjus bħala Professional
Client u Retail Client:
“The Licence Holder shall treat clients which do not fall under the
definition of a Professional Client in terms of the Glossary to these
Rules19, including public sector bodies anf private individual
investors, as Retail Clients, unless they have clearly elected not to
be so treated. [...]”20
Regola 2.13 taqra:
“When providing investment advice or portfolio management
services, the Licence Holder shall obtain the necessary information,
in accordance with SLCs 2.16 to 2.20 and SLCs 2.22 to 2.24
regarding the client’s or potential client’s knowledge and experience
in the investment field relevant to the specific type of product or
service, his financial situation and his investment objectives so as to
enable the licence Holder to recommend to or, in the case of
portfolio management, to effect for the client or potential client,
the investment services and instruments that are suitable for him”
Referenza għanda ssir ukoll għar-regola 2.16:
19 Professional client tfisser: “A client who possess the experience, knowledge and expertise to make its
own investment decisions and properly assess the risks that it incurs. [...]” – Paġna 414A tal-proċess.
20 Paġna 369 tal-proċess.
36
“The Licence Holder shall obtain from clients or potential clients,
such information as is necessary for the Licence Holder to
understand the essential facts about the client and to have a
reasonable basis for believing, giving due consideration to the
nature and extent of the service provided, that the specific
transaction to be recommended, or entered into in the course of
providing a portfolio management service, satisfies the following
criteria:
a) it meets the investment objectives of the client in question;
b) it is such that the client is able financially to bear any related
investment risks consistent with his investment objectives;
c) it is such that the client has the necessary experience and
knowledge in order to understand the risks involved in the
transaction or in the management of his portfolio”
Regola 2.21 tirregola x’għandu jsir waqt Assessment of
appropriateness:
“When assessing whether an Investment Service, other than
investment advice or portfolio management, is appropriate for a
client, the Licence Holder shall be required to determine whether
that client has the necessary experience and knowledge in order to
understand the risks involved in relation to the product or Investment
Service offered or demanded.
For these purposes, a Licence Holder shall be entitled to assume that
a Professional Client has he necessary experience and knowledge in
order to understand the risks involved in relation to those particular
Investment Services or transactions, or types of transaction or
product, for which the client is classified as a Professional Client.”21
21 Paġna 370A tal-proċess.
37
Ir-regolament jkompli hekk dwar assessment of suitability and
appropriateness:
2.22 Information regarding the client’s knowledge and experience
in the investment field includes the following, to the extent
appropriate to the nature of the client, the nature and extent of the
Service to be provided and the type of product or transaction
envisaged, including their complexity and the risks involved:
a. The types of Service, transaction and Instrument with which the
client is familiar;
b. The nature, volume, frequency of the client’s transactions in
Instruments and the period over which they have been carried out;
c. The level of education, profession or relevant former profession
of the client or potential client.
2.23 A Licence Holder shall not encourage a client or potential
client not to provide information required for the purposes of SLCs
2.13 and 2.14.
2.24 A Licence Holder shall be entitled to rely on the information
provided by its clients or potential clients unless it is aware or ought
to be aware that the information is manifestly out of date. inaccurate
or incomplete.”22
Regola 2.27 tistipula li:
“The licence holder shall provide appropriate information, in a
comprehensible form to its clients or potential clients such that they
are reasonably able to understand the nature and risks of the
investment service to be provided by the licence holder and of the
22 ibid.
38
specific type of instrument that is being offered, and consequently to
take investment decisions on an informed basis. This information
may be provided in standardized format and should include details
about:
a) the licence holder and its services;
b) Instruments and proposed investment strategies. This should
include appropriate guidance on and warnings of then risks
associated with investments in those instruments or in respect of
particular investment strategies;
c) execution venues;
d) costs and associated charges.”23
Hemm qbil bejn il-partijiet li kienet is-soċjeta konvenuta li tat il-parir
lill-attriċi sabiex tinvesti fil-prodott Keydata Lifemark – SIB. Dan
rifless ukoll fil-KYC tal-attriċi fejn fil-paġna 3 hemm speċifikament
indikat li t-tip ta’ servizz kien advisory.
24
Ingħad fis-sentenza Saviour Cutajar vs. All Invest Company
Limited (Rik Ġur 458/2012) deċiża fit-18 ta’ Jannar 2019 li :
“Sabiex jigi stabbilit imbaghad jekk ir-rakkomandazzjoni inghatatx
fuq konsiderazzjoni tac-cirkostanzi partikolari tal-klijent, il-Qorti
ghandha thares b’mod partikolari lejn in-natura tal-informazzjoni
migbura mill-provditur tas-servizz u il-mod illi l-provditur ikun
pprezenta l-mistoqsijiet tieghu. Rigward x’ghandhom jitqiesu bhala
c-cirkostanzi partikolari tal-klijent, intqal illi dawn jinkludu kemm
informazzjoni fattwali, bhal per ezempju informazzjoni dwar lintrojtu tal-persuna, l-indirizz u s-sitwazzjoni maritali taghhom, u kif
ukoll informazzjoni soggettiva rigward il-htiegijiet u x-xewqat
taghhom, bhal per ezempju x’livell ta’ riskju huma lesti li jassumu,
23 Paġna 371A tal-proċess.
24 Paġna 20 tal-proċess.
39
kemm jixtiequ protezzjoni minn certu riskju u x’inhuma l-ghanijiet
taghhom fir-rigward tal-investiment.”
L-attriċi tippremetti li (a) hija ingħatat prodott b’riskju għoli meta hija
kienet qiegħda tfittex investiment b’kapital garantit u għalhekk riskju
baxx u wkoll (b) li s-soċjeta konvenuta naqset li tagħti lill-attriċi linformazzjoni kollha meħtieġa u rilevanti dwar in-natura ta’ dawn linvestimenti inkluż r-riskji involuti fihom. Dan jissejjaħ mis-selling.
Spjegazzjoni għal kunċett ta’ mis-selling tinstab fis-sentenza tal-Qorti
tal-Appell (sede Inferjuri) fl-ismijiet Andrew Azzopardi et vs. Global
Capital Financial Management Ltd (App Ċiv 66/2018) mogħtija fl-1
ta’ Lulju 2020:
“Misselling ta’ prodott finanzjarju jseħħ meta tiġri waħda, jew aktar,
minn dawn l-eventwalitajiet:
• Ma jiġix spjegat ir-riskju involut;
• Meta ma jingħatax tagħrif kif il-flus ikunu ser jiġu investiti;
• Meta l-prodott ma jissodisfax il-bżonnijiet (not suitable) u lattitudni tar-riskju tal-investitur;
• Meta ma jiġix spjegat il-prodott mibjugħ;
• Meta ma jiġux spjegati l-kundizzjonijiet u t-termini marbutin malprodott;
• Meta jingħata tagħrif qarrieqi (misleading) dwar il-prodott;
• Meta ma jiġux spjegati c-charges rilevanti u l-penalitajiet marbuta
għal min joħroġ kmieni mill-prodott;
• Ma jiġix spjegat id-dritt tal-cooling-off period u d-dritt li bniedem
jikkanċella fejn il-prodott finanzjarju jitlob dan.
Din il-lista hija waħda eżemplikattiva u m’hijiex eżawrjenti.”
Sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm mis-selling jeħtieġ li l-ewwel
jiġi analizzat in-natura tal-investiment kif ukoll iċ-ċirkostanzi personali
tal-attriċi u l-esperjenza tagħha f’investimenti.
40
In-natura tal-prodott mibjugħ ġie mistħarreġ fid-dettal mill-Arbitru
għas-Servizzi Finanzjarji fis-sentenza Josephine Agius Scicluna vs.
Global Capital Financial Management Ltd ikkonfermata mill-Qorti
tal-Appell (sede Inferjuri) fid-9 ta’ Ġunju 202125
. Il-prodott ġie spjegat
hekk:
“Dan il-prodott, l-SIB, kien ibbażat fuq negozju fil-pensjonijiet dwar
il-ħajja fis-suq Amerikan. Dan il-każ jittratta dwar il-bejgħ talprodott Keydata International Secure Income Bond, Issue 4 (SIB) li
kif jidher mill-brochure ippreżentat mill-ilmentatriċi, dan il-prodott
ippronunzja ruħhu bl-aktar mod enfatiku li jagħti qligħ ta’ 7.5% kull
sena fl-iSterlina u 7% fis-sena fid-Dollaru u l-Ewro għall-perijodu ta’
ħames snin.
L-SIB kien investiment tal-kategorija asset-backed securities.
Mingħajr ma wieħed joqgħod jidħol fid-dettall tal-istruttura legali (u
kumplikata tiegħu), l-SIB kien jinvesti f’bonds (security bonds) li lassi underlying taghhom kienu poloz tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja
ta’ individwi Amerikani.
Dan il-prodott, fost affarijiet oħra, falla għaliex l-analiżi talaspettattiva tal-ħajja/mewt tal-life-assured ma kinitx korretta. Aktar
ma wieħed idum ħaj, aktar irid idum iħallas premium biex il-polza
tibqa’ ħajja inkella titlef fil-valur. Dan joħloq problema ta’ likwidità
biex tkompli ssostni finanzjarjament il-mudell kompost minn diversi
poloz ta’ assikurazzjoni fuq il-ħajja.
Dan kien riskju li ħafna analisti ma tawx kasu. Imma kien, fil-fatt,
aspett importanti ħafna. Minħabba l-avvanzi fil-mediċina, ħafna nies
jibqgħu jgħixu għal żmien itwal u b’hekk il-premium irid idum
jitħallas għal numru ta’ snin aktar.
25 Ara wkoll Paul Portelli et vs. Global Capital Financial Management Ltd (App 154/2018)
ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell (sede Inferjuri) fit-12 ta’ Ġunju 2020.
41
Jekk l-analisti u nies professjonali li kellhom esperjenza biex
janalizzaw dawn il-prodotti ma waslux għal dan, allura, lanqas
wieħed jistenna li retail investor, bħalma hi l-ilmentatriċi ma
kienet f’qagħda li tagħmel dan.
Apparti l-fatt ukoll li l-isem SECURE INCOME BOND jagħti lillinvestitur bla esperjenza x’jifhem li l-investiment huwa wieħed
sikur u bla riskji, jew riskji baxxi u limitati.
Jekk wieħed iħares lejn il-brochure tipiku tal-SIB, jara li mal-ewwel
faċċata, bi prominenza kbira, hemm rati tajba ta’ dħul (Annual
Income Over 5 Years), ritratt kbir ta’ lighthouse (simbolu tas-sigurtà)
u b’indikazzjoni ta’ x’inhuma l-benefiċċji u l-kwalità tal-prodott:
‘Aims to provide return of capital after 5 years:
Bond invests in cash and assets by institutions rated ‘A’ or better by
Standard and Poor’s or equivalent;
Quarterly income option available’.
Għalkemm fl-istess brochure jissemma li jista’ jkun hemm xi riskju
għall-kapital, u jista’ jkun hemm xi tnaqqis fl-aħħar jew jekk tiġbed
l-investiment qabel, però, l-enfasi qiegħda fuq il-benefiċċji li kien
joffri dan il-prodott.
Taħt it-titolu, Benefits at a Glance, hemm dan it-test:
‘➢ An investment with NO Stock Market Exposure
➢ Investing in cash and assets issued by institutions rated ‘A’ or
better by Standard & Poor’s or equivalent
➢ Available via banks, stockbrokers and direct investment
42
➢ Low minimum investment – Only
GBP10,000/USD20,000/€10,000
➢ The bond will be listed on the Luxembourg Exchange
➢ The issue is regulated and authorised by the CSSF the Financial
Regulator in Luxembourg.’
• Hemm ukoll dan b’tipa kbira:
‘A lower risk profile and a higher level of income allows you to
receive the income you need without the worry of stock market
falls’.
• Fil-qiegh ta’ pagna 9 hemm dan il-kliem:
‘Capital is not guaranteed. Like all investments there are certain
risks involved which are highlighted within the section ‘Key
Features” on page 13.’
Il-prodott kellu riskji – il-kapital ma kienx garantit, u kif kien ser imur
kien pjuttost ibbażat fuq il-performance ta’ prodotti oħra simili ta’
dak iż-żmien, apparti l-mudelli matematiċi u l-assumptions li jiġu
ma’ dawn il-mudelli.
Ir-riskji kif deskritti forsi kienu jagħtu l-impressjoni li ma kinux
ivarjaw wisq minn uħud mill-prodotti l-oħra ta’ investiment li forsi
kienu qed jiġu offruti lil investituri oħra. Il-prodott fl-ebda mument
ma kien iwiegħed protezzjoni assoluta għall-kapital.
Però, ma jistax jitqies li dak iż-żmien li nbiegħ l-SIB, kien
investiment b’riskju baxx. Anzi, kien investiment f’kategorija ta’
riskju medju għal riskju għoli.
43
Dan mhux qed jingħad with the benefit of hindsight, imma għaliex
in-natura tal-prodott – li jinvesti f’bonds li jinvestu f’poloz talassikurazzjoni fuq il-ħajja – u l-istruttura innifisha tal-investiment
kienu jagħmlu l-SIB investiment riskjuż li ma kienx addattat għal
retail investors kif kienet l-ilmentatriċi.
Dawn it-tip ta’ investimenti huma Asset-Backed Securities li huma
prodotti kumplessi u ta’ riskju għoli.
Meta l-MFSA, li hija r-regolatur f’dan il-qasam, rat li kienu qed
jinbieghu prodotti li huma Asset-Backed Securities bħal dan ilprodott, interveniet billi ħarġet: Warning to prospective investors
about Asset-Backed Securities bħalma hu l-Lifemark, fejn qalet: (fn.
9 MFSA Consumer Media Release 13/11/2009 (ref. 05/2009)) :
‘The Malta Financial Services Authority (MFSA) has come across
local media adverts, reports and product documentation about
investments in “bonds” or “fund accounts” whose performance is
linked to assets, such as life insurance policies or currencies
(referred to as asset-backed investments). By their very nature, these
investments are not easy to understand.
Despite the fact that they may be promoted as “alternative” to
traditional or conventional investments, these are investment
opportunities which involve substantial risks, in particular liquidity
risks, whereby the investor may be unable to sell his investment …’
‘When it comes to redemption (selling) of these investments, these …
restrict the investor from selling his holdings before the investment
matures …
Consumers should be aware that the characteristics of these
products make them unsuitable for unsophisticated investors.
These products are generally considered appropriate for investors
44
who have experience and knowledge to understand how these
financial instruments work and can afford to take the relevant
risks.’
Huwa minnu li dan l-avviz lill-investituri ħareġ wara li nbiegħ ilprodott de quo lill-ilmentatriċi, imma li qalet l-MFSA kien proprju
deskrizzjoni tal-prodotti li kienu qed jinbiegħu (bħall-SIB) u r-riskji
li rat l-MFSA kienu diġà jeżistu fil-prodotti li nbiegħu, u li lprovdituri tas-servizz kienu jew konxji tagħhom u xorta biegħu ilprodotti, jew m’għamlux due diligence serju tal-prodott qabel ma
biegħuh.
Fiż-żewġ xenarji, il-provditur tas-servizz iġorr ir-responsabbiltà talprodott li jbiegħ.”
Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fis-sentenza fl-ismijiet Evelyn Farrugia
et vs. Global Capital Financial Management Unit Ltd (Rik Ġur
963/2015) deċiża fil-11 ta’ Lulju 2016, qalet hekk dwar dawn it-tip ta’
prodotti:
“Hu minnu illi ma jfissirx li investment li jkun sigur, dan ma jistax
ifalli xorta, iżda investiment f’kumpaniji ta’ life insurances ma
jistghux jitqiesu bħala investimenti siguri għall-aħħar. Il-Qorti
tirreferi għal dak li jgħid f’artikolu ppubblikat fl-14 ta’ Frar 2014, ilFinancial Conduct Authority tar-Renju Unit li jitkellem fuq traded
life policy investments kif jidher li kien kostitwit dan il-fund. Jintqal
hekk:
“Traded life policy investments (TLPIs), which are sometimes called
'death bonds' - are complicated products generally unsuitable for the
mass retail market.
They are also known as 'death bonds' because the ultimate investment
is in life assurance policies, typically of US Citizens. Investors hope
45
to benefit by buying the right to the insurance payouts upon the death
of the original policyholders.
They are sometimes also known as 'traded life settlements' or 'senior
life settlements'.
TLPls may pay a regular income or can aim to grow in value over
time. Most death bonds are sold as unregulated collective investment
schemes (UCIS), but some take other legal forms.
Our review of sales in the TLPI market revealed high levels of
unsuitable advice. We are worried that this market could grow and
cause further customer losses in the future.
As a result, we have recommended that these products should not
reach ordinary retail investors in the UK. This would mean that firms
should not be marketing, recommending or selling these products to
the mass retail market.”
Il-fuljett mogħti lill-attriċi b’tipa irqiqa spjega li “The Plan offers
investors the opportunity for quarterly or annual income (or
reinvestment of income to provide growth) with the potential for full
capital repayment at the end of the investment term. The return of
capital is not guaranteed and it is possible for investors to get back
less than the original investment at the end of the term or if they cash
in the investment early.”
26 Mill-qari ta’ dan il-paragrafu mill-ewwel
jidher li r-ritorn tal-kapital ma kienx wieħed garanteed. Kemm mixxhieda tal-attriċi u kemm mill-provi l-oħra ma jirriżultax li kien ġie
spjegat sew ir-riskju li kienet ser tieħu l-attriċi bix-xiri tal-prodott
inkwistjoni, jiġifieri mhux biss jekk hija kinitx ser tieħu flusha lura
qabel id-data ta’ maturità, iżda wkoll x’kien ir-riskju tagħha f’każijiet
bħal falliment kif fil-fatt ġara.
26 Paġna 4 tal-fuljett li jinsab a fol 251 tal-proċess.
46
Skont Regola 2.16 tal-Investment Services Rules for Invesvtment
Service Providers ġaladarba l-ilmentatriċi ingħatat advisory service
kellu jsir suitability assessment. Għalhekk, il-provditur tas-servizz kellu
jistabbilixxi jekk il-prodott:
“a) meets the investment objectives of the client in question;
b) it is such that the client is able financially to bear any related
investment risks consistent with his investment objectives;
c) it is such that the client has the necessary experience and
knowledge in order to understand the risks involved in the
transaction or in the management of his portfolio.”
Fi kliem ieħor, fil-bejgħ tal-prodott in kwistjoni, is-soċjetà konvenuta
kellha tkun ċerta li l-klijenta hija kapaċi tifhem u tapprezza r-riskji
legali involuti, li kapaċi taqla’ daqqa finanzjarja f’każ li l-investiment
ifalli u li l-attitudni tal-klijenta huwa kompatibbli ma’ dak il-livell ta’
riskju.
Fir-rigward tal-ewwel kriteju, jidher ċar li l-prodott SIB ma kienx jilħaq
l-objettivi tal-klijenta għaliex hija ddikjarat li kienet konservattiva u
riedet tieħu biss riskju baxx. L-SIB ma kienx prodott b’riskju żgħir u
għalkemm il-provditur tas-servizz jgħid li l-fuljett min ħarġu indikah
bħala ‘low risk’, mill-analiżi li sar aktar mill-arbitru ikwotat aktar ’il
fuq, joħroġ ċar li dan il-prodott kellu riskju ferm aktar minn small jew
low risk.
Dan anke ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Appell f’deċiżjonijiet li tat listess Qorti kontra l-istess provditur tas-servizz f’diversi każi, fosthom,
fil-kawża fl-ismijiet Miriam Fenech Russell et vs GlobalCapital
Finacial Management Ltd (App 9/2017) deċiża fit-12 ta’ Novembru
2019, fejn ġie kkonfermat li dan il-prodott kellu riskju għoli u ma hux
47
ta’ difiża għas-soċjeta’ konvenuta li fil-brochure kien iddikjarat li kien
low risk.
Fl-istess sentenza l-Qorti tal-Appell ikkunsidrat ukoll li l-provditur tasservizz kellu jagħmel due diligence indipendenti u jasal għallkonklużjonijiet tiegħu fuq il-prodott li kien qed ibiegħ lill-attiriċi u
mhux jistrieħ fuq min kellu interess li jbiegħ il-prodott. Michael
Schembri fix-xhieda tiegħu ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi
informazzjoni dwar due diligence u għalkemm lilu qalulu li dak ilproċess kien sar, dan il-fatt waħdu ma jserraħ xejn moħħ il-Qorti li due
diligence kien sar tenut kont li kopja tad-due diligence ma ġietx
ippreżentata in atti.
Mill-provi mressqa mill-attriċi jirriżulta bl-aktar mod ċar illi l-prodott
ma kienx jolqot l-għanijiet tal-attriċi għaliex kuntrarjament għal dak li
intqal lill-attriċi mir-rappreżentanta tas-soċjeta’ konvenuta sabiex
tħajjar lill-attriċi tixtri il-prodott, dan l-investiment kellu riskju għoli li
l-investitur ma jieħux lura l-investiment tiegħu jew tagħha. Lanqas kien
protett minn xi arranġament għal kumpens statutorju fl-eventwalità li lfond ifalli.
Il-Qorti żżid ukoll li kien dmir tas-soċjetà konvenuta li filwaqt li tara li
l-prodott li toffri lill-attriċi kien xieraq għaliha u tipprovdilha ddokumentazzjoni relattiva, tispjegalha wkoll il-prodott in kwistjoni
b’mod li setgħat tifhem ir-riskju li dan l-investiment kien iġorr miegħu.
Fis-sentenza fl-ismijiet Evelyn Farrugia et vs. Global Capital
Financial Management Unit Limited (Rik Ġur 963/2015) deċiża
minn din il-Qorti diversament presjeduta fil-11 ta’ Lulju 2016 ingħad li
“is-soċjeta konvenuta kellha d-dmir versu l-klijent li talab is-servizzi
tagħha biex tagħtih kull informazzjoni rilevanti biex tgħinu jasal għal
deċiżjoni informata u libera.”
Għal dawn ir-raġunijiet jirriżulta sodisfaċentement li l-prodott in
kwistjoni ma kienx jilħaq l-objettivi tal-investiment tal-attriċi li kienet
48
mara b’tifel dipendenti fuqha u għalkemm ma kinitx għada laħqet l-eta
ta’ irtirar meta għamlet l-investiment, l-istess ma kinitx f’pożizzjoni li
tissogra l-kapital kollu li kellha f’idejha f’dak il-mument.
It-tieni kriterju tas-suitability assessment huwa li l-klijenta riedet tkun
tiflaħ it-telf li kien relatat mal-objettivi tal-investiment tagħha. Issoċjeta konvenuta bl-ebda mod ma pprovat li l-attriċi setgħet titlef
ammont daqshekk kbir ta’ flus. M’hemm l-ebda kontestazzjoni li lprovditur tas-servizz investielha somma qawwija ta’ kważi erbgħin elf
ewro fi prodott wieħed. Is-soċjeta konvenuta kienet indifferenti għallvulnerabilita’ ta’ persuna li ma kelliex il-fakultà li jekk titlef flusha
terġa’ tibda tfaddal mill-ġdid biex tirkuprahom.
Mill-KYC kien jidher ferm ċar li l-attriċi kienet mara separata
b’impjieg ta’ cleaner fuq bażi part-time. Skond dan id-dokument
ippreparat mis-soċjeta’ konvenuta, il-lingwa li l-attriċi kienet tippreferi
kienet l-Ingliż; iżda l-attriċi dan tiċħdu u tgħid li l-ingliż tagħha mhux
tajjeb u kienet informat lil Noelene Mangion li kienet tippreferi li lkommunikazzjoni issir kollha bil-lingwa Maltija.
Fl-istess dokument hemm imniżżel li l-attriċi għandha tifel li jiddependi
fuqha. Id-dħul tagħha indikat kien ivarja minn Lm0 sa Lm10,000 fissena fejn l-ispejjeż fix-xahar ivarjaw bejn Lm200 u Lm500. L-unika
assi immobbiljarju li l-attriċi għandha hija d-dar residenzjali tagħha u
xejn aktar. Bħal flus, mill-KYC jidher li l-attriċi kellha s-somma ta’
Lm6,000 f’kont fis mall-BoV liema somma jirriżulta mill-atti ġew
miġbuda sabiex jiġu investiti fi prodott ieħor wara li ġiet imħajra minn
Noelene Mangion li tagħmel hekk.
Meta tieħu kont ta’ dawn il-fatturi kif ukoll l-età tagħha, l-attriċi ma
kinetx tiflaħ li titlef ammont sostanzjali meta l-objettiv tagħha kien li
riedet tieħu biss riskju żgħir b’attitudni konservattiva għall-aħħar u blintendiment ċar magħruf lis-soċjeta konvenuta li l-kapital kellu jkun
garantit.
49
It-tielet kriterju jirrigwardja jekk ‘the client has the necessary
experience and knowledge in order to understand the risks involved
in the transaction or in the management of his portfolio’.
Il-fatt waħdu li l-attriċi kellha xi flus marbutin ma’ bank lokali u l-fatt
li l-attriċi kienet investit f’ishma differenti mal-istess soċjeta konvenuta
fl-istess ġurnata li għamlet l-investiment odjern, ma jwassalx sabiex
jingħad li l-attriċi kellha xi esperjenza f’dan il-qasam. Ma jirriżultax li
l-attriċi kienet xi persuna midħla tas-servizzi finanzjarji, u l-fatt li ssoċjeta konvenuta stess kienet investitilha f’prodott ieħor b’daqshekk
hija ma kellhiex dik l-esperjenza meħtieġa biex tifhem ir-riskji speċifiċi
li kellu l-SIB. L-attriċi straħet fuq il-kompetenza tar-rappreżentanta tassoċjeta konvenuta.
Il-prova dokumentarja hija xhieda tal-fatt li s-soċjeta konvenuta kellha
tagħraf sew in-nuqqas ta’ esperjenza tal-klijenta pero’ hija naqset minn
dan l-obbligu. Dan jingħad b’referenza għall-KYC, fejn l-istess
impjegata tas-soċjeta konvenuta indikat li l-attriċi ma kellha l-ebda
investiment ieħor għajr għal xi depożitu bankarju. Għalhekk, qabel ma
xtrat il-prodott Lifemark l-attriċi ma kinitx għamlet investimenti oħra
biex seta’ jingħad li hija akkwistat l-esperjenza neċessarja sabiex tifhem
in-natura u r-riskji ta’ dan il-prodott.
In oltre, kif diġa ġie ritenut aktar ‘l fuq, il-prodott SIB kien prodott
kumpless u, kif anke aċċennat il-Qorti tal-Appell fid-deċiżjoni Miriam
Fenech Russell vs Global Capital Financial Management Ltd fuq
imsemmija il-fuljett kien miktub f’lingwaġġ tekniku li trid tkun midħla
tal-mistier biex tifhmu. Għalhekk, l-attriċi ma setgħetx tieħu deċiżjoni
infurmata dwar ir-riskji li kienu abbinati mal-SIB.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-kriterji stabbiliti għas-suitability assessment
ma ġewx sodisfatti u l-prodott SIB ma kellux jinbiegħ mis-soċjeta’
50
konvenuta lill-attriċi għaliex ma kienx addattat għaliha. B’hekk seħħ
bejgħ ħażin tal-prodott.
Di piu, is-soċjeta konvenuta m’aġixxietx b’mod professjonali meta
investitilha s-somma sostanzjali ta’ kważi erbgħin elf ewro fi prodott
wieħed meta hi ma kinitx xi persuna ta’ mezzi kbar jew li riedet tieħu
riskju kbir billi tinvesti fi prodott wieħed. Dan juri li l-provditur tasservizz kien aktar iffokat biex ibiegħ il-prodott milli jħares l-interessi
ta’ retail client li tatu l-fiduċja tagħha biex jeħdilha ħsieb flusha.
Dan iwassal lil din il-Qorti tikkonkludi li s-soċjeta konvenuta ma
qditx l-obbligu ewlieni msemmi fid-Direttiva MiFID u fir-regoli li
ħarġet l-MFSA aktar ’il fuq indikati.
In oltre, din il-Qorti ma tistax ma tosservax li s-soċjeta konvenuta kellha
kull opportunita li ttella’ lil Noelene Mangion bħala xhud, il-persuna li
kienet biegħet il-prodott lill-attriċi, kif ukoll ir-rappreżentanti l-oħra li
assistew lill-attriċi. Minflok għażlet li tipproduċi lil Michael Schembri,
li ma kien qatt iltaqa’ mal-attriċi u ma kellu l-ebda involviment dirett
mal-attriċi bil-konsegwenza li dan seta’ jixhed biss minn fuq il-File
Note, u sostna li din kienet xhieda ta’ kif seħħet dik it-tranżazzjoni. IlQorti tagħraf dan kollu u tgħid li l-provi mressqa mis-soċjetà konvenuta
ma jservux sabiex iqiegħdu fid-dubju jew jikkontradixxu dak li xhedet
l-attriċi dwar l-insistenza tagħha li l-investiment kellu jkun wieħed fejn
il-kapital jinżamm sigur.
Għaldaqstant il-Qorti qed tikkonkludi illi l-attriċi rnexxielha
tipprova b’mod sodisfaċenti illi fiż-żmien qabel sar l-investiment
hija kienet għamlitha ċara mas-soċjeta konvenuta li riedet prodott
li jippreservalha l-kapital. Ġie ppruvat illi s-soċjeta’ konvenuta
induċiet lill-attriċi tixtri prodott bil-maqlub ta’ dak li espressament
riedet. Ksur lampanti tal-obbligi kontrattwali tas-soċjeta
konvenuta versu l-attriċi.
51
Ikkunsidrat;
Danni
Is-soċjeta konvenuta teċċepixxi li hija m’hijiex responsabbli għaddanni fil-konfront tal-attriċi, la fil-fatt u lanqas fil-liġi. Tgħid illi linvestiment in kwistjoni mar ħażin għal raġunijiet barra mill-kontroll
tagħha, liema ċirkostanzi skond is-soċjeta’ konvenuta kienu
mprevedibbli.
Kif diġa ġie kkunsidrat aktar ‘l fuq, l-obbligu tal-konvenuta bħala
financial advisor kien li tħares l-interessi tal-attriċi qua klijenta tagħha.
Kienet taf x’riedet il-klijenti tagħha. L-attriċi riedet investiment li kellu
riskju baxx. Ġara iżda li minflok, l-attriċi ingħatat parir sabiex tinvesti
f’prodott li fih kien hemm inċertezza kbira u li wassal sabiex tilfet ilparti l-kbira tal-kapital li investit. Is-soċjeta konvenuta kellha d-dmir li
tagħmel stħarriġ indipendenti, hekk magħruf bħala due diligence,
sabiex tkun tista’ tidentifika r-riskju tal-prodott meta tirrakkomandah
lill-klijenti tagħha u mhux tinħebha wara d-deskrizzjoni tiegħu
mogħtija minn min kellu kull interess li jbiegħu.
Din il-Qorti tagħmilha ċara li m’hijiex seja tillikwida danni għal xi ħtija
ta’ falliment tal-prodott finanzjarju in kwistjoni. In-nuqqas attribwit lissoċjeta konvenuta hu li naqset fid-doveri tagħha bħala provditur ta’
servizz finanzjarju u li kienet negliġenti b’mod grossolan meta tat
advisory services lill-attriċi biex tixtri prodott finanzjarju li ma kienx
addattat għalilha. Ladarba s-soċjeta konvenuta biegħet lill-attriċi
prodott finanzjarju li ma kienx xieraq għaliha, l-attriċi għandha dritt li
tirkupra l-ammont sħiħ li investit fil-prodott. Ma jispettax lil din il-Qorti
toqgħod tispekula x’seta’ ġara li kieku l-attriċi investit flusha f’prodott
finanzjarju ieħor.27
27 Ara Evelyn Farrugia et vs. Global Capital Financial Management Ltd (App Ċiv 963/2015) deċiża
mill-Qorti tal-Appell (sede Superjuri) fis-17 ta’ Frar 2022.
52
Likwidazzjoni tad-danni
Fid-dawl tal-konklużjoni li s-soċjetà konvenuti hija responsabbli għal
mis-selling, il-Qorti tqis illi t-talba tal-attriċi għad-danni hija fondata
għaliex huma danni konsegwanzjali għall-ksur tal-obbligi kontrattwali
tas-soċjeta konvenuta fil-konfront tal-attriċi.
Din il-Qorti hija tal-fehma li d-danni spettanti lill-attriċi għandhom jiġu
likwidati fl-ammont ta’ kapital li l-attriċi tilfet kif ukoll id-dħul li
suppost dak l-investiment kellu jirrendilha tenut kont illi
b’konsegwenza tan-nuqqas tas-soċjeta’ konvenuta, l-attriċi tilfet lopportunita’ li tinvestihom mod ieħor.
Għalhekk id-danni likwidati huma s-segwenti:
(i) l-ammont investiet u ċioe s-somma ta’ €37,269.97, nieqes issomma ta’ €6,000.47 li l-attriċi irċeviet akkont tal-kapital kif fuq
ingħad, u ċioe’ s-somma ta’ wieħed u tletin elf, mitejn u disgħa u sittin
ewro u ħamsin ċenteżmu (€31,269.50)
(ii) l-imgħaxijiet bir-rata ta’ 7% fis-sena u ċioe it-total ta’ €13,044.49
għal ħames snin, u li minnhom ukoll għandu jitnaqqas il-pagament ta’
€2,608.90 rappreżentanti l-pagamenti magħmula għal sena waħda biss
mis-soċjetà konvenuta fir-rigward ta’ dawk l-imgħaxijiet.
Id-danni komplessivi dovuti mis-soċjeta konvenuta lill-attriċi qegħdin
għalhekk jiġu likwidati fis-somma ta’ wieħed u erbgħin elf, seba’ mija
u ħames ewro (€41,705).
28
28 Ara Godfrey Calleja vs. Global Capital Financial Management Ltd (App 37/2018) deċiża millQorti tal-Appell (sede Inferjuri) fil-15 ta’ Lulju 2020.
53
Decide
Għal dawn il-motivi l-Qorti qed taqta’ u tiddeċiedi l-kawza billi,
1. Tiċħad l-eċċezzjonijiet kollha tas-soċjeta konvenuta;
2. Tilqa’ l-ewwel talba. tiddikjara li s-soċjeta konvenuta naqset
mill-obbligi kuntrattawli, legali u professjonali tagħha fl-għoti tasservizzi ta’ investiment fuq imsemmi lill-attriċi;
3. Tilqa’ t-tieni talba, tiddikjara li b’riżultat ta’ dan l-aġir u tannuqqasijiet attribwibbili lis-soċjeta konvenuta, l-attriċi sofriet danni
konsistenti f’telf ta’ kapital u qligħ;
4. Tilqa’ t-tielet talba, tillikwada d-danni konsegwenzjali sofferti
mill-attriċi fis-somma komplessiva ta’ wieħed u erbgħin elf, sebgħa
mija u ħames ewro (€41,705);
5. Tilqa’ r-raba’ talba, tikkundanna lis-soċjeta konvenuta tħallas lillattriċi s-somma hekk likwidata ta’ wieħed u erbgħin elf, sebgħa mija u
ħames ewro (€41,705).
Bl-imgħax legali fuq is-somma hawn likwidata, dekoribbli mid-data ta’
din is-sentenza sad-data tal-pagament effettiv.
Spejjeż a karigu tas-soċjeta konvenuta.
Moqrija.
Onor. Robert G. Mangion
Imħallef
28 t’April 2021
54
Lydia Ellul
Deputat Reġistratur