Kopja Informali ta' Sentenza
Pagna 1 minn 6
Qrati tal-Gustizzja
MALTA
QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tat-28 ta' Jannar, 2008
Appell Civili Numru. 12/2007
Antoinette Abela
vs
International Sales Direct
Il-Qorti,
Fis-17 ta’ April, 2007, it-Tribunal ghal Talbiet tal- Konsumaturi ppronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni ta’ l-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentat fit-23 ta’ Ottubru 2006 fejn irrikorrenti talbet danni ta’ erba’ mija u hamsin Liri Maltin (Lm450) rapprezentanti prezz ta’ ‘steamer’ illi matul iz-zmien tal-garanzija kellu diversi hsarat.
Illi wara li sema’ x-xhieda tar-rikorrenti li hija l-istess rikorrenti, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz;
Ikkonsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti xtrat steamer minghand id-ditta intimata illi wara ftit zmien beda jinqala l-‘pipe’ kif ukoll bdew isaddu l-viti u li ghalkemm hadithom ghand id-ditta
intimata dawn ma rrangawiex.
L-intimat baghat risposta ghal din it-talba izda ma attendiex ghas-seduta minkejja li kien notifikat biddata u l-hin tas-smiegh.
It-Tribunal jinnota illi fir-risposta tieghu l-intimatammetta illi l-‘pipe’ rabtuh b’ cingaminflok bidluh u lidan sar sabiex ir-rikorrenti ma jkollhiex ghalfejn tixtri
wiehed gdid u li huma qatt ma qalu lir-rikorrenti illi lvitihuma stainless steel minkejja illi qalulha illi lboiler huwa stainless steel.
It-Tribunal jinnota illi ga la darba l-intimat kein infurmat illi l-boiler huwa ‘stainless steel’, bl-istess irragunar jew ir-rikorrenti kellu jassumi illi l-viti kienu wkoll ‘stainless steel’ kif ukoll illi mkien ma jirrizulta illi r-rikorrenti kienet offruta il-bdil tal-‘pipe’.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal wara li sema’ l-verzjoni tar-rikorrenti jaccetta illi hija veritiera ghal fatt illi qatt ma kienet offruta l-bdil tal-‘pipe’ u wkoll illi qatt ma giet informata li l-viti ma ‘stainless steel’ bhal ‘boiler’ u jordna lill-intimat ihallas lir-rikorrenti s-somma ta’ erba mija u hamsin lira Maltin (Lm450) bl-ispejjez kontra l-istess intimat b’ dan illi l-isteamer issir proprjeta` ta’ l-intimat wara li jkun sar il-hlas.”
Fil-konfront ta’ din is-sentenza d-ditta intimata tilmenta blaggravju generali illi t-Tribunal mar kontra d-dettami talKopja gustizzja naturali audi alteram partem. Fl-ispecifiku, dan lilment taghha tissuddividih kif gej:-
(1) It-Tribunal naqas milli jaghtiha l-opportunita` li tipprezenta l-kaz u li tiddefendih kif jixraq. Hi taccetta li ebda rapprezentant taghha ma attenda ghall-ewwel u lahhar seduta, b’ dana li fl-istess waqt tissottometti b’ raguni illi dik l-assenza taghha fil-proceduri kienet dovuta ghal-luttu fil-familja tad-dirigenti;
(2) Il-motivazzjoni tas-sentenza tippekka minn konfuzjoni fir-ragonament taghha. Dan ghaliex, skond idditta appellanti, mentri t-Tribunal donnu accetta lasserzjoni
taghha illi l-pipe ta’ l-isteamer vendut minnha ssewwa u ma nbidelx, u wkoll li l-appellata qatt ma giet imweghda li l-viti kellhom ikun ta’ l-istainless steel, huwa
mbaghad ghadda biex jirrexxindi l-bejgh;
(3) It-Tribunal naqas milli jistharreg jekk gewx sodisfatti r-rekwiziti ta’ l-Artikolu 79 tal-Kapitolu 378;
(4) L-appellata ma agixxietx immedjatament u zammet ghandha l-oggett ghal sentejn shah;
(5) It-Tribunal ma kellux jadotta r-rimedju tarrexxissjoni in vista ta’ dak li jinghad fl-Artikolu 76 (2) tal- Kapitolu imsemmi;
Din il-Qorti tistqarr illi ma taqbel assolutament xejn ma’ lespressjoni
ta’ fehma tad-ditta appellanti kontenuta flewwel motiv ta’ aggravju. Mill-verifika ta’ l-atti processwali quddiem it-Tribunal jirrizulta illi z-zewg partijiet in kawza
tqeghdu fil-posizzjoni li jippartecipaw fiha u li jgibu ‘l quddiem l-assunti rispettivi ghas-sostenn tad-difizi taghhom. Ara l-verbali tas-seduti tat-23 ta’ Jannar 2007
(fol. 14) u ta’ l-1 ta’ Marzu 2007 (fol. 13). Ciononostante, id-ditta appellanti baqghet assenti minn dawn is-seduti. F’ qaghda bhal din, il-Qorti gja kellha, recentement hafna, okkazjoni tirrileva illi “hi wkoll zbaljata s-sottomissjoni ta’ lappellanti illi l-principju audi alteram partem kien wiehed li jittraxxendi r-regoli ta’ procedura mahsuba biex jorganizza l-process gudizzjarji u li l-Qorti u l-partijiet huma tenuti li josservaw” (“Frances Mercieca -vs- Future Focus Ltd”, 17 ta’ Ottubru 2007). Dan, maggorment, imbaghad, filkaz ta’ proceduri quddiem it-Tribunal specjali adit in vista ta’ dak mahsub fl-Artikolu 23 (1) u (2) tal-Kapitolu 378;
Jekk hu veru mbaghad illi d-ditta appellanti kellha raguni mpellenti u serja biex ma tattendix ghal fatt ta’ luttu filfamilja tad-dirigenti, l-anqas li setghet taghmel kien li tipprezenta rikors lit-Tribunal, jew anke semplici nota, li hi ma setghetx tattendi ghal dik ir-raguni. La dan ma ghamlitux ma tistax issa tippretendi li tista’ tlum lill-Arbitru li ssokta ‘l quddiem bl-andament tal-kawza u ghadda ghad-decizjoni, jew li ticcensurah li vvjolalha l-principju talkontradittorju u ma tahiex l-opportunita` tad-djalettika processwali;
Fuq it-tieni motiv ta’ aggravju din il-Qorti ma tarax li tista’ takkolji d-deduzzjoni tad-ditta appellanti ta’ xi vizzju logiku fil-motivazzjoni. Anke jekk din tinsab redatta b’ mod skematiku minnha hu sew dedott l-iter tal-hsieb persegwit mit-Tribunal ghar-raggungiment tar-ratio decidendi. Huwa ddetermina fuq l-elementi tal-provi forniti mill-appellata, u dik tar-risposta tad-ditta appellanti, illi l-pipe ta’ l-isteamer mixtri ma kienx idoneju ghall-uzu funzjonali tieghu, li ddifett insit fih gie sempliciment riparat bl-irbit permezz ta’ cinga minflok ma l-pipe innifsu gie sostitwit, u li, inoltre, filkaz tal-viti, li rrizultaw korrosivi, l-appellata qatt ma kienet informata illi dawn, bhala komponenti tal-boiler, ma kienux ukoll bhalu ta’ l-istainless steel. Fil-kumpless, jidher li hu dan li kien fil-forma mentis ta’ l-Arbitru, anke jekk espress bi kliem anqas elaborati, u li nducih jiddeciedi, kif effettivament iddecieda;
Il-Qorti jidhirlha li ghandha tiddisponi mill-ahhar tliet motivi
ta’ aggravju bil-mod infraskritt:-
(1) Fl-ewwel lok qed jigi registrat illi minn imkien mir-risposta tad-ditta appellanti ma jinsab dedott ghallKopja ezami u decizjoni tat-Tribunal dwarhom illi kien hemm ksur ta’ l-Artikolu 79 u non-konformita ma’ l-Artikolu 76 (2) ta’ l-Att XXVIII ta’ l-1994, u l-ilment dwarhom qed jitqajjem biss issa, u ghall-ewwel darba, fl-istadju inoltrat ta’ lappell. Dan igib illi, strettament, din il-Qorti ma ghandhiex tokkupa ruhha minn dawn l-istess motivi ta’ aggravju la qatt ma fformaw kontroversja quddiem it-Tribunal;
(2) Ankorke, il-Qorti kellha tikkonsidrahom jibda biex jigi rilevat illi ghalkemm ma jirrizultax mill-atti li lappellata segwiet il-formalita` tan-notifika dettata mill- Artikolu 79, fir-realta l-komunikazzjoni lid-ditta appellanti ghal ksib tar-rimedju aspettat mill-appellata twasslet tempestivament lilha tant li l-istess ditta appellanti applikat
ruhha biex tirricerka r-rimedju li hi dehrilha opportun. Rimedju dan, li ma instabx li kien ghal kollox wiehed idoneju biex jiskongura kontra l-mal-funzjonament ta’ loggett komprat;
(3) Kwantu ghall-Artikolu 76 ta’ l-Att imsemmi dan irid jinqara unitament ma’ l-Artikoli 74 u 75 li jippreceduh. In sintesi, hu nkombenti fuq il-kummercjant illi f’ kaz ta’ nuqqas ta’ konformita` fil-oggett mibjugh, dan ghandu jipprovdi rimedju. L-ghazla tax-xorta ta’ rimedju hi fil-poter esklussiv tal-konsumatur. Huwa jista’ jopta jew gharriparazzjoni jew rimpjazzament ta’ l-oggett, basta li dan ma jkunx hekk sproporzjonat u gravuri fuq il-kummercjant, jew li jsir diminuzzjoni fil-prezz tieghu, jew, sahansitra, rrexxissjoni tal-ftehim meta n-nuqqas ta’ konformita ma jkunx wiehed minuri u insinjifikanti. Id-ditta appellanti la quddiem it-Tribunal, u lanqas issa minn xi spjegazzjoni konkreta, ma pprovat, jew ikkonvincit, illi n-non konformita` kienet wahda minuri jew insinjifikanti. LArbitru, f’ dan il-kaz, iddecieda fuq il-fatti pprezentati u pprovati quddiemu u mhux fuq dak li seta’ gie ippruvat jew
kontrappost, u baqa’ ma giex. Proprju l-“gustizzja sostantiva” ghal liema jikkollega ruhu l-Artikolu 21 (1) ta’ l- Att jinvolvi fih dik ta’ l-uzu tad-diskrezzjoni prudenzjali
konfluwita fil-massima “iuxta alligata et probata”, u mhux ukoll f’ dik ta’ xi prova jew difiza astratta li mill-atti ma tirrizultax. Ugwalment, taht dan l-aspett din il-Qorti ma tistax taccetta l-kongettura propunjata mid-ditta appellanti ta’ xi uzu hazin tal-pipe da parti ta’ l-appellata, meta dan hu mill-provi eskluz;
(4) Fl-ahharnett, ma jidherx fil-kontingenzi ta’ dan il-kaz, illi l-appellata giet li tiflet, minn xi kondotta passiva taghha, id-dritt li tazzjona ghar-rexxissjoni tal-kuntratt. Hi agixxiet fil-pront malli skopriet l-imperfezzjoni rizultanti filpipe ta’ l-isteamer u jekk ir-rimedju inizzjali adoperat midditta appellanti nstab li ma kienx hekk konfacjenti skond lahjar teknika, ma tistax tigi rinfaccjata bil-fatt illi hi rremedjabilment tilfet il-beneficcju li tipprosegwi ghattutela tad-drittijiet taghha ghaliex zammet l-oggett. Pretensjoni bhal din da parti tad-ditta appellanti ma tirrendix gustizzja ma’ l appellata, u dan mhux accettabbli ghal din il-Qorti. Ghal dawn il-motivi kollha l-appell hu michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra d-ditta
appellanti.