Kopja Informali ta' Sentenza
Pagna 1 minn 7
Qrati tal-Gustizzja
MALTA
QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tat-28 ta' Marzu, 2008
Appell Civili Numru. 13/2007
Doris Giordimaina
vs
Oxford Mobbli Ltd
Il-Qorti,
Fl-10 ta’ Mejju, 2007, it-Tribunal ghal Talbiet tal- Konsumaturi ppronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni ta’ l-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentat fid-29 ta’ Jannar 2007 fejn irrikorrenti talbet danni ta’ elf u hamsin Liri Maltin (Lm1050) rapprezentanti prezz ta’ kamra tas-sodda illi zviluppawlha diversi hsarat.
Illi wara li sema’ x-xhieda tar-rikorrenti li hija l-istess rikorrenti, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz;
Ikkunsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti xtrat kamra tas-sodda fit-28 ta’ Mejju 2005 minghand id-ditta intimata ghall-prezz ta’ elf u hamsin liri Maltin (Lm1050) u wara ftit taz-zmien zviluppaw hsarat illi minkejja li saru zewg tentattivi mid-ditta intimata sabiex issewwi dawn il-hsarat, din il-kamra tas-sodda baqghet bil-hsara.
L-intimat baghat risposta ghal din it-talba izda ma attendiex ghas-seduta minkejja li kien notifikat kemm bl-avviz tat-talba kif ukoll bid-data u l-hin tassmiegh.
It-Tribunal jinnota illi l-intimat ma attendiex ghasseduta u jikkonsidra illi l-verzjoni tar-rikorrenti hija veritjera stante illi l-intimat ma ssostanzja xejn minn
dak illi kiteb fir-risposta tieghu u t-Tribunal huwa konvint mill-verzjoni tar-rikorrent.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal jilqa’ t-talba tar-rikorrenti u jordna lillintimat ihallas is-somma ta’ elf u hamsin liri Maltin (Lm1050) bl-ispejjez kontra l-istess intimat b’ dan illi l-kamra tas-sodda ssir proprjeta` ta’ l-intimat meta jkun sar il-hlas.”
L-appell tas-socjeta` konvenuta di fronte ghal din issentenza hu hekk koncepit. Veru li hi naqset li tidher ghas-smiegh tal-kawza pero` it-Tribunal lanqas seta’ jinjora r-risposta taghha, senjatament l-eccezzjoni talpreskrizzjoni minnha opposta ai termini ta’ l-Artikolu 1431 (1) fil-Kapitolu 12 (recte, 16). Dan igib, dejjem skond listess socjeta` konvenuta, illi t-Tribunal mar kontra ddettami tal-gustizzja naturali u ta’ l-ekwita` skond il-ligi. Tikkontendi, inoltre, illi s-sentenza lanqas ma tirrifletti lKopja gustizzja sostantiva in kwantu t-Tribunal skarta wkoll il-fatt illi l-attrici zammet l-ghamara ghandha ghal snin shah u ghamlet uzu minnha. Hi ma tistax, konsegwentement, wara dan iz-zmien tippretendi r-rimpjazzament talghamara jew ir-rexxissjoni ghax messha agixxiet tempestivament malli kkonstatat li s-sett tal-ghamara ma kienx tal-kwalita` pattwita;
Huwa apparentement wisq evidenti mill-atti processwali illi din il-kawza ma gietx ikkultivata kif imiss. Dan qed jigi rilevat in kwantu mhux car jekk il-fatti jipprospettawx kuntratt ta’ kompravendita jew, invece, dak ta’ locatio operis. Fl-avviz promotur taghha l-attrici tirreferi ghal xiri minnha tas-sett tal-kamra tas-sodda, u fuq dan il-binarju hi wkoll is-sentenza appellata. Ghal kuntrarju, s-socjeta` appellanti issostni fir-risposta taghha illi x-xoghol sar skond l-arti u s-sengha u tali kwalita` jaghmel ilkontrattazzjoni tirrientra fl-ambitu ta’ l-appalt jew locatio operis. Fl-istess nifs, pero`, din l-istess socjeta` topponi ghat-talba attrici l-preskrizzjoni applikabbli taht l-istitut talbejgh ghall-vizzju redibitorju fil-haga. Biex aktar tizdied ilkonfuzjoni issa fil-korp tar-rikors ta’ l-appell taccenna ghall-mankanza tal-kwalita` pattwita fil-haga venduta, u, kif saput, it-teorija relattiva ghal din il-kwalita` u dik talvizzju redibitorju mhux l-istess haga. Ara “Carmelo Xuereb -vs- Nazzareno Azzopardi”, Appell Kummercjali, 21 ta’ Gunju, 1943. Huwa induttiv minn dan kollu, anke ghar-raguni illi s-socjeta` konvenuta baqghet ma offrietx ilprovi taghha fir-rigward ghall-iskop ta’ diskussjoni, illi rrelazzjoni kontrattwali insorta x’ aktarx hi relatata ma’ kompravendita u, allura, regolata bid-disposizzjonijiet relattivi ghal dan l-istatut;
Dan ipprecizat, huwa kjarament ovvju wkoll illi t-Tribunal injora ghal kollox fis-sentenza tieghu l-eccezzjoni talpreskrizzjoni opposta. Dan bi ksur tal-proviso ghall- Artikolu 21 (1) tal-Kapitolu 378 li jistipula li “kull kwistjoni li jista’ jkun hemm dwar il-preskrizzjoni ghandha tinqata’ skond il-ligi”. Hu provvdut mill-Artikolu 730 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili illi l-eccezzjoni talKopja
preskrizzjoni ghandha tigi deciza b’ kap separat, qabel, jew flimkien mas-sentenza fuq il-mertu. “Jekk din ir-regola ma tigix osservata l-uniku rimedju huwa dak li s-sentenza appellata tigi annullata minhabba difett ta’ forma, u l-atti
jigu mibghutin lura lill-ewwel Qorti.” (“Raphael Micallef - vs- Anthony Agius”, Appell, 12 ta’ Mejju, 1997). F’ dawn ic-cirkustanzi l-Qorti ma tistax hlief tiddikjara nulla ssentenza hawn appellata. Mhux il-kaz, pero`, li l-Qorti tibghat lura l-atti lit-Tribunal u dan in vista ta’ dak li jinghad fl-ahhar parti tas-subinciz (2) ta’ l-Artikolu 22 ta’ l-Att XXVIII ta’ l-1994 li jrid li meta l-Qorti thassar is-sentenza ghandha tiddefinixxi l-materja hi stess. Dan, skond iddispost ta’ l-Artikolu 21 fuq imsemmi;
Hu statwit fl-Artikolu 1431 tal-Kodici Civili illi l-azzjoni redibitorja jew dik stimatorja taqa’ bil-preskrizzjoni, fil-kaz ta’ mobbli, bl-eghluq ta’ sitt xhur minn dak in-nhar talkunsinna tal-haga mibjugha. Dejjem jekk din ilpreskrizzjoni kienet dik idoneja ghall-fattispeci u lkwestjoni verament kienet taggira fuq id-difett redibitorju, kien jaggrava fuq is-socjeta` appellanti illi tipprova, filminimu, illi z-zmien fuq imsemmi ta’ sitt xhur iddekorra. Din hi prova ferm importanti ghaliex fil-kaz ta’ din ix-xorta ta’ azzjoni l-ligi ma torbotx it-trapass taz-zmien “minn dakinhar li din l-azzjoni tista’ tigi ezercitata” (Artikolu 2137, Kodici Civili) izda taghmel dan id-dekors “minn dakinhar li seta’ jkun li hu (ix-xerrej) jikxef dak id-difett” (subinciz 2 ta’ l-artikolu 1431). Ara “Joseph Zerafa et -vs- Saviour Delia et”, Appell, 4 ta’ Gunju, 1997 u, b’ aktar approfondiment, “Carmelo Dimech -vs- Francis Xuereb et”, Appell, 15 ta’ Dicembru, 1997);
F’ dan il-kaz minn certu taghrif li jirrizulta mill-istess att promotur tat-talba jirrizulta li saru xoghlijiet riparatrici missocjeta` appellanti fuq is-sett tal-ghamara pero` zzmenijiet ta’ meta dawn saru mhux maghruf. Jezisti, imbaghad, kuntrast gurisprudenzjali jekk it-terminu ghaddekorriment ta’ l-azzjoni huwiex wiehed preskrittiv jew dekadenzjali, ghax kif jinsab ritenut “meta hemm it-test talligi stess li jiddikjara esplicitament illi terminu hu ta’ preskrizzjoni, il-kwistjoni tad-distinzjoni (bejn preskrizzjoni u dekadenza) anqas biss tqum …. L-Artikolu 1481, Kodici Civili (illum Artikolu 1431) espressament isemmi preskrizzjoni tant fil-korp tieghu kemm fit-titolu marginali.” (“Carmelo Caruana et nomine -vs- Salvatore Farrugia”, Appell Civili, 1 ta’ Awissu, 1966). Hu ta’ liema speci hu zzmien, huwa evidenti bosta illi s-socjeta` appellanti, ammess li l-azzjoni hi wahda redibitorja, irrikonoxxiet ilvizzju fl-oggett vendut tant li ghaddiet biex taghmel irriparazzjonijiet okkorrenti. Ankorke mhux maghruf jekk dan ir-rikonoxximent u ezekuzzjoni tax-xoghlijiet ta’ tiswija sarux fiz-zmien utli tas-sitt xhur li ssemmi l-ligi, u ankorke dan it-terminu ghandu jitqies wiehed ta’ dekadenza, dik ilkonfessjoni tas-socjeta` appellanti ta’ l-ezistenza u preezistenza tal-vizzju kienet tillegittima d-dritt ta’ l-azzjoni. Ara “Joseph Tanti Palmier -vs- Joseph Runza Mifsud nomine” Qorti tal-Kummerc, 25 ta’ Novembru 1960;
Dan premess, lanqas ma jidher li dik il-preskrizzjoni a norma ta’ l-Artikolu 1431 tista’ titqies ammissibbli, gjaldarba, kif anke huwa rikonoxxut mill-istess socjeta`
appellanti, hawnhekk non si tratta ta’ vizzju redibitorju imma ta’ ipotesi ta’ oggett mibjugh difformi mill-kampjun. L-istess invoice esebita a fol. 24 tirreferi ghas-sample li presumibilment kien intwera lill-appellata. F’ dan il-kaz ilpreskrizzjoni hi xort’ ohra minn dik traccjata fl-Artikolu 1431 izda la dik il-preskrizzjoni l-ohra skond l-Artikolu 1407 (1), Kapitolu 16, ma gietx sollevata, il-Qorti, lanqas kieku trid, ma tista’ ex officio, taghti effett ghallpreskrizzjoni jekk din ma tigix eccepita mill-parti interessata. Ara Artikolu 2111, Kodici Civili. Ghal kull bwon fini hu dejjem mahsub f’ dan il-kuntest illi skond irrieda tal-legislatur taht il-ligi specjali l-perijodu ta’ preskrizzjoni, ghal kaz ta’ nuqqas ta’ konformita` malkampjun jew mal-kwalita` mweghda, ghandu jitqies sospiz sakemm idumu ghaddejjin in-negozjati bejn ilkummercjant u l-konsumatur bil-ghan li jintlahaq ftehim amikevoli. A propozitu, l-Artikolu 78 ta’ l-Att. Din ilqaghda hi sew distinta minn dik generali taht il-ligi komuni, fejn, skond gurisprudenza konkordi, l-istess trattattivi ma jissospendux iz-zmien (ad eccezzjoni, ta’ azzjoni ghadKopja danni, ex-Artikolu 2125 (d), Kodici Civili), lanqas ghal skop ta’ soluzzjoni bonarja tal-kwestjoni. Ara, ad ezempju, “Emmanuele Camilleri nomine -vs- Anthony Calascione nomine”, Qorti tal-Kummerc, 29 ta’ Ottubru, 1954, u “Carmelo Attard et nomine -vs- Domenic Micallef et nomine”, Appell, 19 ta’ Novembru, 2001;
Taht dawn ic-cirkustanzi, anke ghaliex is-socjeta` appellanti baqghet passiva u ma ressqet ebda provi filmertu biex verament tikkuntrasta dak pretiz mill appellata, una volta, kif irrizulta, ir-rimedju tat-tiswijiet ma gab ebda soljev lill appellata din kellha kull dritt li titlob ir-rexxissjoni tal-ftehim u r-rimbors tal-prezz li hallset ghall-oggetti mixtrija. Ara f’ dan is-sens l-Artikolu 76 ta’ l-Att imsemmi. B’ danakollu, gjaladarba s-sett ilu mizmum mill-appellata, u, presumibilment, uzat ukoll minnha ghal xi zmien, hi sew gustizzja sostanzjali, sew dritt ekwitattiv illi r-rifuzjoni lura tal-prezz ghandu jonqos mill-anqas b’ mitejn lira (Lm200).
Ghal dawn il-motivi l-Qorti qed tiddeciedi billi fl-ewwel lok tannulla s-sentenza appellata in kwantu din naqset milli tokkupa ruhha, u tiddeciedi wkoll, l-eccezzjoni talpreskrizzjoni opposta a tenur ta’ l-Artikolu 1431 (1) tal- Kodici Civili. Fil-mertu, tichad din l-istess preskrizzjoni billi tqisha mhux applikabbli ghall-fattispeci u konsegwentement tghaddi biex tilqa’ t-talba ta’ l-appellata. Tikkundanna lis-socjeta` appellanti biex tirrifondi lura lillappellata s-somma ta’ tmien mija u hamsin Lira Maltin (Lm850), ekwivalenti fil-munita korrenti ghal elf disa’ mija disgha u sebghin euro u sebgha u disghin centezmu (€1979.97) b’ dan illi, kontemporanjament ma’ dan il-hlas, l-appellata ghandha tikkonsenja lura lis-socjeta` appellanti s-sett tal-ghamara tas-sodda komprata. Fic-cirkostanzi, lispejjez ta’ din il-procedura jibqghu bla taxxa bejn ilpartijiet.