Kopja Informali ta' Sentenza
Pagna 1 minn 7
Qrati tal-Gustizzja
MALTA
QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tat-12 ta' Dicembru, 2007
Appell Civili Numru. 10/2007
Erminia Parfitt
vs
Krea (Malta) Limited
Il-Qorti,
Fl-20 ta’ Marzu, 2007, it-Tribunal ghal Talbiet tal- Konsumaturi ppronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni ta’ l-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentat fid-29 ta’ Awissu 2005 fejn irrikorrenti talbet refund ta’ tliet mija u sittin Lira Maltin (Lm360) illi kienu thallsu fuq kcina illi apparti li kienet konsenjata zmien wara d-data stipulata kellha wkoll diversi nuqqasijiet.
L-intimat ipprezenta risposta ghal din it-talba kif ukoll ghamel kontro-talba u attenda ghas-seduta.
Ir-rikorrenti ppezentat risposta ghall-kontro talba.
Illi wara li sema’ x-xhieda tar-rikorrenti li hija l-istess rikorrenti, u wara li sema’ x-xhieda ta’ l-intimat li huwa rapprezentant tad-ditta intimata, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha talkaz, kif ukoll ezamina r-ritratti esebiti;
Ikkunsidra s-segwenti:
1. Ir-Rikorrenti xtrat ghamara tal-kamra ta’ l-ikel minghand id-ditta intimata li minbarra li waslet hafna wara z-zmien miftiehem kellha wkoll diversi nuqqasijiet.
L-intimat ammetta li l-ghamara kienet waslet tard u li kellha certu nuqqasijiet u ta’ dan offra kumpens.
It-Tribunal jinnota illi d-ditta intimata kellha diversi opportunitajiet sabiex tirrettifika l-pozizzjoni taghha kif ukoll illi ma attendietx ghall-ahhar zewg seduti minkejja li kienet notifikata bid-data u l-hin tassmigh.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal jilqa’ t-talba tar-rikorrenti u jordna lillintimat ihallas is-somma ta’ Lm360 bl-ispejjez kontra l-istess intimat b’ dan illi l-ghamara tal-kcina ssir proprjeta` ta’ l-intimat wara li jsir il-hlas.”
Fil-konfront ta’ din is-sentenza s-socjeta` intimata tissolleva dawn l-aggravji:-
(1) It-Tribunal ma ghamelx stharrig probatorju logiku u naqas milli jsegwi d-dettami ta’ l-Artikolu 79 tal- Kapitolu 378;
(2) It-Tribunal illedilha l-principju ta’ gustizzja naturali b’ mod gravi meta ma okkupax ruhu milleccezzjonijiet kollha taghha, senjatament l-ewwel eccezzjoni sottomessa;
(3) Ugwalment, it-Tribunal ivvjola l-istess principju meta adotta r-rimedju drastiku tar-rexxissjoni tal-vendita kkuntrattata, meta dan ma kellux ikun hekk il-kaz ghallinadempjenzi minuri u insinjifikanti, skond l-Artikolu 76 (2) tal-Kapitolu imsemmi;
(4) It-Tribunal, f’ kull kaz, naqas li jipprovdi dwar is-sufan li, flimkien mal-kcina, kien jifforma parti mill-bejgh;
(5) Tezisti inkongruwenza procedurali stante li lkundanna saret di fronte ghall-“intimat" u mhux ukoll kontra “s-socjeta` intimata”;
Qabel kull konsiderazzjoni ohra din il-Qorti trid taghmel ilprecizazzjonijiet
li gejjin:-
(1) Kull kaz irid jigi skrutinat fuq il-fattezzi partikulari tieghu. Li jfisser ukoll illi meta l-principji taddritt, applikabbli f’ kazijiet ohra, ma jghoddux ghallfattispeci tal-kaz ezaminat dawn ma ghandhomx jircievu applikabilita` bhal fil-kazijiet l-ohra. Dan qed jigi rilevat in kwantu s-socjeta` appellanti tirreferi, b’ sostenn ghallargoment taghha, ghal certa gurisprudenza ta’ din l-istess Qorti meta l-fatti fihom huma distinti minn dawk verifikati fil-kaz prezenti;
(2) Hu prekluz, u anzi mhux lecitu, li din il-Qorti ta’ revizjoni tokkupa ruhha minn kwestjonijiet, taht forma ta’ aggravji, li ma jkunux ifformaw parti mill-kontestazzjoni quddiem l-ewwel tribunal. Fuq dan il-principju tezisti gurisprudenza ben konkordi. Ara, b’ ezemplari, “George Abela -vs- Joseph Cortis nomine”, Appell Superjuri, 27 ta’ Lulju 2007;
(3) Huwa veru li fil-maggjor parti tad-decizjonijiet tieghu t-Tribunal specjali adit jadopera l-istess modulu ciklostilat fir-redazzjoni taghhom, b’ mod li dan jinducih ghal certi zbalji li jistghu b’ aktar attenzjoni jigu evitati. B’ danakollu, anke jekk din il-Qorti drabi ohra esprimiet ruhha b’ dizfavur ghal dan il-metodu, dan ma jgibx ghaddenunzja ta’ inkongruwenza procedurali u sostanzjali senjalata mis-socjeta` appellanti, ladarba, kif inhu l-kaz hawnhekk, l-uniku “intimata” fil-kontradittorju tat-talba attrici ma kienetx hlief l-istess socjeta` intimata sokkombenti fil-gudizzju; Fermi dawn l-osservazzjonijiet, ghar-rizoluzzjoni ta’ lilmenti komplessivi sottoposti lil Qorti mis-socjeta` appellanti huwa xieraq li jinzammu prezenti, u filperspettiva tal-perkors kronologiku taghhom, il-fatti infraskritti:-
(1) Jekk wiehed joqghod ghall-versjoni ta’ lappellata, kif deskritta b’ certu dettal fid-dikjarazzjoni akkompanjanti l-avviz promotur taghha tal-kawza, fl-istess mument tal-konsenja u mmuntar tal-kcina komprata hi avvanzat diversi lanjanzi dwar imperfezzjonijiet u difetti materjali fiha. Tali kienu jirrigwardaw dawk l-attributi filhaga li jolqtu l-utilabilita`, il-funzjoni jew il-pregju. Ad ezempju, mizurazzjonijiet u kuluri hziena. In generali, ilmetodu tal-produzzjoni tal-kcina. Is-socjeta` appellanti filwaqt li rrikonoxxiet l-ezistenza taghhom ippromettiet li tirrettifikahom, pero` xorta wahda baqghet inadempjenti. Zmien wara kienet anke issuggeriet ir-rimpjazzament ta’ whud mill-komponenti tal-kcina izda l-kampjun muri lillappellata ma kienx accettabbli minnha u optat li titlob riduzzjoni fil-prezz. Dak offert lilha bhala tnaqqis ukoll ma sabx l-adezjoni taghha u konsegwentement ghaddiet biex tirrisolvi l-ftehim u titlob ir-rimbors tas-somma li hallset bhala akkont;
(2) Skond il-linja difensjonali taghha s-socjeta` appellanti ppretendiet li gjaladarba l-appellata accettat ilkonsenja u zammet ghandha l-kcina, u una volta wkoll, accettat li jsiru xoghlijiet rimedjali, hi giet li rrinunzjat gharrizoluzzjoni tal-ftehim;
(3) Ghal kompletar tal-kwadru jirrizulta wkoll illi filmori tal-gudizzju quddiem it-Tribunal kien hemm tentattivi ta’ soluzzjoni bonarja ghall-vertenza, kif manifest milliskambju ta’ e-mails minn fol. 25 sa fol. 36 pero` dawn ma taw ebda rizultat posittiv;
Fuq il-valutazzjoni taghha ta’ dawn il-fatti kif johorgu millatti tal-kawza hi l-fehma ta’ din il-Qorti illi, kuntrarjament ghal dak asserit mis-socjeta` appellanti, l-inadempjenzi filkcina ma jistghux jitqiesu ta’ portata minuri jew insinjifikanti. L-imperfezzjonijiet materjali fil-haga u dawk tan-nuqqasijiet l-ohra, accertati u rikonoxxuti, huma tali li fil-hsieb konsiderat tal-Qorti, jincidu kemm fuq l-uzu kif ukoll fuq il-valur tal-haga, u dan b’ mod apprezzabbli, avut anke rigward ghall-funzjoni presunta mill-kontrattazzjoni. Jidher apparentement li jezistu mankanzi kemm fit-tip ta’ kwalita kif ukoll fil-kulur ta’ l-oggett. Mhux lanqas eskluz illi l insorgenza ta’ dawn l-imperfezzjonijiet u mankanzi ghandhom rapport mal-konsenja nnifisha;
Ghal dawn, il-ligi gustament toffri t-tutela misthoqqa lixxerrej. Dan sew fil-kaz ta’ difetti fil-haga jew ta’ assenza ta’ certa kwalita promessa. Tutela din li a xelta talkompratur tiehu l-forma tar-rizoluzzjoni tal-vendita jew tarriduzzjoni fil-prezz. Fuq is-sekwela tal-fatti maghrufa hu ferm difficli ghal din il-Qorti li taccetta l-proposizzjoni tarrinunzja ghar-rimedju esperit mill-appellata. Ma thossx li hu sewwa illi fic-cirkostanzi maghrufa s-socjeta` appellanti twieghed li taghmel bosta affarijiet biex tirrimedja ghallinadempjenzi taghha stess, thalli z-zmien ghaddej
inutilment bla ma taghmel xejn, ma taghmelx lanqas ixxoghlijiet rettifikatorji proposti mill-appellata, biex, imbaghad, meta tigi azzjonata, tirrinfaccja lill-appellata illi hi zammet il-kcina u wkoll, ghamlet l-ghazla taghha u ma tistax aktar tindetreggja lura ghax tkun irrinunzjat. Opportunement fl-ewwel lok ghandu dejjem jigi mfakkar bhala punt ta’ ligi illi r-rinunzji “di stretto diritto” jridu jirrizultaw minn fatti univoci li minnhom ma tista’ tingibed ebda kongettura ohra hlief il-propozitu evidenti tarrinunzja. (Ara Kollez. Vol. XXXIV P II p 646.) Fit-tieni lok, ankorke seta’ kien hemm f’ dan is-sens certa volonta manifesta da parti ta’ l-appellata ghal xoghlijiet rimedjali, jekk din l-istess volonta ma gietx percepita kif mistenni mill-kontroparti, u dan ma ghaddiex ghall-ezekuzzjoni ta’ dik l-istess volonta espressa skond l-ghazla primarja maghmula mill-appellata, tali volonta ma kellhiex, anke skond ir-rikjami elemantari tal-gustizzja, titqies ta’ natura tali li tekwivali ghal xi stat ta’ rinunzja permanenti jew ta’ abdikazzjoni ta’ ghazliet ohra, anke fejn bhal f’ dan il-kaz, ir-rispons mill-kontroparti jkun wiehed indifferenti jew negattiv. Jekk dan jigi accettat ikun ifisser, inikwita u pregudizzju serju ghall appellata ghax din ikollha nolens volens tissokkombi ghall-qaghda irresponsabbli talkondotta tat-terz li mieghu kkuntrattat, u dan ghal din il- Qorti mhux accettabbli u lanqas ammissibbli;
Minn dan kollu jikkonsegwi, fl-opinjoni tal-Qorti, illi lappellata, fil-fattispeci ma kienetx prekluza milli tghaddi biex titlob ir-rizoluzzjoni tal-ftehim u r-rimbors tal-prezz. Dejjem fuq il-konsiderazzjoni u l-valutazzjoni tal-fatti hi lfehma tal-Qorti illi t-Tribunal ma ghamelx hazin li laqa’ rrikjesta ta’ l-appellata u applika l provvediment restitutorju. Naturalment, hemm qbil mas-socjeta` appellanti illi rrizoluzzjoni tal-ftehim kellha tinkorpora wkoll is-sufan in kwantu, kif inhu accettat anke mill-appellata, dan l-oggett kien jifforma, flimkien mal-kcina, parti integrali millkontrattazzjoni.
Ghal dawn il-motivi din il-Qorti qed tiddeciedi billi tichad lappell u tikkonferma s-sentenza appellata, b’ dan illi oltre l-ghamara tal-kcina ghandu jkun restitwit ukoll is-sufan lissocjeta` appellanti, avverat ir-rimbors lill-appellata tassomma ta’ tliet mija u sittin lira (Lm360), ghal liema ssentenza tat-Tribunal tirreferi. L-ispejjez ta’ din ilprocedura jitbatew mis-socjeta` appellanti.