Kopja Informali ta' Sentenza
Pagna 1 minn 7
Qrati tal-Gustizzja
MALTA
QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tad-9 ta' Jannar, 2008
Appell Civili Numru. 11/2007
Jason Pace vs
Carmelo sive Charles Borg f’ ismu proprju kif ukoll
ghan-nom tad-ditta Paul Borg Antiques
Il-Qorti,
Fit-12 ta’ April, 2007, it-Tribunal ghal Talbiet tal- Konsumaturi ppronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni ta’ l-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentat fis-17 ta’ Ottubru 2007 fejn irrikorrenti talab danni ta’ hames mija u sebgha u hamsin Liri Maltin (Lm557) rapprezentanti hames mitt lira Maltija (Lm500) bhala prezz ta’ pittura illi allegatament ma kienetx antika u sebgha u hamsin lira Maltija (Lm57) bhala spejjez addizzjonali malkaz oltre l-imghax legali mit-28 ta’ Lulju 2006;
L-intimat ipprezenta risposta ghal din it-talba u attenda ghas-seduta.
Illi wara li sema’ x-xhieda tar-rikorrenti li huwa listess rikorrenti, u wara li sema’ x-xhieda ta’ l-intimat li huwa l-istess intimat, u wara li ha konjizzjoni talfatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz;
Ikkonsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti xtara pittura minghand l-intimat ghallprezz ta’ Lm500 li allegatament kienet “Antique Oil Painting Saint” izda li fil-fatt ma kienetx antika;
L-intimat issottometta illi din il-pittura ghandha madwar minn mitt sena u ai termini ta’ l-Artikolu 73 tal-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta din titqies bhala antika.
It-Tribunal ikkonsidra l-verzjoni ta’ Dr. Keith Sciberras, Lecturer fl-Universita` ta’ Malta dwar listorja ta’ l-Arti u tas-Sur Maurice Cordina, exrestawratur ewlieni fil-Muzew ta’ l-Arti.
Ikkonsidra Artikolu 3 tal-Kapitolu 445 u Artikolu 2 tal- Kapitolu 342 tal-Ligijiet ta’ Malta.
It-Tribunal jinnota illi Kapitolu 342 tal-Ligijiet ta’ Malta ma jistax jigi applikat ghaliex il-pittura ma gietx mixtrija waqt irkant izda inxtrat minghand venditur ta’ l-antikitajiet.
Jinnota wkoll illi l-prezz imhallas mir-rikorrenti huwa dak li kien miftiehem bejn il-partijiet u l-istess rikorrenti ma oggezzjonax ghall-prezz waqt il-bejgh.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal jichad t-talba tar-rikorrenti bl-ispejjez jigu sopportati ugwalment bejn il-partijiet.”
L-attur appella minn din is-sentenza biex jitlob ir-revoka taghha. L-aggravju ewlieni tieghu hu kkoncentrat fuq issottomissjoni illi t-Tribunal ma ezaminax adegwatament ilkontenzjoni tieghu illi l-pittura minnu mixtrija minghand ilkonvenut
ma kienetx tal-kwalita` pattwita. Dan kemm millat fattwali tal-materja, kif ukoll mill-konsiderazzjoni talprincipji tad-dritt applikabbli skond l-Att XXVIII ta’ l-1994 (Kapitolu 378);
Fit-twegiba tieghu l-konvenut jopponilu, fl-ewwel lok, ilinammissibilita` ta’ l-appell ghal motiv li dan ma jinkwadrax ruhu fil-parametri ta’ l-Artikolu 22 (2) ta’ l-Att, ghal liema hu akkordat appell fil-kaz biss li d-decizjoni tkun marret kontra d-dettami ta’ gustizzja naturali, u dik lazzjoni tkun ippregudikat b’ mod gravi l-jedd ta’ min jappella. Fis-sostenn tieghu ta’ din il-pregudizzjali lkonvenut jirrikorri ghall-osservazzjoni illi l-aggravju dedott jirrigwarda, sostanzjalment, censura ta’ l-apprezzament tal-provi mit-Tribunal dwar jekk il-pittura venduta minnu kienetx “antika”, u dik tat-tifsira legali li riedet tinghata lil din il-kwalita`. Fir-rigward, huwa jaghmel accenn ghal skorta ta’ decizjonijiet ta’ din l-istess Qorti, u dan biex jenfasizza l-punt illi l-valutazzjoni tal-provi mit-Tribunal tesorbita mis-sindikabilita` tal-Qorti ta’ revizjoni;
Huwa opportun illi, qabel xejn, jigi mfakkar illi fi zmenijiet pjuttost ricenti din il-Qorti, kif presjeduta, amplifikat sewwa l-koncetti tradizzjonali tal-gustizzja naturali, senjatament, ir-regola audi alteram partem. Dan ghamlitu principalment fid-decizjoni taghha tat-28 ta’ Marzu, 2007 fil-kawza flismijiet “Mary Zarba -vs- Emma Azzopardi nomine”, fejn fiha giet mistharrga n-natura multiformi tal-principju, senjatament il-punt illi “l-process ghandu jipproduci dik iddecizjoni akkurata li tirrifletti l-verifiki korretti ta’ fatt u ta’ lapplikazzjoni tal-ligi”. Hu fid-dawl ta’ din l-affermazzjoni illi l-Qorti jehtiegilha tinvesti jekk kienx hemm fil-kaz in ispecje ksur tal-principju suddett. Ghal fatt illi, kif ritenut mill-appellanti, it-Tribunal naqas milli jippresta attenzjoni xierqa lil mertu tal-kaz u, ukoll, milli jforni dawk ir-ragunijiet guridici li t-talba kif proposta kienet timmerita;
Dikjaratament, it-talba ta’ l-attur appellanti hi tendenti ghar-rexxissjoni tal-kuntratt ta’ kompravendita ta’ pittura minghand il-konvenut appellat u ghar-rifuzjoni tal-prezz imhallas ghall-akkwist taghha. L-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur jikkolloka talba bhal din, wahda ta’ ghazla esklussiva fil-poter tax-xerrej, fl-Artikoli 74 u 76. Objettivament, u guridikament, ir-rexxissjoni timplika li lkuntratt, ghalkemm validu, hu difettuz, u ghalhekk annullabbli. Li jfisser, li meta l-oggett mixtri ma jkunx konformi mad-deskrizzjoni moghtija mill-venditur, kif minn dan imweghda jew murija jew xort’ ohra ipprezentata jew mix-xerrej aspettata ghal dik li hi l-kwalita` ta’ l-oggett [ara Artikolu 73 (1) (a) u (d)], ix-xerrej hu intitolat ghal dik lazzjoni minnu sperimentata “in quanto che la cosa per cui consentiva risulto` essere tutt’ altra che quella dedotta in contratto … una cosa diversa da quella che era contemplato nel contrattare, e per cui non si concederebbe una azione redibitoria ma quella di nullita`, avente per base la cosa pattuita nel concenso del
compratore” (“Commerciante Michele Grima -vs- Negoziante Arturo von Kohan”, Qorti tal-Kummerc, 28 ta’ Frar, 1884 per Imhallef Paolo Vella);
Premess dan, jirrizulta mill-atti tal-kaz prezenti illi filmument tal-kompravendita, l-attur appellant qaghad fuq kliem l-appellat illi l-pittura kienet, genwinament, antika. Fl-intendiment tieghu din il-kwalita` allegata, hekk parti integrativa tal-kuntratt, kienet element determinanti biex tinducih jixtriha. Verifikat, bl-assistenza ta’ espert kwalifikat fil-persuna ta’ Dr. Keith Sciberras, illi dik ilpittura ma kienetx antika imma biss riproduzzjoni ta’ xoghol antik, huwa ppretenda li gie mill-konvenut indott fi zball u ghadda biex talab ir-rexissjoni tal-ftehim;
Fil-fehma konsiderata ta’ din il-Qorti, il-motivazzjoni tassentenza appellata tippekka kemm fl-aspetti fokali tal-punt kontrovertit mill-partijiet, kemm fl-aspett fattwali u guridiku tal-kwestjoni. Jidher, dejjem fil-hsieb tal-Qorti, illi saret koncentrazzjoni zejda, anke mill-partijiet infushom, fuq jekk il-pittura kienetx tikkwalifika, o meno, ghal dik taddefinizzjoni tal-kelma “antik” moghtija mill-Kapitolu 342 (Att dwar l-Irkantaturi), b’ detriment ghal kwestjoni centrali illi dik l-istess pittura ma kienetx hlief kopja ta’ xoghol antik “that mimics 18th century work” ankorke din kellha ‘l fuq minn mitt sena. Huwa dan l-aspett li kellu jircievi lattenzjoni tat-Tribunal adit, anke ghaliex dan kien jitfa dawl siewi hafna fuq is-sustanza tal-pittura komprata, u laktar dak tal-kriterju subjettiv “relative al modo con cui veniva considerato l’ oggetto della convenzione dal contraente che si è ingannato” (“Avv. Dottor Giuseppe Agius nomine -vs- Francesco Saverio Vassallo et nomine”, Appell Kummercjali, 13 ta’ Gunju 1921);
Bir-rispett kollu din il-Qorti ma tarax illi l-abbinament talprezz ghall-pittura jista’ jkollu xi piz qawwi fil-materja. Kif lanqas ma jista’ jkollu importanza l-fatt illi l-appellat li bieghha xtraha minn irkant. Aktar fundamentali hi lkwalita` asserita tal-pittura in re ipse u dik ta’ l-intenzjoni ta’ l-appellanti meta xtraha. Kwalita` din li, fil-fattispeci talkaz konkret, hemm mir-ricevuta (fol. 69) rilaxxjata millkonvenut, kif ukoll mid-deskrizzjoni ta’ l-irkantatur Joseph Sammut (fol. 22), kienet manifestament turi li dak mibjugh kien “an antique oil painting”, imma mhux ukoll illi l-pittura nnifisha kienet biss riproduzzjoni ta’ xoghol antik;
Certi decizjonijiet tal-Qrati taghna fuq is-suggett jillustraw ahjar il-punt in diskussjoni:-
1. “È nullo la vendita fatta dall’ incantatore di un oggetto indicato nello avviso di una qualita`, se si trova che effettivamente tale oggetto è di qualita` diversa” (“Emanuele Borg -vs- William Gingell”, Appell Kummercjali, 4 ta’ Novembru 1907). F’ dan il-kaz irrizulta li s-sufan, pultruni u siggijiet ma kienux tal-gewz izda minn injam inferjuri;
2. “Qualunque errore che avrebbe potuto influire sull’ offerta, come errore sopra la qualita` e errore sulla sostanza stesso delle cose rende nullo o almeno annullabile il contratto” (“Negte. James Gollcher -vs- Pubblico Irkantatore William Gingell, Junior”, Qorti tal- Kummerc, 12 ta’ Mejju 1908). F’ dan il-kaz l-oggetti mixtrija nstabu li ma kienux antiki u lanqas f’ korrispondenza mad-deskrizzjoni fil-katalgu. Incidentalment, ukoll, f’ din l-istess decizjoni nghad ukoll illi “la vendita deve essere rescissa indipendentemente dal valore dell’ oggetto e senza necessita` di entrare in questioni di buona o malafede” (Kollez. Vol. XX P III p 74);
3. “Ghaldaqstant jekk wiehed jixtri oggett bhala antik u xtrah ghax antik, u kieku kien jaf li ma kienx antik ma kienx jixtrih u l-izball hu skuzabbli huwa ghandu dritt jopponi n-nullita` tal-bejgh, u dan avolja fil-konvenzjoni ma kienx hemm il-patt espress li kien qed jimbiegh oggett antik, imma fl-istess hin dan kien is-sens tal-ftehim” (“Michael Cachia -vs- Dr. Frank X. Vassallo”, Appell Civili, 20 ta’ Ottubru 1961); Fermi dawn l-ispunti gurisprudenzjali, din il-Qorti ma tistax taccetta bhala proposizzjoni guridika korretta illi lappellanti ma kienx sufficjentement okulat meta ghamel lakkwist u dan ghal fatt tal-prezz baxx li huwa hallas ghallpittura. Jibqa’ l-fatt illi hu xtara dik il-pittura lilu moghtija x’ jifhem li kienet xoghol genwin ta’ l-arti antika mentri firrealta` dan ma kienx hekk il-kaz; Fl-ahharnett, din il-Qorti lanqas ma ssib li ghadda tul ta’ zmien apprezzabbli (anqas minn xahrejn) bejn ix-xiri talpittura u t-tehid tal-proceduri inizzjali bl-ittra ufficcjali biex jista’ jinghad li l-appellanti gie li tilef il-beneficcju tad-dritt ta’ azzjoni fuq dik il-bazi ghax hu zamm l-oggett u ma ddepozitahx kif imiss taht l-Awtorita` tal-Qorti. Il-principju mhux assolut u jvarja minn kaz ghal iehor. Ragonevolment, dan mhux wiehed minn dawk il-kazijiet li jqieghed lill-kompratur, ghal dik ir-raguni, f’ xi zvantagg li ma jistax jesigi li l-kuntratt jigi rexxiss;
In bazi ghal konsiderazzjonijiet kollha maghmula din il- Qorti ssib li l-aggravju hu fondat u li tezisti gustifikazzjoni ghall-akkoljiment tat-talba dedotta fl-Avviz promotur, b’ dan, pero`, li l-ammont pretiz ghandu jkun limitat ghallprezz
imhallas ghall-akkwist tal-pittura.
Ghal dawn il-motivi din il-Qorti qed tilqa’ l-appell u b’ hekk thassar u tirrevoka d-decizjoni tat-Tribunal. Tilqa’ t-talba ta’ l-appellanti kif deodtta fl-Avviz, b’ dan pero` li lkonvenut appellat qed jigi kundannat jirrimborsa lura lillattur appellant is-somma ta’ hames mitt lira Maltin (Lm500). Tali rifuzjoni ghandha issir kontemporanjament mar-rikonsenja lura lill-konvenut tal-pittura in kwestjoni.