MALTA
QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta ta' l-24 ta' April, 2009
Appell Civili Numru. 15/2008
Maria Geraldine Attard
vs
Go Mobisle Communications Ltd
Il-Qorti,
Fit-3 ta’ Dicembru, 2008, it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur ippronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni tal-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentati fid-9 ta' Lulju 2008 fejn irrikorrenti talbet danni ta’ elf, mitejn u sebgha ewro u tmienja u sebghin ewro centezmi (€1207.78) rapprezentanti hlas zejda mitlub mill-intimat u li ma humiex dovuti.
L-intimat ipprezenta risposta ghal din it-talba u attenda ghas-seduta.
Illi wara li sema' x-xhieda tar-rikorrenti li hija listess rikorrenti, u wara li sema' x-xhieda ta’ lintimat li huwa rapprezentant tad-ditta intimata, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll taccirkostanzi kollha tal-kaz;
Ikkunsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti ssottometta illi wara li rceviet kontijiet li jammontaw ghal elf, hames mija u tmienja u erbghin ewro u tnejn u disghin ewro centezmi (€1548.92) hija ghamlet ilment mal-kumpanija ntimata li minn naha taghhom tawha skont zghir u li ghalhekk ir-rikorrenti bdiet thallas pagamenti kull xahar 'under protest' sakemm tigi rizolta din ilkwistjoni minn dan it-Tribunal.
Ir-rikorrenti ssottomettiet wkoll illi fl-'special conditions’ tal-kuntratt ghall-‘Internet/e-mail access’ li hi ghamlet mal-kumpanija ntimata hemm specifikat il-kelma 'unlimited' fit-'tariff plan' kif ukoll illi hi ma nghatat ebda rendikont dettaljat kif sar dan l-uzu u nghatat biss figure f’cifri ta' 'data usage'. Il-kumpanija ntimata qatt ma gabet ghal konjizzjoni taghha xi termini tal-kuntratt li jista' jinsab fuq is-sit tal-internet tal-Go.
Finalment ir-rikorrenti ssottomettiet verbalment waqt is-smiegh tal-kawza illi hi dejjem uzat dan isservizz ghal skop domestiku u li hi kellha kontroll shih fuq il-computer taghha b''password' li kienet taf hija biss.
L-intimat issottometta illi huma qatt ma illimitaw il- 5GB imsemmija ghal 'downloads' fil-kuntratt u li rrikorrenti qatt ma talbet tali rendikont tal-uzu u li
hija lesta li tipproducieh. Inoltre l-intimat issottometta illi huma kienu ghamlu
riduzzjoni ta' 30% mill-kont ta' Jannar 2008 liema kont kien jammonta ghal tliet mija u wiehed u erbghin ewro u erbatax ewro centezmi (€341.14), kif ukoll ezenzjoni mill-ahhar 'access fee' u kienet ezentata mill-penali ta' ksur tal-ftehim.
Finalment l-intimat issottometta illi huma fasslu program mifrux fuq ghaxar xhur biex ir-rikorrenti tkun tista' thallas il-kontijiet mibghuta lilha.
It-Tribunal jinnota illi:-
Wara li r-rikorrenti ressqet l-ilment taghha malkumpanija ntimata, l-intimat minn naha tieghu rriduca l-kont izda dan in-nuqqas ma kienx jirrifletti l-obbligu tal-ammont ta' hlas kontrattat. Ir-rikorrenti minn naha taghha, u sabiex ma tidholx fi spejjez addizzjonali ta' kawza inizjata mill-intimat, bdiet taghmel pagamenti menswali taht protest u bla pregudizju ghall-kaz odjern.
It-Tribunal jinnota illi l-intimat kien taha parir sabiex tieghu dak is-servizz ghaliex skond l-istess intimat dan kien servizz offrut ghall-prezz ta' tliet u ghoxrin ewro (€23) u li kien impossibbli li rrikorrenti taqbez il-limitu ta' 'five gigabytes download'. Barra minn hekk l-intimat qatt ma spjega jew b'xi mod iehor indika lir-rikorrenti illi hi kienet ser tinzamm responsabbli ghall-hlasijiet ta' xi 'upload' li terzi persuni setghu jaghmlu minn fuq il-computer taghha. Ta' min jinnota illi wara l-ilment illi wara li tressaq dan l-ilment mir-rikorrenti lkumpanija ntimata biddlet il-kelma 'download' ghal dik ta' 'data usage' fuq ir-riklamar taghha.
It-Tribunal jinnota b'mod partikolari illi l-kelma 'unlimited' tinsab miktuba bl-idejn, u cioe inkitbet f’kuntratt li sar specifikament ghar-rikorrenti taht ittitolu 'Tariff Plan'.
It-Tribunal jinnota s-sottomissjonijiet tar-rikorrenti fejn qal li l-'Consumer Affairs Act, Part VII, Title 1 Articles 51A to 51J' tal-Ligi Ewropea tirreferi ghal 'advertising practice of making exaggerated statements or statements which are not meant to be taken literally' kif ukoll illi 'A commercial practice shall be regarded as misleading if in any way, including its overall presentation, deceives or is likely to deceive the average consumer, even if the information is factually correct, in relation to one or more of the following elements, and in either case causes or is likely to cause him to take a transactional decision that he would not have taken otherwise'.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal wara li kkonsidra hawn fuq u wara li ra illi t-'Tariff Plan' kif imnizzla fil-kuntratt u accettata u ffirmat miz-zewg partijiet jaghti lir-rikorrenti d-dritt esklussiv ghal uzu 'unlimited' ta' 'internet/e-mail access' bir-rata ta' tlieta u ghoxrin ewro u disgha u sittin ewro centezmi (€23.69), jilqa' t-talba tarrikorrenti u jordna lill-intimat jirrevedi l-kontijiet kollha mahruga minnu mid-data illi gie ffirmat ilkuntratt sad-data ta' din is-sentenza, u dan bir-rata ta' tlieta u ghoxrin ewro u disgha u sittin ewro centezmi (€23.69) fix-xahar, bl-ispejjez kontra listess intimat.”
L-ilment preponderanti tas-socjeta` mharrka huwa fis-sens illi t-Tribunal naqas li jiehu konjizzjoni korretta tal-fatti u tad-dokumenti u applika b’mod zbaljat l-rincipji legali;
Il-bazi tal-kontestazzjoni ta’ l-appellata bil-kawza minnha proposta quddiem it-Tribunal hi fis-sens illi skond lallegazzjoni taghha s-socjeta` appellanti, fil-mument talbejgh tal-prodott offert weghditha 5 gigabytes “download” u mhux 5 gigabytes “usage” (kompriz l-uploads ta’ terzi). Ma’ dan is-socjeta` appellanti ma qabletx u in linea difensjonali ssottomettiet illi l-kuntratt iffirmat kien jipprovdi illi d-daqs tal-bundle huwa 5GB ta’ network usage. Anke issa f’dan l-istadju, b’censura ghad-decizjoni tat-Tribunal, is-socjeta` appellanti tirrepeti dik l-istess linja ta’ difiza taghha u tikkritika lit-Tribunal illi dan qaghad ghal kollox fuq l-istqarrijiet ta’ l-appellata minghajr ma ezamina sew ilpattijiet kontrattwali. Linejari ma’ din is-sottomissjoni taghha s-socjeta` appellanti tikkontendi allura illi t-Tribunal ma ghamelx valutazzjoni xierqa tal-provi u dan bi pregudizzju gravi ghal jeddijiet taghha;
Fis-sentenza taghha fl-ismijiet “Mary Zarb -vs- Emma Azzopardi et”, 28 ta’ Marzu, 2007 din il-Qorti kienet hemm issenjalat il-principju illi anke fil-kazijiet insorti quddiem it-Tribunal specjali krejat bil-Kapitolu 378 tal- Ligijiet, il-process ghandu jirriproduci dik id-decizjoni akkurata li tirrifletti l-verifiki korretti tal-fatti u l-applikazzjoni tal-ligi. Fiha, issokta jizdied illi dik id-decizjoni mit-Tribunal tista’ tkun soggetta b’success ghal revizjoni minn din il- Qorti jekk jinstab li t-Tribunal ma jkunx ippresta attenzjoni adegwata lill-mertu tal-kaz jew fejn l-ezercizzju tal-poter diskrezzjonali jkun ghal kollox nieqes minn raguni jew fejn il-konkluzjoni ultimament raggunta tirrizulta illogika;
Jinzel minn dan illi l-Qorti ghandha tezamina jekk fil-kaz in ispecje kienx hemm xi motiv minn dawn appena illustrate u, ukoll, l-ezistenza ta’ xi pregudizzju gravi ghal liema jirreferi t-test tal-ligi fl-Artikolu 22 (2) tal-Kapitolu imsemmi;
Dikjaratament, is-socjeta` appellanti tirpoza l-argoment centrali taghha bl-aggravju fuq il-bazi tal-kuntratt interkjuz bejn il-partijiet ghas-servizz ta’ l-internet. Dan taghmlu biex issostni l-punt illi s-servizz ikkuntrattat mill-appellata kien wiehed limitat ghall-uzu ta’ hames (5) gigabytes minghajr ebda kwalifika u li ghal kull uzu li jeccedi tali limitu kellu jkun hemm hlas addizzjonali skond kif millkuntratt prevvist;
Fl-inkartament tal-kaz quddiem it-Tribunal tinsab esebita kopja tad-Direttiva 93/13 ta’ l-Unjoni Ewropeja relattiva ghal “unfair terms in consumer contracts”. Presumibilment, l-iskop ta’ din l-esebizzjoni kien dak li jissenjala l-principju regolanti b’mod uniformi kontrattazzjonijiet bhal dak de quo agitur. Opportunament, fuq il-konsiderazzjoni taghha ta’ din id- Direttiva, jidher li fin-normattiva komunitarja l-formalita` tal-ftehim ma hix dik sempliciment tad-dokument konkjuz bejn il-partijiet kontraenti izda din tassumi importanza aktar mifruxa li tinkorpora l-attivita` kontrattwali shiha, sija pre, jew post, kontrattwali. F’certu sens allura din il-forma takkwista tifsira diversa minn dik tas-sens strett kif nsibuha fil-Kodici Civili in materja ta’ kuntratti bil-miktub, in kwantu d-Direttiva donnha ttendi biex ikun maghruf sew liskambju ta’ l-informazzjoni anterjuri, kif ukoll posterjuri, ghall-att u r-rapport finali. Dan mhux minghajr raguni. Filfehma tal-Qorti l-obbjettiv principali jidher li hu dak li tkun iggarantita t-trasparenza massima ta’ l-operazzjoni kontrattwali u li tkun assikurata dik il-kjarezza magguri ta’ gharfien dwar dak li jkun qed jigi propost lill-konsumatur ta’ l-oggett jew tas-servizz. Fi kliem iehor tezisti dik ilhtiega li l-konsumatur kontraenti jitqieghed fil-kondizzjoni li jikkonkludi l-ftehim wara li jkun akkwista, b’mod car, semplici u li jinftiehem, il-konoxxenza ta’ dawk l-elementi kollha u ta’ l-informazzjoni shiha u utli ghal dak l-iskop talkonkluzjoni tal-kuntratt;
Fil-kaz specifiku ma jidherx li t-Tribunal tbieghed minn din il-koncezzjoni. In bazi ghall-provi attendibbli, kif valutati minnu, huwa stabilixxa illi lill-appellata kien gie offert servizz ta’ “five gigabytes download”, qieghed is-sinjifikat tieghu fuq il-kelma “unlimited” stabbilita taht il-kappa “Tariff Plan” fil-kuntratt, innota li l-kumpanija appellanti ssostitwit fir-reklamar taghha l-kelma “download” ghal dik ta’ “data usage” u, wara li adotta l-kummenti traccjati fil- Consumer Affairs Act fil-ligi Ewropeja, iddetermina illi lilment imressaq lilu mill-appellata kien wiehed valevoli u lappellata kien jisthoqqilha l-protezzjoni, kif mid-Direttiva u mill-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur mahsub. Mhix ghal din il-Qorti li tikkwerela din il-valutazzjoni tat-Tribunal arginata fuq l-elementi intrinsici tal-provi kemm ghaliex skond il-ligi d-dritt ta’ sindikar minn Qorti ta’ revizjoni hu wiehed ristrett ghal dak li jinghad skond il-vot tal-ligi fl- Artikolu 22 (2) tal-Kapitolu 378, kemm ghaliex din il-Qorti ma ssibx illi t-Tribunal ivvjola, fil-kaz partikulari, il-principji ta’ dik il-gustizzja sostantiva u ta’ l-ekwita li jippreciza l- Artikolu 21 (1) tal-istess Kapitolu. Principji dawn li din il- Qorti wisq drabi fissret f’numru ta’ decizjonijiet taghha u mhux il-kaz li toqghod terga’ tirreplikahom. Ara b’ezemplari s-sentenza fl-ismijiet “Andrew Cassar et -vs- Victor Mercieca nomine”, Appell mit-Tribunal ghal Talbiet Zghar, 22 ta’ Novembru, 2006;
Is-socjeta` appellanti tilmenta illi t-Tribunal ma tax piz xieraq lill-espressjoni tal-bona fide ghal liema jirreferi l- Artikolu 993 tal-Kodici Civili in kap ghall-Effetti tal-Kuntratti in generali. Il-fatti tal-kaz, u l-aktar il-konsiderazzjonijiet tad-decizjoni appellata ma jikkorroborawx u ma jsostnux din ic-censura. Dan proprju ghaliex fl-argini tal-kwadru komplet tal-fatti maghrufa l-bwona fede assumiet parametru siewi gudizzjali ta’ dik il-verifika illi, kif fuq manifest, induciet lit-Tribunal ghal dak ir-ragonament u dik il-konkluzjoni, fis-sentenza rispekkjati, tar-rapport sottostanti l-kuntratt ta’ ftehim.
Ghal motivi kollha predetti din il-Qorti qeghda konsegwentement tirrespingi l-appell u tikkonferma ssentenza appellata, bl-ispejjez kontra s-socjeta` appellanti.