QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tat-23 ta' Ottubru, 2009
Appell Civili Numru. 3/2009
Janice Xerri
vs
Mrs. Jones
Il-Qorti,
Fl-4 ta’ Frar, 2009, it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur ippronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni ta’ l-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentati fil-15 ta' Ottubru 2008 fejn irrikorrenti talbet danni ta' tliet mija, sitta u ghoxrin ewro (€326) rapprezentanti prezz ta' libsa illi kienet difettuza kif ukoll danni morali.
L-intimat ipprezentat risposta ghal din it-talba u attendiet ghas-seduta.
Illi wara li sema' x-xhieda tar-rikorrenti li hija listess rikorrenti, u wara li sema' x-xhieda talintimat li hija l-istess intimata, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz;
Ikkunsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti ssottomettiet illi hija xtrat libsa ta’ lokkazjoni minghand Mrs. Jones ghaliex kienet xhud ta' l-gharusa waqt tieg izda ftit wara li libsitha r-rix reha kulur hadrani fuq il-gilda taghha u tebbalha l-gilda ghal erbat ijiem.
Ir-rikorrenti ssottomettiet illi hija hassitha skomda minhabba li kienet haga tal-misthija aktar u aktar meta kienet ix-xhud tal-gharusa.
L-intimat issottomettiet illi r-rikorrenti marret buona volonta taghha tixtri libsa mill-istabbiliment taghha u li kienet ippruvat il-libsa kemm il-darba qabel ma xtratha. Kien wara li r-rikorrenti libsitha waqt tieg illi marret ghandha tghid illi r-rix tal-libsa kien jerhi l-kulur mal-gilda izda meta talbitha thalli l-libsa filhanut halli tara x'rejazzjoni jaghmel ir-rix mal-gilda, ir-rikorrenti rrifjutat.
L-intimata ssottomettiet wkoll illi r-rikorrenti kienet ammettiet maghha illi kienet uzat 'body lotion' u li kienet offritilha sabiex taghzel libsa ohra izda rrikorrenti ma accettatx dik il-proposta.
It-Tribunal ezamina r-ritratti prodotti mir-rikorrenti.
Il-libsa in kwistjoni giet esebita waqt il-proceduri tat-Tribunal.
It-Tribunal jinnota illi:-
Ir-rikorrenti xtrat libsa ghal okkazjoni ta' tieg billi kienet ix-xhud tal-gharusa izda meta libsitha r-rix li kien imwahhal maghha reha l-kulur ahdar u tebbala l-gilda taghha fil-partijiet illi kienu esposti;
Ir-rikorrenti baqghet imtebba b'dan il-kulur ghal matul it-tieg kollu u hassitha ferm imbarrazzata partikolarment billi hi kienet ix-xhud tal-gharusa u ghalhekk wahda minn nies principali waqt iccerimonja tat-tieg;
L-intimata l-ewwel offriet illi taqla' r-rix minn fejn kien imwahhal mal-libsa u twahhlu mal-qadd fejn ma jkunx jista' jerhi izda billi r-rikorrenti ma accettax hi talbet lir-rikorrenti tilbes il-libsa fil-hanut u toqghod biha hemm halli tkun tista’ tara x'effett ser jaghmel ir-rix fuqha. Ir-rikorrenti rrifjutat illi toqghod bil-libsa fuqha fil-hanut.
L-intimata offriet lir-rikorrenti sabiex taghzel libsa ohra minflokha izda billi r-rikorrenti ma ghogbita ebda libsa minn dawk offruti lilha l-intimata, u billi r-rikorrenti kellha zewg okkazjonijiet ohra ta' tieg hija kienet kostretta tixtri libsa ohra minn x'imkien iehor.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal wara li kkonsidra hawn fuq u wara li ra illi r-rix tal-libsa mixtrija minghand l-intimata reha kulur ahdar u tebba' l-gilda tar-rikorrenti ghal matul it-tieg kollu u li b'rizultat ta' dan ir-rikorrenti bghatiet misthija u inkonvenjent ghal matul it-tieg kollu jilqa' t-talba tar-rikorrenti in parte u jordna lillintimata thallas lir-rikorrenti s-somma ta' mitejn u hamsin ewro (€250) kif ukoll is-somma ta' mija u ghoxrin ewro (€120) danni morali bl-ispejjez talkawza kontra l-istess intimat b'dan illi l-libsa ssir propjeta' tal-intimata wara li jkun sar il-hlas.”
Minn din is-sentenza appellat il-konvenuta bl-aggravji f’dawn it-termini:-
(1) It-Tribunal mar kontra l-principju ta’ gustizzja naturali fis-smigh tal-kaz b’mod li ppregudika l-jeddijiet taghha;
(2) Id-decizjoni appellata kienet parzjali in kwantu bazata fuq fatti li ma kienux sostenuti mill-provi prodotti u lanqas fondata fuq il-konsiderazzjoni tal-fatti kollha migjuba ghall-attenzjoni tat-Tribunal;
(3) Ma jirrikorrux l-elementi mehtiega mil-ligi ghallikwidazzjoni ta’ danni materjali u morali;
Fl-ispjegazzjoni moghtija ghas-sostenn ta’ l-ewwel ilment l-appellanti tissottometti illi ma nghatatx opportunita` xierqa biex tiddefendi ruhha u li tkun assistita. Tghid ukoll li t-Tribunal kien sprovvist mir-risposta taghha minkejja li din kienet ipprezentata minnha u, b’zieda, tissottometti li anke wara li spicca s-smiegh tal-kawza l-attrici kompliet tikkomunika mat-Tribunal;
Opportunement, din il-Qorti terga’ hawn tirribadixxi r-riljievi li ghamlet f’sentenzi precedenti taghha, u cjoe li:-
“(1) Kull tribunal ta’ liema xorta hu, ghandu jirrispetta l-principju tal-kontradittorju. Ksur ta’ dan ilprincipju jissarraf f’nullita` tal-procediment u, konsegwentement, tad-decizjoni;
(2) Ghall-iskop li jkun accertat jekk fil-kaz partikolari jezistux tali ksur, wiehed ghandu jiehu in konsiderazzjoni l-argomenti li fuqhom hi mibnija ddecizjoni u jistabilixxi jekk il-partijiet inghatawx ilpossibilita` li jiddiskutu fatti u cirkostanzi li minnhom evolviet ir-ratio decidendi tas-sentenza, u eventwalment jekk kienx hemm elementi li jillustraw konvinciment divers;
(3) Naturalment, it-tharis tal-precitat principju jrid jigi inkwadrat fil-parametri tal-provvedimenti specifici dettati mil-ligi ghall-izvolgiment u regolamentazzjoni talkwestjoni quddiem Tribunal specjali li jkun hekk adit. F’dan il-kaz, it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi mwaqqaf taht it-Taqsima III ta’ l-Att XXVIII ta’ l-1994 (Kapitolu 378)”. Ara a propozitu s-sentenza ta’ din il-Qorti fl-ismijiet “Joseph Izzo -vs- Oliver Galea”, 28 ta’ Jannar, 2008;
F’din l-istess decizjoni l-Qorti ssoktat tippuntwalizza illi skond l-Artikolu 23 (1) tal-Kapitolu imsemmi t-Tribunal hu fakoltizzat jirregola l-procedimenti quddiemu bil-mod li jahseb li jkun l-aktar xieraq ghall-finijiet li tintaghmel gustizzja, li jitgharraf b’kull mod li jidhirlu xieraq u ma jkunx marbut fil-prattika dwar l-ahjar prova [Artikolu 23 (2) (b)], u li jiddeciedi skond kull mertu u gustizzja sostantiva tal-kaz, u skond l-ekwita (Artikolu 21);
Premessi dawn l-aspetti ta’ dritt jibda biex jigi kkonstatat illi, kuntrarjament ghal dak dedott, fl-atti tirrizulta r-risposta ta’ l-appellanti. Invece, hu eskluz minn xi verbal illi lappellanti talbet li tkun assistita minn Avukat tal-fiducja taghha u dan gie rifjutat lilha. Bir-rispett dovut, imbaghad, din il-Qorti mhix tant impressjonata mis-sottomissjoni illi ghax l-attrici ssoktat tikkomunika mat-Tribunal wara sseduta dan kellu jirrifletti negattivament fuq l-agir tat- Tribunal b’implikazzjoni ta’ xi abdikazzjoni tad-dover ta’ imparzjalita` jew ta’ xi malamministrazzjoni tal-process gudizzjarju jew tas-sens ta’ bilanc u oggettivita` talgudizzju tieghu. L-issuggerita insinwazzjoni ta’ “bias” f’dan il-kaz ma tissussistix, lanqas skond it-testijiet ta’ dik ir-“reasonable apprehension of bias” jew “real possibility of bias” ghal liema jirrikorru l-Qrati Superjuri fl-Awstralja (ara “Webb -vs- R” [1994] 181 CLR 41) u fl-Ingilterra (ara “Porter -vs- Magill” [2001] UKHL 67, [2002] 2 AC 357). Ara wkoll fuq din l-istess tema s-sentenza ta’ din il-Qorti kif presjeduta fil-kawza fl-ismijiet “Mambra Electronics Ltd -vs- Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud”, 27 ta’ Frar, 2009;
B’rabta mbaghad mal-premessi aktar ‘il fuq maghmula, u dik ta’ l-allegata vjolazzjoni tal-principju, lanqas ma jidher, fil-fehma tal-Qorti, illi s-sentenza tippekka minn konsiderazzjoni parzjali tal-fatti prodotti jew tan-nuqqas diskrezzjonali u prudenzjali taghhom, kif hekk l-appellanti ssostni li hu l-kaz bit-tieni motiv ta’ l-aggavju taghha. “Iuxta allegata et probata”, il-Qorti tahseb li l-attrici appellata rnexxielha turi u tipprova, b’mod sodisfacenti, lezistenza tan-nexus bejn il-libsa komprata u t-tebgha ta’ lewn hadrani taht abtha. Dan qed jigi rilevat ghaliex din ilkonnessjoni in bazi ghal provi u c-certezza morali ma tistax tigi facilment skartata u, anzi l-probabilita` hi li dak li gara sehh minhabba li reha l-kulur tar-rix tal-libsa, u mhux ghax kawzat minn xi uzu ta’ body lotion applikat millattrici, qabel, jew wara, li libset il-libsa;
L-Arbitru f’dan il-kaz iddecieda fuq il-fatti prezentati u provati quddiemu u mhux fuq dak li seta’ gie provat jew kontrappost u baqa’ ma giex. Dak in-ness ghal liema saret referenza hawn fuq ma kellux ma jissussistix meta ma giet provata ebda raguni konvincenti xort’ ohra li taghmel abbinament plawsibbli bejn il-body lotion u l-kulur ta’ lewn ahdar fuq il-gilda ta’ l-appellata. Ma ghandux ikun pretiz li t-Tribunal, u issa din il-Qorti, ihossuhom konvinti mill-kongettura propunjata mill-appellanti illi ghax il-kulur u l-kwalita` tal-libsa u tar-rix ma nbiddlux, ergo r-reha talkulur fuq il-gilda ma setax ikun il-kagun determinanti tattebgha taht abt l-attrici. Mill-illustrazzjoni tar-ritratt esebit fl-atti l-affinita` tat-tebgha mal-libsa hi sew evidenti u daqstant iehor hi indikattiva l-offerta ta’ l-appellanti li tiehu l-libsa lura u tirrimpjazzaha b’ohra;
Naturalment, kif indott mill-Artikoli 74 u 76 tal-Kapitolu 378, l-ghazla tar-rimdeju hu mholli fil-poter disposittiv ta’ lappellata li setghet taghzel l-opzjoni l-wahda jew l-ohra minn fost ir-rimedju akkordati lill-konsumaturi in generali;
Kif taraha din il-Qorti, fil-kumpless, il-gustizzja sostantiva li jippreciza l-Artikolu 21 ta’ l-Att hi f’dan il-kaz sew konfortata minn modiku ta’ fatt ipprovat (ara “Carmel Gerada -vs- Charles Borg Barthet (Beta Centre)”, Appell Inferjuri, 29 ta’ Jannar, 1999 u dan igib li l-allegat mankanza ta’ element essenzjali tad-difett sottomessa mill-appellanti mhix accettabbli u jkollha tigi skartata;
Fuq it-tielet motiv ta’ aggravju din il-Qorti certament tapprezza illi l-appellanti bhala proprjetarja ta’ ditta li timporta u tbiegh certu tip ta’ lbiesi ta’ kwalita` ghandha kull interess, fejn ikunu imputati lilha mankanzi bi pregudizzju ghar-reputazzjoni taghha, li taghmel dak kollu possibbli biex, kif jinghad fir-rikors ta’ l-appell, “tipprotegi lfama tajba tad-ditta taghha”. Minn naha l-ohra hemm lattrici appellata li hassitha skomda u offiza b’dak li gara fuq personitha bil-libsa appozitament mixtrija ghallokkazjoni specjali. Il-Qorti tifhem dan l-imbarazzament u l-qaghda dizagjata u ta’ stress li kellha taffronta l-attrici f’dik l-okkazjoni fejn kienet xhud f’tieg u ma tarax il-ghala dak li iskonfort taghha, ma kellux almenu jitpatta b’ammont ljevi ta’ danni morali. Proprju bil-kontra ta’ dak sottomess mill-appellanti, tghodd id-deduzzjoni maghmula minn din il-Qorti fis-sentenza taghha ta’ l-14 ta’ Dicembru, 2006 in re: “Elizabeth Dimech Ghirxi et -vs- Alamango Bridal Ltd”, u fejn gie rifless illi d-danni morali “jizvolgu funzjoni prevalentament punittiva u huma in fatti kwalifikati bhala pretium doloris ghal min issubixxa tbatijiet morali derivanti minn fatti partikolarment offensivi”. Fl-assjem tac-cirkostanzi kollha mhux il-kaz li din il-Qorti, kif mitlub, tiddissenti mil-likwidazzjoni tad-danni, sija materjali sija morali, maghmula mit-Tribunal;
In kwantu ghad-difett procedurali sollevat in linea preliminari u dan fis-sens illi ma kellhiex titharrek id-ditta izda Mary Dolores sive Doris Jones proprio u bhala ezercenti tal-kummerc tad-ditta “Mrs Jones”, tajjeb li jigi mfakkar illi skond ma jinsab provvdut fl-Artikolu 23 (3) ta’ l-Att, “ebda procediment quddiem tribunal ma jkun invalidu minhabba t-tnaqqis ta’ xi formalita` sakemm wiehed ikun mexa b’mod konformi kemm jista’ jkun mar-regoli”. Mhux il-kaz allura li l-Qorti, wahda ta’ revizjoni, tordna lkorrezzjoni mitluba meta ebda senjalazzjoni bhal dik hawn sottomessa ma giet sollevata fl-ewwel istanza quddiem it-Tribunal. Wara kollox, kif inhu pacifiku wkoll, “l-okkju talkawza ma jitbiddelx, u jibqa’ dejjem l-istess sat-tmiem taghha”. Ara “Joseph Giorgio nomine -vs- Caterina Giorgio”, Appell Civili, 23 ta’ Gunju, 1947. Fil-kaz in ezami l-kawza giet introdotta fl-istess ismijiet kif raffigurati fis-sentenza u ghalhekk din ir-registrazzjoni preciza ta’ lokkju tal-kawza fis-sentenza kien kif kellu jkun, ossija “Janice Xerri -vs- Mrs Jones”. Dan hu hekk konformi ghal previzjoni tal-ligi procedurali fl-Artikolu 174 (1) (b) applikabbli ghall-iskritturi.
Ghall-motivi kollha predetti, din il-Qorti qed tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata bl-ispejjez kontra lappellanti.
< Sentenza Finali >