TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR
GUDIKATUR DR.
YANA MICALLEF STAFRACE
Seduta ta' l-4 ta' April, 2011
Talba Numru. 1004/2009
Edmund Barbara ID 458139 (M) u Steve Barbara
ezercenti
l-kummerc taht l-isem Barbara Music Shop
vs
John Formosa ID 707555 (M) u
Monique Formosa ID 222362 (M)
It-Tribunal,
Ra t-TALBA attrici biex il-konvenuti bejniethom jigu kundannati jhallsu lill-atturi s-somma ta’ elf, mija u zewg Euro u wiehed u ghoxrin centezmu (€1,102.21c) -
€1,088.46 dovuti ghal tliet skadenzi ta’ kiri ta’ pjanu u €13.75 spejjes ta’ ittra legali.
Bl-ispejjes u bl-interessi mid-data tal-prezentata tal-AVVIZ
kontra l-konvenuti, ingunti ghas-subizzjoni.
Ra d-degriet ta’ dan it-Tribunal moghti fid-9 ta’ Frar 2010 (a fol 7) fejn, fuq rikors tal-konvenuti (a fol 4), l-atturi gew ordnati jesibixxu kopja tal-kuntratt ta’ kiri ta’ pjanu – ordni li l-atturi wettqu meta esibew kopja bhala Dok A (a fol 23)
akkumpanjanti l-Affidavit tal-attur Edmund Barbara.
Ra r-RISPOSTA tal-konvenuti formulata hekk:-
1. In-nullita’ tal-kuntratt tal-11 ta’ Jannar 2002 illi abbazi tieghu qieghda ssir din il-kawza, stante illi fih klawzoli mhux gusti ai termini tal-Artikli 44 u 45 tal-att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378 tal-Ligijiet ta’ Malta)
2. Ammont mhux dovut: Illi kif ser jirrizulta mill-provi, lintimati ga hallsu f’kera matul is-snin ammont illi huwa ferm oghla mill-valur innifsu tal-pjanu u ghalhekk kwalunkwe pagament ulterjuri jkun jikkonsisti f’arrikkiment indebitu favur l-atturi a skapitu tal-eccipjenti.
3. Ekwita’: illi b’zieda mas-suespost, l-intimati jinvokaw il-principju tal-ekwita’ ai termini tal-Artiklu 7(1) tal-Att dwar it-Tribunal Ghal Talbiet Zghar u bir-rispett jeccepixxu illi ghar-ragunijiet spjegati it-Tribunal ghandu jiddeciedi, skond l-ekwita’, li l-ammont mitlub mhuwiex dovut.
PROVI
A1 L-attur Edmund Barbara permezz tal-Affidavit (Dok EB a fol 21) beda biex qal li hu u ibnu Steve jiggestixxi l- Barbara Music Shop f’S. Venera. F’Jannar 2002 ilkonvenuta Monique Formosa marret tikri minghandhom pjanu gdid u ffirmat il-FTEHIM (Dok A). Il-firmar sar wara li x-xhud spjegalha l-kontenut tal-kuntratt, specjalment ilklawsola 7. Din tghid li jekk il-kerrej jiddeciedi li jixtri lpjanu fi zmien sitt xhur, il-kera kollha tigi mnaqqsa millvalur tal-pjanu u l-pjanu jkun jista’ jinxtara ‘by installments’, izda jekk il-pjanu jinxtara fi zmien sentejn, nofs il-kera mhallsa tigi mnaqqsa mill-valur tal-pjanu.
2 Ix-xhud kompla li, oltre l-kitba, hu qal lil Mrs Formosa li wara xi sentejn hi ghandha tkun taf jekk it-tifel (jew tifla) jkunx ser jissokta fit-taghlim tal-pjanu.
3 Il-hlas miftiehem ta’ sitt xhur bil-quddiem, qatt ma kienet puntwala fih minkejja ghadd ta’ reminders – bilposta xi drabi b’kopja lir-ragel, u bit-telefon.
4 Ara, per ezempju l-ittra Dok C a fol 25. Dwar irreminders giet esibita l-formula Dok B (a fol 26). Din ilformula fiha provvediment dwar eventwali xiri tal-pjanu.
5 Finalment ix-xhud qal li l-quantum ta’ €1,088.46 jirraprezenta tliet skadenzi ta’ kera ghall-perijodu 11/07/88 - 10/01/10. Hemm imbaghad €13.75 ta’ ittra legali.
6 Fost affarijiet ohra, il-valur tal-pjanu hu ndikat bhala LM1,490.00c
B1 John Formosa qal li hu kien konxju ta’ dak li ghamlet martu u diversi pagamenti saru minnu. Matul issnin hallsu xi €4,000 plus VAT. Hu rrifjuta li jhallas ammont ta’ €1102.21 billi hu kien ga hallas aktar mill-valur tal-pjanu u “kont ghidtilhom jigu jigbru l-pjanu jekk iridu. Din ghadha l-pozizzjoni tieghi”.
2 Hu ma rax il-kuntratt. Il-pjanu ma rritornahx u meta
jridu l-atturi jistghu imorru ghalih jew jibghatulhom hu.
3 Dwar ic-cirka €4000 li hallas, ipprometta li jgib lista bid-dati.
KONSIDERAZZJONIJIET
It-TRIBUNAL ikkonsidra kif gej:
1. Hawn ghandna kuntratt ta’ kiri ta’ pjanu, kuntratt bilmiktub li joffri wkoll il-facilita’ lil min jikri l-pjanu li jixtrih. Kollox imnizzel bid-dettalji: il-valur tal-pjanu u t-termini talakkwist, anke bin-nifs. Hemm ukoll kif l-akkwirenti ikun jista jibbenifika mir-rati ta’ kiri mhallsa.
2. Il-kuntratt iffirmatu Mrs Formosa izda zewgha stqarr li kien jaf bih u anke hallas xi pagamenti tal-kera. Mela hawn ghandna “patti chiari” ghall-konjugi Formosa.
3. L-atturi qed jitolbu tliet rati ta’ kera’ fl-ammont komplessiv ta’ €1088.46 – mela €362.82 kull skadenza. Il-valur tal-pjanu hu fid-Dok A moghti bhala LM1490 – illum €2654.73. Il-kuntratt hu datat 11 ta’ Jannar 2002 – oltre 8 snin ilu. B’danakollu il-konvenuti kienu kuntenti li ma jutilizzawx l-ghazla li jakkwistaw il-pjanu imma li jibqghu f’relazzjoni ta’ kirja.
4. Wiehed ma jistax ma josservax l-attitudni ta’ John Formosa li tittrapela mix-xhieda tieghu:
a) Kien konxju tal-ftehim tant li anke ghamel xi pagamenti hu, pero’ l-kuntratt qatt ma rah.
b) “kont ghidtilhom jigbru l-pjanu jekk iridu”
c) Waqt li jigi mfakkar li John Formosa kien qed jixhed fl-udjenza tas-16 ta’ Dicembru 2010 – mela kwazi 10 snin fuq il-firmar tal-kuntratt ta’ kiri (bix-xiri prospettat bhala “option” li setghu juzufruwixxu ruhhom minnha lkonvenuti), ir-relazzjoni bejn il-kontendenti baqghet dejjem dik gejja minn kirja u l-konvenuti qatt, b’mod inekwivoku ma daru ghall-akkwist tal-pjanu.
d) Sa meta kien jixhed, John Formosa qal “Jiena ma rritornajtx lura l-pjanu, jiena ghidt lis-Sur Barbara biex jigi ghalih meta jrid. Jekk irrid nista nirritornahulu lura”. B’danakollu l-konvenuti qatt ma hadu passi definitivi biex
jitterminaw il-kija u jirritornaw il-pjanu. Hu legittmu li wiehed jahseb li fil-familja Formosa dan il-pjanu mhux qed semplicement iharsu lejh jew iqisuh bhala xi ornament filkamra fejn qieghed!
e) John Formosa wieghed li ser jipprezenta lista ta’ pagamenti – haga li qatt ma saret – hu x’inhu s-siwi ta’ tali dokument.
5. Hawn ghandna ftehim kummercjali fejn kull naha kienet konsapevoli ta’ kulma kien qed isir. Hadd ma qarraq b’hadd. Il-konvenuti, quddiem il-principju baziku in materia illi pacta servanda sunt qed javanzaw l-ekwita. U hawn tigi l-kosiderazzjoni: hu ekwu li wiehed jibqa jinqeda bl-oggett ghat-tul ta’ zmien li jaghzel hu u meta jigi ssikkat ghall-hlas jghid li t-total imhallas bhala rati ta’ kirja jizboq il-prezz tal-oggett? Hu ekwu li min ikollu f’idejh l-oggett ma jghid qatt: “daqshekk” u jibghat l-oggett lura?
6. F’dawn ic-cirkostanzi ma hemm l-ebda ksur ta’ dak indikat fl-artikolu 44 u 45 tal-Kap 378 tal-Ligijiet ta’ Malta. It-TRIBUNAL meta jqis ic-cirkostanzi tal-kaz u fuq principju ta’ ekwita’ ihoss li dak li qed jitolbu l-atturi hu dovut lilom mill-konvenuti.
DECIZJONI
Meqjus dak kollu kunsidrat it-Tribunal wara li jichad leccezzjonijiet tal konvenuti jikkundannahom in solidum ihallsu lill-atturi l-quantum ta’ elf, mija u zewg Ewro wiehed u ghoxrin centezmi (€1,102.21c) kif mitlub in solidum, blimghax mid-9 ta’ Dicembru 2009 sal-jum tal-pagament effettiv. Il-konvenuti ghandhom ihallsu l-ispejjes talkawza.
< Sentenza Finali >