TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR
GUDIKATUR
MARIA KARLSSON
Seduta ta' l-20 ta' Gunju, 2011
Talba Numru. 897/2009
Gasan Mamo Insurance Limited (C-3143) kif surrogata
fid-drittijiet
tal-assigurati taghha Nicholas Curmi, Miriam Mifsud,
Jorin Gauci, Anthony Chircop, Joseph Chircop,
Marcelline Buttigieg, Hubert Paul Farrugia, Louis
Bishop, Charmaine Pisani Grixti, John Micallef, Chris
Gouder, Alice Felter, Yanica Demanuele, Elaine Abela,
Maria G Zarb Grech, Malcolm Bugeja, Emanuela
Nagiah, Manfred Galdes, Sarah Marie Hili, Stefania
Grech, Alfred Attard, Sempronia Saliba, Maria Victoria
Farrugia, Andre Xuereb, Alexia Cordina, Deborah
Cutajar, Vincent Pace, Theresa Zammit, Madelene
Briffa, John Mercieca
vs
Ryan Air Limited
It-Tribunal,
Ra l-avviz li permezz tieghu s-socjeta’ attrici qieghda titlob is-somma ta’ elfejn, wiehed u disghin ewro u tnax-il centezmu (€2,091.12) rapprezentanti kumpens imhallas mis-socjeta’ attrici lill-assigurati taghha ghal danni sofferti mill-assikurati tas-socjeta’ attrici in segwitu ghal hsarat jew non delivery ta’ bagalji jew buggies wara titjiriet li lassikurati
ghamlu mall-kumpannija’ tal-ajru Ryan Air Limited (ara prospett Dok A) u ghall-liema danni hija responsabbli s-socjeta’ konvenuta.
Bl-ispejjez u bl-interessi mid-data tal-prezentata tal-avviz kontra s-socjeta’ konvenuta li minn issa hija ngunta ghassubizzjoni.
Ra r-risposta tas-socjeta’ konvenuta fejn intqal illi qed topponi ghat-talba tal-hlas stante li tali talbiet huma nfondati fil-fatt u fid-dritt.
Ra r-risposta ulterjuri tas-socjeta’ konvenuta mhux opposta mis-socjeta’ attrici fejn intqal,
1. Illi preliminarjament it-talba tas-socjeta’ attrici hija perenti bit-trapass tat-terminu stabbilit fl-artikolu 31 talcarriage By Air (International and Non-International
Carriage) Order (Avviz legali 63/91) li dahhal fis-sehh ilprovvedimenti tal-Konvenzjoni ta’ Montreal (Convention for the Unification of Certain Rules relating to International Cariage by Air tal-1929 kif ukoll tar-Regolament numru 889/02 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (li jemenda rregolament tal-kunsill numru 2027/97 u ghalhekk it-talba tas-socjeta’ attrici ghandha tigi michuda bl-ispejjez;
2. Illi t-talba tal-kumpanija rikorrenti inkluz dawk dwar ir-rifuzjoni tat-taxxa huma perenti ukoll skont ilkuntratt bejn is-socjeta’ konvenuta u l-assigurati li huma rifless ukoll fit-terms and conditions and general conditions of carriage policy tas-socejta’ konvenuta’ illi kien jezigi li: “15.1.2 if you wish to file a claim or an action regarding damage to checked baggage you must write and complain within seven days and in the case of delay within 21 days in both cases from the date on which the baggage was place at your disposal” u “4.2.1 government taxes imposed in respect of a flight to be operated by us and undertaken by your at levels prevailing at the time you make your reservation. If you may apply in writing within one month for a full refund subject to a reasonable administration fee”;
3. Illi l-assigurati u sahansitra s-socjeta’ attrici qatt ma nnotifikaw lis-socjeta’ esponenti la fit-terminu stipulat skont il-ligi u l-kuntratt u lanqas wara dan it-terminu u dan naturalment sakemm innotifikaw it-talbiet taghhom permezz ta’ dan l-avviz li allura kien tardiv wisq;
4. Illi fil-mertu u minghajr prgudizzju ghal dak suespost it-talba tas-socjeta’ attrici ghall-hlas ta’ danni u / jew nuqqasijiet rapprezentanti total ta’ kumpens allegatament moghti mis-socjeta’ attrici lill-assigurati taghha ghall-hsarat u / jew nuqqasijiet fil bagalji talassigurati taghha meta allegatament kienu taht irresponsabilita’ tas-socjeta’ konvenuta hija wkoll infondata fil-fatt u fid-dritt u dan ghal diversi ragunijiet kif gejjien;
5. Illi s-socjeta’ attrici ma taghti ebda spjegazzjoni ta’ kif l-istess socjeta’ attrici waslet ghall-ammonti fit-talba taghha u li ghal kull talba rispettiva, li wiehed irid japprezza hija individwali minn ohra hemm bzonn qabel xejn prova minn naha tas-socjeta’ attrici illi fil-fatt issocjeta’ attrici verament hallset l-ammont mitlub ghallallegat hsara u / jew nuqqas kif ukoll prova tal-valur veru tal-bagalji li allegatament kellhom il-hsara jew nuqqas;
6. Illi numru mit-talbiet li qed taghmel is-socjeta’ attrici huma vessatorji u dan ghaliex is-socjeta’ konvenuta diga’ hallset lill-assigurati rispettivi ammonti li qedghin
jergghu jigu mitluba fl-avviz tal-lum;
7. Illi numru mit-talbiet relattivi ghar-rifuzjoni ta’ taxxa u minghajr pregudizzju ghas-suespost dwar ukoll huma nfondati fil-fatt u fid-dritt u fi kwalunkwe kaz huma eccessivi stante li s-socjeta’ attrici m’hiex biss titlob gharrifuzjoni tat-taxxa migbura izda qieghda titlob ukoll ammonti u spejjez ohra li m’humiex rimborzabbli skont ilkuntratti
relattivi mal-passigieri;
8. Illi barra minhekk is-socjeta’ attrici kellha tkun taf ukoll illi skont il-kuntratt bejn l-assigurati u s-socejta’ esponenti u l-policy tas-socjeta’ konvenuta f’kull kaz bhal dan ghandu dejjem japplika administration fee ta’ tmintaxil (18) ewro li jitnaqqas mill-ammont rifuz u ghalhekk minghajr pregudizzju jekk ikun il-kaz li s-socjeta’ esponenti jkollha taghti rifuzjoni ta’ danni u / jew taxxi dan l-ammont ghandu jitnaqqas.
Ra d-dokumenti kollha pprezentati fl-atti tal-kawza;
Sema’ x-xhieda ta’ John Galdes, Raphael sive Effie Briffa, Louis Degiorgio, Aillen Healey
Ra n-noti ta’ sottomissjonijiet tal-abbli difensuri tal-partijiet;
Ikkunsidra:
Illi mill-provi attrici jirrizulta li din hija talba ghal hlas ta’ somma rapprezentanti kumpens imhallas mis-socjeta’ attrici lill-assigurati taghha ghal danni sofferti millassikurati tas-socjeta’ attrici in segwitu ghal hsarat jew non-delivery ta’ bagalji jew buggies wara titjiriet li lassikurati ghamlu mall-kumpannija’ tal-ajru Ryan Air Limited u ghal liema danni qed jigi allegat li hija rresponsabbilita’ tas-socjeta’ konvenuta.
Illi dawn id-danni kienu sofferti mill-assikurati tas-socjeta` attrici meta dawn kienu gejjin minn vjagg fuq ajruplan tassocjeta` konvenuta u wara l-procedura segwita mill-istess socjeta` meta l-istess utenti intavolaw it-talbiet taghhom maghha ghar-risarciment tad-dannu minnhom soffert. Illi d-danni sofferti mill-assikurati indikati kienu jirrigwardaw telf ta’ valiggi tas-safar u buggy u /jew serq t’ oggetti millistess. Illi dawn kollha gew debitament investigati u riskontrati kif dovut mis-socjeta` attrici li eventwalment ghamlet tajjeb ghad-danni sofferti mill-assikurati taghha. Illi tenut kont tas-suespost, is-socjeta` attrici giet debitament surrogata fid-drittijiet tal-assikurati taghha u peress li t-talba taghha ghal risarciment tal-istess kienet respinta mis-socjeta` konvenuta, kienet kostretta tintavola din il-procedura.
Illi skont ix-xhieda tas-socjeta’ attrici hija kienet assigurat numru ta’ persuni li vvjaggaw mal-linja ta’ l-ajru Ryan Air u li sofrew nuqqasijiet fuq il-bagalji taghhom bilkonsegwenza li huma mbaghad gew kkumpensati missocjeta’ attrici, u din l-istess socjeta’ giet surrogata fiddrittijiet taghhom u konsegwentement talbet lis-socjeta’ konvenuta tirrifondi l-ammont minnha mhallas lillKopja assikurati taghha. Illi l-procedura adottata f’dan il-kaz bhal f’kazijiet simili huwa li l-passigier li jkun sofra xi irregolarita’ mall-wasla tat-titjira tieghu jimla’ Property Irregularity Report (PIR) fl-ajruport ta’ fejn ikun wasal. Dan ir-rapport jigi mdahhal f’sistema komputerizzata u mibghut lill-linji ta’ l-ajru li mieghu l-passigier ikun vjagga, dak il-hin stess. F’dak il-mument il-linja tal-ajru ikollha access gharrapport imhejji mill-passigier.
Sema’ x-xhieda ta’ Louis Degiorgio, Ground Handling Manager ta’ Servisair /Globe Ground fejn spjega rrelazzjoni li din is-socjeta’ ghandha mas-socjeta’ konvenuta bhala rapprezentanti taghha f’Malta bhala ground handling agent. Spjega s-sistema ta’ kif passigier ghandu jimla’ Property Irregularity Report (PIR) u kif dan ir-rapport jigi trasmess lil linja Ryan Air fil-pront. Intqal illi l- PIR m’hijiex meqjusa mis-socjeta’ konvenuta bhala claim. Spjega wkoll kif claims dwar minor damages lanqas jitnizzlu fir-rapport ghaliex minor damages ma jigux kunsidrati mis-socjeta’ konvenuta. Illi fil-PIR jitnizllu biss hsarat mhux minuri u /jew dewmien ta’ bagalji.
It-Tribunal sema’ x-xhieda ta’ Effie Briffa li huwa direttur ta’ socjeta’ li hija socjeta’ maqbuda mis-sojeta’ attrici sabiex tivvaluta hsarat fil-bagalji (Travellers Limited,) u li hija s-socjeta’ li tiddeciedi jekk il-baggalja tistax tissewwa jew ghandhiex tigi rimpjaz ata wara li l-klijent ikun ghamel dan il-claim mas-socjeta’ attrici, s-socjeta’ assiguratrici talpassigier. Illi wara l-valutazzjoni, Travellers Ltd tibghat ilkontijiet lis-socjeta’ attrici ghall-hsarat tal-bagalji jew gharrimpjazzar tal-baggalji b’wahda gdida.
Illi in via di eccezzjoni s-socjeta’ konvenuta allegat illi ttalbiet attrici huma marbuta bit-trapass ta’ sebatt (7) ijiem jew wiehed u ghoxrin (21) gurnata skont il-kaz a tenur talartiklu 31 tal-Carriage by Air (International and Non International Carriage) Order. Din il-ligi hija derivata millkonvenzjoni internazzjonali ta’ Montreal li holqot regolamenti u proceduri uniformi mal-linji tal-ajru kollha sabiex il-passigieri jkunu jafu sewwa x’inhuma d-drittijiet taghhom kif ukoll dawk spettanti minnhom. lli l-ligi hija bbazata fuq il-principju ta’ restituzzjoni xieraq fejn ilKopja konsumatur inghata certa protezzjoni u drittijiet waqt vjaggi bl-ajru. Illi dan il-korp ta’ ligi jorbot lill-linji ta’ l-ajru inkluzi s-socjeta’ konvenuta. Illi l-artiklu ta’ din il-ligi huwa marbut ma’ kumpens fuq baggalji jew oggetti personali dannegjati taht l-artiklu 31 ta’ l-istess ligi hawn fuq citata. Fejn illi fil-kaz ta’ hsarat subiti fil-bagalji, il-klijent ghandu jilmenta mall-carrier immedjatament meta jiskopri l-hsara u ghandu sebat’ ijiem fil-kaz ta’ bagalji li gew checked-in; u erbatax-il gurnata fil-kaz ta’ merkanzija. Illi fil-kaz ta’ dewmien tal-wasla ta’ baggalja il-klijent ghandu wiehed u ghoxrin gurnata mid-data ta’ meta l-bagalja jew
merkanzija tkun giet a disposizzjoni tal-klijent.
Kull ilment ghandu jsir bil-miktub fiz-zmien indikat.
Illi fil-kaz in kwistjoni l-parti tal-ligi li jinteressa dan il-kaz huwa sebat ijiem. Illi skont is-socjeta’ attrici l-assigurati taghha kienu lkoll ghamlu ilment minnufih permezz ta’ PIR tramite s-socjeta’ Servisair jew Globe Ground skont il-kaz. Illi kif appena jsir l-ilment skont is-sistema tal-PIR, lprincipal ta’ Servisair jew Globe Ground bhala l-ground handling agent tas-socjeta’ konvenuta ikollu access immedjat ghal dan l-ilment fuq is-sistema tieghu.
Illi meta l-ilment jigi mdahhal bhala PIR, immedjatament lilment ikun fuq is-sistema tal-principal. Din l-informazzjoni giet ikkonfermata mill-ground handling agent tas-socjeta’ konvenuta. Intqal mir-rapprezentant tas-socjeta’ attrici li din is-sistema hija uzata mal-linji tal-ajru li s-socjeta` attrici jkolla xoghol maghhom fosthom, Air Malta, British Airways, GB Airways, Alitalia, Emirates, Lufthansa u ohrajn fejn dejjem accettaw il-PIR bhala notifika tal-hsarat jew nuqqasijiet u li konsegwentement din il-ligi tirrizarcixxi lis-socjeta’ attrici skont il-kaz.
Illi skont is-socjeta’ attrici jekk il-linja ta’ l-ajru Ryan Air ma taccettax il-PIR bhala l-ilment bil-miktub hija tkun qieghda tmur kontra l-ispirtu tal-Montreal Convention. Intqal ukoll mis-socjeta’ attrici li jekk is-socjeta’ konvenuta trid tenforza it-terms and conditions taghha fil-kaz ta’ nuqqasijiet u hsarat fil-valiggi hija tkun qieghda tmur kontra l-ispirtu tal-istess konvenzjoni internazzjonali ta’
Montreal. Illi in sostenn ta’ dan, is-socjeta’ attrici spjegat kif jista’jkun il-kaz li klijent li jkun siefer barra minn pajjizu ikun ha jdum iktar minn sebat’ ijiem u ma jkollux access ghal kompjuter u meta jigri hekk, il-klijent ma jithalliex jaghmel il-claim ghaliex ikunu ghaddew is-sebat ijiem kif rikjest fit-terms and conditions tas-socjeta’ konvenuta. Intqal ukoll illi l-Montreal Convention qieghda hemm sabiex tirregolarizza u tipprotegi lil konsumaturi b’mod uniformi. Intqal ukoll illi s-sistema adoperata mis-socjeta’ konvenuta hija iktar oneruza ghall-klijent u jmorru oltre lproceduri uniformi adottati mil-linji tal-ajru l-ohra. Illi l- Montreal Convention qieghda hemm sabiex tipprotegi ilpassigier Intqal ukoll illi s-socjeta’ konvenuta tmur ‘l hinn mill-Montreal Convention sabiex taghmilha ferm aktar difficili ghall-passigieri biex jithallsu ghad-danni li huma jkunu sofrew.
Is-socjeta’ attrici sostniet illi l-Montreal Convention ighid illi linja tal-ajru m’ghandhiex timponi kundizzjonijiet konfliggenti mal- istess Montreal Convention.
Illi skont is-socjeta’ konvenuta jinghad illi l-PIR ghandu jkun segwit b’ilment bil-miktub maghmul u mibghut lil Ryan Air f’sebat’ ijiem ghal hsarat fil-bagalji mall-wasla talpassigier, sabiex il-claim tigi accettata skont it-terms and conditions, General Conditions of Carriage fl-artiklu 15.1.2 kif imposti mis-socjeta’ konvenuta u l-artiklu 31 tal- Montreal Convention. Illi hemm ukoll imnizzel li l-passigier ghandu wiehed u ghoxrin gurnata meta jkun hemm dewmien ghal wasla tal-bagalji u sentejn zmien sabiex isir ilment meta tintilef bagalja.
Illi skont is-socjeta’ attrici hija l-prassi li passigier jaghmel ilment minnfih u tali ilment huwa kkunsiderat bhala l-claim. Illi mkien fil-Montreal Convention m’hemm miktub illi klijent li jkun sofra xi nuqqas fil-bagalja tieghu ghandu l-ewwel jilmenta u jimla PIR u imbghad jaghmel claim separat fi zmien sebat ijiem. Illi gie ribadut mis-socjeta attrici li din is-sistema hija rekwizit mahluq unikament minn Ryan Air Limited bhala mezz sabiex jevitaw ihallsu claim. Illi dan irrekwizit imur oltre dak mitlub mill-Montreal Convention u
ghalhekk m’ghandhiex tigi applikata. Illi jekk ir-rekwiziti talKopja
Montreal Convention gew sodisfatti permezz tal-PIR m’ghandux ikun hemm oneru zejjed fuq il-passigier. Illi skont is-socjeta’ attrici kull darba li kien hemm ilment segwit skont it-terms and conditions ta’ Ryan Air, dawn xorta wahda ma gewx accettati ghaliex gew ikkunsidrati bhala minor claims u minor claims ma jittiehdux in kunsiderazzjoni anke jekk hadd minn naha ta’ Ryan Air ma jkun ra l-bagalja izda jibbazaw d-decizjoni taghhom skont xi jkun hemm imnizzel fil-PIR. Illi gie ribadut ukoll mis-socjeta’ attrici li fil-Montreal Convention m’hemmx distinzjoni bejn jekk il-hsarat ikunux minor u ghaldaqstant m’humiex kumpensati jew jekk il-hsarat jixirqilhom kumpens. Illi fil-kaz in kwistijoni l-kaz tal-assigurata Miriam Mifsud, din il-klijenta kienet issodisfat ir-rekwiziti kollha ghal procedura tal-ilment skont it-terms and conditions tallinja tal-ajru Ryan Air izda l-passigiera naqset meta ma kelliex l-ircevuta originali tal-bagalji li hija kienet xtrat u ghaldaqstant is-socjeta’ konvenuta m’accettatx il-claim. Inghad illi n-nuqqas tal-klijent kien illi ma kienetx zammet l-ircevuta tal-hlas tal-bagalja u minhabba dan in-nuqqas is-socjeta’ konvenuta harrbet mill-obbligi taghha u l-claim giet totalment injorata.
Illi fil-kaz quddiem dan it-Tribunal apparti minn nuqqasijiet u hsarat fil-bagalja kien hemm zewg claims wara ghejbien ta’ zewg bagalji. Intqal mis-socjeta’ attrici, li f’dan il-kaz izzmien ta’ sebat ijiem jew wiehed u ghoxrin gurnata ma japplikax u tapplika biss id-dritt t’azzjoni li ghandha tkun intavalota fi zmien sentejn minn meta tkun intilfet ilbagalja. Illi f’dan il-kaz, il-bagalja intilfet fit-13 ta Jannar, 2009 u ghalhekk il-kawza giet intavolata qabel l-iskadenza taz-zmien ta’ sentejn. Illi ghalkemm intbghatet iddokumentazzjoni kollha rikjesta mis-socjeta’ konvenuta, ssocjeta’ konvenuta qatt ma tat spjegazzjoni ghaliex ma thallsitx din il-claim. Illi f’dan il-kaz it-trapass taz-zmien ma kienx ghadda u ghalhekk is-socjeta’ konvenuta kellha lobbligu skont il-Montreal Convention illi tikkumpensa lil passigier taghha ghall-in circa elf u mitt ewro (€1,100) kull persuna izda l-klijent kien qieghed jitlob tmien mija sebgha u hamsin ewro u wiehed u sebghin centezmu (€857.71). Illi dwar dan il-kaz partikolari, s-socjeta’ konvenuta qalet illi ghal dan il-kaz hija ghadha qed tistenna l-ircevuti relattivi ghall-bagalja u l-kontenut taghha.
Illi skont il-provi tas-socjeta’ konvenuta intqal illi skont lartiklu 15.1.2 tat-Terms and Conditions kif ukoll il-General Conditions of Carriage tas-socjeta’ konvenuta kull passigier jaccetta dawn il-kundzzijonijiet qabel ma jikkonferma l-booking tieghu. Illi skont l-artiklu 15.1.2 “if you wish to file a claim or an action regarding Damage to Checked Baggage, you must write and complain as soon as possible. In the case of Damage to Checked Baggage, you must write and complain within seven (7) days and in the case of delay within twenty-one (21) days, in both cases from the date on which the baggage was placed at your disposa”l.
Illi l-kundizzjoni ta’ sebat’ ijiem mill-hsara fil-bagalji hija konformi mal-ligi internazzjonali hekk imsejjha Montreal Convention partikolarment a tenur tal-artiklu 31 ta’ l-istess konvenzjoni. Illi l-PIR wahdu m’huwiex bizzejjed sabiex ilment ikun itrattat mil-linja tal-ajru Ryan Air. Illi l-PIR huwa biss l-ewwel pass u l-PIR ghandu jigi segwit bil-miktub lilllinja tal-ajru Ryan Air fi zmien sebat’ ijiem sabiex il-claim tigi accettata u illi dawn il-kunidzzjonijiet huma konformi mall-Montreal Convention. Illi meta jircevu din il-claim fi zmien sebat’ ijiem huma jezigu l-ircevuti originali ta’ meta nxtara l-oggett ta’ kollox mitlub fil-claim u Ryan Air tibghat il-claim u l-ircevuti lil loss adjustors taghha li jevalwaw ilclaim. Illi huma jhallsu skont kif jigi dettat lilhom mill-loss adjustors jekk ikun il-kaz. Illi skont l-artiklu 14.4.7 rigwardanti minor damages tal-istess Terms and Conditions kif ukoll il-General Conditions of Carriage tassocjeta’ konvenuta jghid ‘…we shall have no liability for …….. superficial damage caused to baggage as a result of normal wear and tear during carriage’. Dan ifisser illi jekk il-bagalji jgarrbu hsara minuri bhal ma hija girfa jew hsara ohra simili li l-bagalja xorta wahda tkun tista’ tigi uzata, il-claim tigi rifjutata. Illi dwar valiggja li tigi misplaced gie kkonfermat illi l-passigier ghandu wiehed u ghoxrin gurnata mill-gurnata li l-bagalja tigi mitlufa. Jekk valigja tintilef il-passigier ghandu sentejn sabiex jaghmel il-claim mas-socjeta’ konvenuta. Illi s-socjeta’ konvenuta f’dawn iz-zewg kazijiet tezigi ricevuti. Illi intqal ukoll illi kwalunkwe’ claim ta’ passigier li ma jkunx ottempera ruhu maz-zmien minnu accettat sabiex jaghmel il-claim, issocjeta’ konvenuta tichad tali claims tardivi. Illi fil-kaz in ezami rigward in-nuqqasijiet fil-bagalji, s-socjeta’ konvenuta kkonfermat illi hija ma accettatx dawk il-claims ghaliex dawn ma kienux saru fi zmien sebat’ ijiem skont ilkundizzjonijiet illi l-passigieri kienu ftehmu dwarha.
Ra li claims li li gew segwiti permezz t’ ittra, intqal illi dawn gew mibghuta tardivament u ghalhekk gew michuda millinja tal-ajru Ryan Air.
Ra lli dawk il-claims li gew maghmulin fiz-zmien perenti ma setghux jithallsu ghaliex il-hsara kienet minuri skont lartiklu 14.4.7 2 tat-Terms and Conditions kif ukoll il- General Conditions of Carriage tas-socjeta’ konvenuta li accettaw l-istess passigieri.
Ra illi dwar il-bagalji mitlufin intqal li fil-kaz ta’ claim wiehed is-socjeta’ konvenuta talbet r-ricevuta originali talbagalja u qatt ma kienu rcevew tali dokumentazzjoni. Illi rigward it-tieni claim dwar il-bagalja mitlufa intqal illi din ilclaim qatt ma waslet lis-socjeta’ konvenuta u kienet ghadha qed tistenna din il-claim ta’ ghejbien flimkien mallista bil-kontenut tal-bagalja u r-ricevuti tal-kontenut.
Wara li sema’ w evalwa l-provi kollha migjuba quddiemu u wara li gharbel id-dokumenti kollha ezebiti in atti, t- Tribunal huwa sodisfatt illi meta l-klijenti tas-socjeta’ attrici rraportaw in-nuqqasijiet ma’ Globeground/Servisair bhala s-socjeta’ li tirraprezenta lis-socjeta’ attrici, il-PIR li mtela’ mill-klijent ma giex ikkunsidrat bhala l-claim skont l-artiklu15.1 tat-Terms and Conditions tas-socjeta’ konvenuta. It- Tribunal jirrileva li fil-printout tal-PIR, il-klijent kellu miktub illi dan ir-rapport ma jitqiesx bhala claim u l-klijent ghandu jikteb lil Ryan Air fi zmien sebatt ijiem (ara document PIR16, a fol 46).
It-Tribunal ra l-vertenza odjerna hi wahda dependenti minn struttura procedurali stretta naxxenti millkundizzjonijiet ta’ natura kemm ta’ ligi internazzjonali kif ukoll dik ta’ ligi rigwardanti d-dritt privat u dak li jakkomuna t-tnejn hu r-rigorozita` legali pretiza f’relazzjonijiet bhal dawk in dizamina.
Illi ghal dak li jirrigwardja d-danni sofferti mill-passiggieri tas-socjeta` intimata jirrizulta li kwalunkwe talba ghal risarciment kellha ssir bi procedura mahsuba appozita li mill-provi prodotti ma jirrizultax li saret kif statutorjament prestabbilit jew kif kontrattwalment stabbilit bejn il-partijiet.
Illi di piu`, rigward it-talba ghal ghejbien ta’ bagalji jirrizulta wkoll assodat li jew ma sarux talbiet appoziti u wisq anqas, saru fiz-zmien kontrattwalment stipulat.
Illi fil-mertu s-somma mitluba rapprezentanti total ta’ kumpens mhallas mis-socjeta` rikorrenti lill-assigurati taghha ghal hsarat u/jew nuqqasijiet fil-bagalji talassigurati taghha, s-socjeta` attrici spjegat kif waslet ghallammonti fit-talba taghha. Izda mill-provi fehem illi ssocjeta’ konvenuta ghandha sistemi differenti ta’ kif tevalwa l-hsarat u x’tip ta’ provi ghandha bzonn. Illi filwaqt illi s-socjeta’ attrici tapprezza li klijent mhux dejjem jista’ jkollu l-ircevuti originali tal-prodotti reklamati minnu, hija taccetta li taghmel evalwazzjoni fuq stima. Illi fil-kaz tassocjeta’ konvenuta, hija prassi taghha li tezigi l-ircevuti originali kemm tal-bagalja kif ukoll il-kontenut taghha. Illi jirrizulta li hemm divergenza bejn il-policies ta’ rimbors adottati bejn il-partijiet. Filwaqt illi fil-kaz tas-socjeta’ konvenuta din adottat policy strettissima dwar ir-rimbors ta’ oggetti li jigu reklamati, s-socjeta’ attrici m’hijiex daqstant stretta.
Skont is-socjeta’ attrici, l-Montreal Convention qieghda hemm sabiex tirregolarizza u tipprotegi lil konsumaturi b’mod uniformi izda s-sistema adoperata mis-socjeta’ konvenuta hija iktar oneruza ghall-klijent u jmorru oltre lproceduri uniformi adottati mil-linji tal-ajru l-ohra. Illi l- Montreal Convention qieghda hemm sabiex tipprotegi ilpassigier u s-socjeta’ konvenuta tmur ‘l hinn mill-Montreal Convention sabiex taghmilha ferm aktar difficili ghallpassigieri biex jithallsu ghad-danni li huma jkunu sofrew u tezigi l-ircevuti orignali tax-xiri ta’ oggetti.
Illi normalment, persuna li ssofri danni bhal dawk in dizamina hi marbuta li tilmenta mas-socjeta` li ssiefer maghha jew malli tinduna b’dan id-dannu, jew ghall-inqas, fi zmien sebat’ (7) ijiem fil-kaz ta’ valiggja, jew erbatax-il (14) gurnata f’kaz ta’ garr ta’ merkanzija. Illi di piu`, f’kaz ta’ dewmien, l-ilment ghandu jigi intavolat fi zmien wiehed u ghoxrin (21) gurnata minn meta l-valiggja jew ilmerkanzija tigi ghad-dispozizzjoni tal-lanjant. Illi in oltre, kull ilment ghandu tassattivament isir bil-miktub. Bilkonsegwenza li jekk ebda ilment ma jsir entro l-limiti fuq indikati allura l-ebda azzjonijiet ma jkunu jistghu jigu ndirizzati fil-konfront tas-socjeta` li ggorr tali valiggi jew merkanzija. Illi s-suespost jirrizulta wkoll konsolidat millkundizzjonijiet tal-garr konkluz bejn is-socjeta` intimata u lassigurati nvoluti fil-vertenza odjerna fit-Terms and Conditions li l-passigier jaccetta malli jixtri l-biljett missocjeta’ konvenuta. B’riferiment partikolari ghll-kaz odjern ghall-klawzola 15.1.2: “If you wish to file a claim or an action regarding Damage to Checked Baggage, you must write and complain as soon as possible. In the case of Damage to Checked Baggage, you must write and complain within seven (7) days and in the case of delay within twenty-one (21) days, in both cases from the date on which the baggage was placed at your disposal.
Dan il-ftehim gie rassodat mill-klijent meta jimla’ l-PIR mar-rapprezentant tas-socjeta’ konvenuta malli jinduna bin-nuqqasijiet fil-bagalji tieghu.
Illi fil-kaz in ezami certi passigieri nvoluti ma jirrizultax li lmentaw direttament mas-socjeta` ntimata fil-perjodu kontrattwalment stipulat u dan, nonostante li ntavolaw l’hekk imsejjah Property Irregularity Report (PIR), peress li dan la hu rapport fit-termini tar-regolamenti u kundizzjonijiet fuq citati, u lanqas m’intbghat direttament lis-socjeta’ ntimata kif hemm miktub. Illi ghalkemm jirrizulta li saru rapporti dwar hsarat sofferti mas-socjeta` li tiehu hsieb dawn l-ilmenti, (Globeground/Servisair), hemm kazijiet fejn il-PIR ma jirrizultax li nghaddew, lis-socjeta` ntimata fit-terminu preskritt u hemm kazijiet fejn il-PIRm’huwiex bizejjed ghas-socjeta’ konvenuta u tezigi ricevuti u li l ilmenti jsiru bil-mitkub.
Illi rigward l-ilmenti li saru fiz-zmien stipulat ta’ sebat’ ijiem, is-socjeta’ konvenuta talbet kemm ghal prova tal-bagalja u kemm tal-kontenut fejn kien hemm ghejbien.
Illi dwar kaz wiehed ta’ ghejbien ta’ bagalja s-socjeta’ konvenuta qalet illi ma kienet irceviet xejn u ghadha sallum qieghda tistenna li tircevi l-ilment tal-ghejbien.
Il-Montreal Convenion fl-artiklu 31 isemmi “every complaint must be made in writing and given or despatched within the times aforesaid”. Illi hija l-fehma tat- Tribunal illi din il-klawsola tfisser illi l-claim ghandha tintbghat fi zmien sebat’ ijiem u mhux li ghandha tasal f’sebat’ ijiem. Illi l-istess Montreal ma taghmilx distinzjoni bejn minor damages u hsarat ohra izda din hija policy ohra adottata mis-socjeta’ konvenuta w li giet accettata mill-passigier meta ghamel il-booking.
Illi huwa minnu li l-Montreal Convention qieghed hemm sabiex jirregolarizza u jipprotegi lil konsumaturi b’mod uniformi w huwa minnu ukoll illi s-sistema adoperata missocjeta’ konvenuta hija iktar oneruza ghall-klijent u jmorru oltre l-proceduri uniformi adottati mil linji tal-ajru l-ohra. Illi huwa minnu ukoll illi s-socjeta’ konvenuta taghmilha ferm aktar difficili ghall-passigieri biex jithallsu ghad-danni li huma jkunu sofrew. Izda hija l-fehma tat-Tribunal illi lkompitu ta’ dan it-Tribunal huwa biss li jaqta’ u jiddeciedi kazijiet ta’ money claims. Illi jekk is-socjeta’ attrici tikkunsidra li l-kundizzjonijiet imposti mis-socjeta’ konvenuta kif accettati mill-klijent taghha meta ghamel ilbooking, huma irregolari jew oneruzi, dan l-ilment ghandu jigi indirizzat gewwa forum iehor u mhux quddiem dan it- Tribunal.
It-Tribunal finalment jirrileva li paragrafu 6, 7 u 8 taleccezzjonijiet ulterjuri pprezentati mis-socjeta’ konvenuta ma jirrigwardawx it-talba. Illi fil-kaz in ezami ma jirrizultax ebda talba ghal rifuzjoni ta’ taxxa. It-Tribunal ra li mkien m’irrizulta fil-kaz quddiem dan it Tribunal illi hemm talba ghal rifuzjoni ta’ taxxi u li dan il-kaz jirrigwarda biss hsaratu ghejbien ta’ bagalji u buggy. Ghaldaqstant, it-Tribunal jiddikjara li tali eccezzjonijiet mhumiex relatati mat-talbiet u huma vessatorji u jmorru ‘l hinn mit-talbiet attrici. Konsegwentement, rrigetta l-paragrafi 6,7 u 8 taleccezzjonijet ulterjuri u l illimita ruhu biss ghalleccezzjonijiet rigwardanti l-mertu tal-kaz fid-deliberazzjoni tieghu.
Ghaldaqstant, in vista tal-premess u minkejja li parti milleccezzjonijet ulterjuri irrizultaw vessatori u ‘l hinn mittalbiet attrici, it-Tribunal ma jirrizultalux illi s-socjeta’ attrici kif surrogata fid-drittijiett tal-assigurati taghha, ppruvat ilkaz taghha u konsegwentement qieghda tichad it-talba
Spejjez tal-kawza sopportati mis-socjeta’ attrici.
< Sentenza Finali >