QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tas-6 ta' Ottubru, 2010
Appell Civili Numru. 240/2008/1
Raymond Camilleri u martu Redenta Camilleri
vs
Touring Mediterraneo Ltd
Il-Qorti,
Fit-23 ta’ Gunju, 2010, it-Tribunal ghal Talbiet Zghar ippronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal,
Ra l-Avviz fl-ismijiet premessi prezentat fid-29 ta’ Frar 2008 fejn intalab sabiex is-socjeta konvenuta tigi kkundannata thallas lill-atturi s-somma ta’ €2195.67 (elfejn, mija u hamsa u disghin ewro u sebgha u sittin centezmu) rapprezentanti ammont li thallas bhala depositu akkont ghal safra ta’ cruise u flights liema safra kellha tithassar minhabba raguni serja ta’ mard. Bl-ispejjes inkluzi dwak ta l-ittra legali u bl-interessi skond il-ligi.
Ra r-risposta tas-socjeta konvenuta datata 16 ta’ April 2008 fejn ikkontestat it-talba attrici ghal diversi ragunijiet li kienu ser jigu spjegati waqt it-trattazzjoni tal-kaz u ghalhekk it-talba ghandha tigi respinta.
Salve eccezzjonijiet ohra.
Ezamina l-provi prodotti inkluz id-dokumenti esebiti.
Sema t-trattazzjoni orali maghmula mill-abbli difensuri tal-partijiet.
Ha konjizzjoni tac-cirkostanzi kollha tal-kaz.
Ikkunsidra.
Illi waqt it-trattazzjoni l-avukat difensur tas-socjeta konvenuta spjega b’aktar precizjoni il-ghala kienu qed jikkontestaw it-talba attrici.
In sintesi huwa jargumenta s-segwenti:-
1. Ma hemmx spjegazzjoin cara tal-kwantum mitlub fl-ammont ta’ €2,195;
2. Skond it-terms and conditions tal-booking form ilcancellation kellha ssir bil-miktub lill-Agent tal- Ivvjaggjar u minhabba tali nuqqas f’dan il-kaz l-atturi tilfu d-dritt li jigu refuzi 20% tal-prezz. Difatti lammont ta’ 80% tas-somma mhallsa kienet inghatat lura lilhom mill-assikurazzjoni;
3. It-taxxi tal-Airport qatt ma huma soggetti ghal refuzjoni;
4. Il-booking tas-safra kien sar fil-konfront ta’ erba’ persuni cio’ e’ l-konjugi atturi, binhom u t-tfajla ta’ binhom ta dak iz-zmien. Difatti is-socjeta konvenuta kienet ghad trid tigbor is-somma ta’ Lm800 minn dan il-‘booking’ u mhux taghti lura;
Illi b’risposta ghall-istess l-abbli difensur tal-atturi jikkontendi li l-‘cancellation’ relattiva tal-‘booking’ filfatt kienet giet ikkomunikata lis-socjeta konvenuta ghalkemm mhux bil-miktub tant li l-atturi gew irriferuti mill-istess socjeta biex jaghmlu ‘claim’ malassikurazzjoni. Jafferma wkoll li l-atturi qatt ma
kienu assumew l-obbligazzjoni ta’ hlas fil-konfront tat-tfajla ta’ binhom.
Mill-‘email’ esebita a fol 8 jirrizulta li s-socjeta konvenuta kienet qed talludi li ghalkemm donnhom kienu gia jafu bl-intenzjoni tal-atturi huma qed jikkunsidraw il-‘cancellation’ relattiva b’mod definittiv minhabba l-ittra tal-assikurazzjoni datata 28 ta’ Gunju 2007 u cio’ e’ data li taqa’ entro l-14 il-gurnata qabel it-tluq u kwindi ebda ‘refund’ ma hu misthoqq hlief ghal taxxi tal-airport liema taxxi jidher li fil-fatt kienu ser jigu mhallsa lura skond ma kif jidher millittra a fol 9 tal-process. Giet esebita wkoll a fol 10 et seq it-‘terms and conditions’ tal-‘booking’ fejn hemm indikat sew li l-‘cancellation’ trid issir bil-miktub lillagent tal-Ivvjaggjar koncernat.
Illi mill-provi prodotti miz-zewg nahat jirrizulta blaktar mod ampju li l-atturi kienu kostretti li jikkancellaw il-vjagg in kwistjoni minhabba problemi serji ta’ natura medika u ghalkemm huwa minnu li huma ma esprimewx din l-intenzjoni bil-miktub kienu pero’ fil-fatt avvicinaw lill-agenzija koncernata biex jinfurmawha b’din l-intenzjoni taghhom hekk kif saru jafu bic-cirkostanzi serji u gravi li laqtuhom. Il- ‘booking’ u d-‘deposits’ saru fl-14 ta’ Dicembru 2006 ghal vjagg programmat ghal Lulju 2007. Xahar qabel ma kellu jitlaq il-vjagg cio’ e’ ghal habta ta’ Gunju 2007 huma hallsu l-bilanc dovut ghal familja ta’ l-atturi cio’ e’ l-genituri u binhom. L-intesa kienet skond l-atturi li l-ex gharusa ta’ binhom kellha thallas ghal rasha. Saru jafu bil-marda li laqtitu l-attur ghal habta ta’ Gunju 2007 u difatti huwa gie operat fil-15 ta’ Gunju 2007. Malli kienu hargu r-rizultati medici ta’ l-attur, l-attrici kienet mill-ewwel marret ghand lagenzija u meta nformat lill-iskrivana certa Sylvia b’li kien gara, hija wegbitha li f’kazijiet bhal dawn ma hemmx x’taghmel hlief li tikkancella l-vjagg, u hekk ghamlu. In segwitu huma gabru lura parti sostanzjali mill-flus minghand l-assikurazzjoni peress illi kienu hallsu bil-‘gold card’ u kwindi f’din il-kawza qed jitolbu l-bilanc minghand l-agenzija. Meta nformatha bil-fomm Sylvia ta’ l-agenzjija konvenuta, din informathom li kienet ser twegibhom dwar il-‘claim’ wara li tkellem lill-avukat tas-socjeta, liema twegiba jidher pero’ li qatt ma ntbghatet. Skond l-istess atturi l-istess Sylvia qatt ma qaltilhom biex inizzlu rrapport taghhom bil-miktub sabiex tkun tista’ tigi pprocessata t-talba taghhom. L-attrici tispecifika li hija kienet avzat bit-telephone bil-kancellament nhar is-7 ta’ Gunju 2007 filwaqt li l-vjagg kien ser jitlaq fl- 10 ta’ Lulju 2007. Il-booking sar fuq zewg formoli RC1 li jirrigwarda t-tifel tal-atturi u t-tfajla tieghu filwaqt li RC 2 jirrigwarda dak ta’ l-atturi. RC 3 hija linvoice relattiva. Ma hemmx dubbju li l-‘booking’ sar kollu f’daqqa ghall-erba’ minn nies u kwindi anke lkancellament kien ghal kollha kemm huma. Hija rrilevanti ghas-socjeta konvenuta kif kienu ser ihallsu bejniethom l-atturi u jew jekk l-ex tfajla ta’ binhom kienitx sejra thallas ghal rasha jew kienitx ser tkun inkluza maghhom. Fil-fatt l-attrici Redenta Camilleri tafferma li l-assikurazzjoni kienet halsithom lura parti mill-flus li hargu kalkolati fuq erba’ minn nies u mhux tlieta. Ma jaghmilx sens imbaghad li fl-istess nifs tghid li l-bilanc ta’ Lm800 li kien ghad jonqsu li jhallsu kienu dovuta mill-ex tfajla u mhux minnhom ilkoll. Fil-fatt hija tixhed li kienet qed tiddilja mas-socjeta konvenuta f’isem l-erbgha li huma. Tghid ukoll li filwaqt li l-ewwel depositu sar
f’isem l-erbgha, it-tieni pagament sar f’isem tlieta. Ma hiex ghalhekk kredibbli l-attrici f’din il-parti taxxhieda taghha.
L-attur Raymond Camilleri jikkonferma li kellhom jikkancellaw il-‘cruise’ hekk kif sar jaf bil-problema ta’ sahhtu. Il-cruise kellu jitlaq fl-10 ta’ Lulju 2007 filwaqt li huwa sar jaf ghal habta tas-6 ta’ Gunju 2007 u fil-granet immedjati ta’ wara huma nformaw mill-ewwel lis-socjeta konvenuta. L-attur jikonferma wkoll li huma kienu hallsu akkont tal-vjagg ghal erba’ minn-nies cio’ e’ ghat-tfajla ta’ ibnu wkoll.
Alexander Eminyan Direttur tas-socjeta konvenuta jikkonferma l-‘bookings’ li kienu saru mill-atturi ghal erba’ minn nies fuq zewg ‘booking forms’ mimlija minn Redenta u Garry Camilleri. Jikkonferma wkoll li ghalkemm f’Gunju 2007, huma gew infurmati bilfomm li x’aktarx kienu ser jikkancellaw il-vjagg minhabba problemi ta’ mard, is-socjeta konvenuta baqghet qatt ma rceviet tali informazzjoni b’mod definittiv bil-miktub kif rikjest mill-kondizzjonijiet talbooking. Ghalhekk skond hu l-atturi ma ghandhomx il-jedd ta’ refund hlief ghat-taxxi tal-arju li jammontaw ghal Lm399.20 fuq erba’ persuni. Dawn il-flus pero’ ma nghatawx lura lill-atturi peress illi fuq il-kont kien ghad jonqos bilanc ta’ Lm822 x’jithallas.
Sylvia Abela li hadet il-‘bookings’ minghand l-atturi tghid illi hija kienet giet infromata bil-fomm li x’aktarx kellu jigi kkancellat il-vjagg minhabba mard u meta is-sinjura Camilleri staqsietha jekk kienx ser ikun hemm penali, dan ix xhud rreferiha ghal ‘booking conditions’. Aktar tard l-attrici giet infurmata li hija kellha d-dritt ta’ refund tat-taxxa ammontanti ghal Lm399.20 li pero’ dawn kienu qed jigu akkreditati kontra s-somma bilancjali ta’ debitu ta’ Lm822. In
kontro-ezami tghid li hija giet informata bil- ‘cancellation’ fuq it-telephone f’Gunju 2007 u li hija kienitx spjegat lill-atturi il-kondizzjonijiet tal-‘booking form’. Tinnega li kien hemm xi ftehim li l-bilanc kein ser jithallas minn Joanne Bonavia wahedha. Iddiskors kien li l-erbgha li huma kienu ser ihallsu lbilanc li halliet Bonavia meta din tal-ahhar tirritorna minn barra.
Illi t-Tribunal jinnota li ghalkemm is-socjeta konvenuta ghandha ragun targumenta li legalment u prima facie jidher li l-atturi ma ghandhomx jedd li jitolbu refuzjoni peress illi l-informazzjoni ma gietx komunikata bil-miktub, tali kondizzjonijiet pero’ ma hiex ser tigi applikata b’mod daqshekk restrittiv minn dan it-Tribunal kemm a bazi ta’ dak li jinghad fil-ligi tal-Konsumatur fejn hemm spjegat kif f’tali servizzi u jew fil-kummerc ghandu jkun hemm ekwilibriju u bilanc gust bejn il-konsumatur u n-negozjant jew dak li qed jipprovdi s-servizz u kif ukoll pero’ a bazi ta’ l-ewkita.
Dan it-Tribunal ihoss li l-atturi gew affrontatati bi problema daqshekk serja ma hux gust u ekwu li dawn jigu kkastigati legalment il-ghaliex huma naqsu semplicement li jibghatu l-avviz ta’ kancellazzjoni bil-miktub. Jigi osservat ukoll li huma setghu gew moqdija ferm ahjar mill-impjegata tassocjeta konvenuta fejn f’cirkostanzi simili, kien iddmir taghha li tispjega lill-klijenti taghha fid-dettal u pass pass x’kellu jsir biex il-vjagg jigi kkancellat minghajr ebda riperkussjonijiet. Huwa minnu wkoll pero’ li l-atturi kien ghad fadlilhom ihallsu soma bilancjali ta’ €1914.74 u l-fatt li dawn baqghu ma thallsux jimmilita favur taghhom ukoll. Pero’ fl-istess hin jinghad ukoll li ma giex ipprovat mis-socjeta konvenuta li huma fil-fatt hargu u kwindi tilfu dan lammont ta’ €1,914.74 li kienu baqghu ma thallsux. Jinghad ukoll li jinsab inkontestat il-fatt li l-ammont ta’ €929.88 huma rekuperabbli mill-atturi tant illi ssocjeta konvenuta kienet gia rceviet lura din ic-cifra.
Illi in vista tal-konsiderazzjonijiet hawn fuq maghmula ghalhekk dan it-Tribunal ser jasal biex jiddeciedi li fl-ewwel lok l-atturi ghandhom jiehdu lura l-ammont ta’ taxxi fis-somma ta €929.88 filwaqt ghar-rigward is-somma bilancjali ta’ €1,265.79 (cio’ e’ l-ammont mitlub naqqas l-ammotn ta taxxi) qed jigi meqjus bhala gust u ekwu li dawn ghandhom jinqasmu ugwalment bejn il-partijiet u ghalhekk lillatturi qed tigi lilhom akkordata lura c-cifra ta’ €632.89 li flimkien ma €929.88 bla taxxi tlahhaq issomma komplessiva ta’ €1,562.77.
Ghaldaqstant it-Tribunal qieghed jaqta’ u jiddeciedi dan il-kaz billi jichad l-eccezzjonijiet sollevati missocjeta konvenuta, kwindi jilqa t-talba attrici kif u fejn
applikabbli ma din id-decizjoni, jillikwida l-ammont ta’ refuzjoni dovut lill-istess atturi fis-somma komplessiva ta’ €1,562.77 (elf, hames mija u tnejn u sittin ewro u sebgha u sebghin centezmu) u konsegwentement jikkundanna lill-istess socjeta konvenuta sabiex thallas lill-atturi s-somma fuq likwidata fl-ammont ta’ €1,562.77 (elf, hames mija u tnejn u sittin ewro, u sebgha u sebghin centezmu) bl-imghax legali dekorribbli mid-data ta’ din issentenza filwaqt li l-ispejjes din l-istanza ghandhom jibqghu bla taxxa bejn il-partijiet minnhabba ccirkostanzi partikolari fuq spjegati.”
Il-kumpanija konvenuta appellat lil din il-Qorti biex titlob irrevoka tas-sentenza tat-Tribunal bis-sottomissjoni illi, gjaladarba t-Tribunal iddetermina illi legalment l-atturi m’ghandhomx dritt jitolbu r-rifuzjoni ghax ilkomunikazzjoni tal-kancellament ma saretx bil-miktub, ma kellux imbaghad jirraguna illi l kundizzjoni kienet inekwa u ingusta;
Is-socjeta` appellanti tilmenta illi l-kondizzjoni kienet tifforma parti integrali mill-kuntratt u kellha allura tigi applikata irrispettivament mill-motiv tal-kancellament. Tissokta tikkontendi illi fil-kaz in ispecje fejn jezisti kuntratt li jorbot lill-partijiet minghajr ebda rizervi, ma tista’ tidhol ebda konsiderazzjoni ta’ ekwita izda biss dak tal-principju pacta sunt servanda, u dan ma jistax jigi rez ineffikaci minn tribunal jew qorti;
Din il-Qorti mhix behsiebha tirreplika l-fatti tal-kawza ghaliex dawn huma sew riprodotti fis-sentenza appellata. Invece, ser tillimita ruhha ghall-punt tad-dritt imqanqal blaggravju. Jigifieri, jekk ghall-fattispeci kellhiex tipprevali lkondizzjoni numru 5 tal-“Fly-Cruise Vacations” intestata
“Cancellation Fees” li tghid illi “should the Passenger wish to cancel his/her holiday, for any reason whatsoever, including medical grounds, this must be done in writing to the travel agent”;
Bhala punt ta’ tluq jibda biex jigi osservat illi, di regola, filkonvenzjonijiet ordinarji l-kontraenti jaslu ghall-formazzjoni taghhom, skond il-principji ta’ dik il-liberta u awtonomija, bil-partecipazzjoni ta’ trattattivi esprimenti l-volonta` negozjali taghhom. Ukoll f’dik il-fazi pre-kontrattwali ghandha parti sinjifikattiva l-bwona fede tal-kontraenti, intiza din bhala dak id-dover li l-partijiet jinformaw lil xulxin b’dawk l-elementi ta’ intendiment aktar preciz u ezatt talkuntratt li jkun ser isir. Huwa utli li jinghad li f’dan l-istess dover ta’ informazzjoni ghandhom ikunu maghrufa u spjegati wkoll kull kawza ta’ l-inefficjenza tal-kuntratt jew il-kawzi ta’ l-inadempiment tieghu. Ad ezempju, li f’kaz ta’ recess jew ta’ kancellament il-forma tal-komunikazzjoni trid tkun wahda bil-miktub jew, ukoll, li dak l-ezercizzju ta’ recess jew ta’ kancellament hu subordinat ghal sopravenjenza ta’ qaghda determinata (kaz ta’ mard) jew tal-verifika ta’ event mhux predeterminat izda individwabbli skond parametru ta’ valutazzjoni elastika u ekwa. Huwa dan kollu li, fil-fehma tal-Qorti, jaghti lok ghall-principju pacta sunt servanda. Hekk fl-imghoddi kien sahansitra deciz illi “r-regoli li l-kuntratti jigu ezegwiti bil-mod li l-ekwita` tattribwixxi lill-obbligazzjoni assunta mill-kontraenti m’ghandiex tkun kuntrarja ghar-regola lohra illi l-konvenzjoni tal-partijiet ghandha jkollha forza ta’ ligi bejniethom”. Ara “Felice Gerada -vs- Ettore Pace et nomine”, Qorti tal-Kummerc, 15 ta’ Dicembru 1938. Dan, s’intendi, fl-ambitu tad-dixxiplina normattiva taht il-Kodici Civili (Artikolu 992);
Dan premess, huwa konvenjenti li jinghad illi minn dak izzmien sal-lum il-legislatur Malti haseb taht l-inkalzar tad- Dritt Komunitarju, ghar-ri-valutazzjoni ta’ l-imsemmi principju pacta sunt servanda bl-introduzzjoni ta’ normi specjali ghat-tutela tal-konsumatur, in partikolari fejn si tratta ta’ kondizzjonijiet standard prefissati mill kummercjant u li fihom il-konsumatur ma jkunx ippartecipa ghall-formazzjoni jew imposizzjoni taghhom. Multo magis, imbaghad, fejn dawk l-istess kondizzjonijiet ma jkunux kontro-bilancjati kif imiss permezz ta’ klawsoli favur ilkonsumatur, u jkun jidher apparenti illi jezisti skwilibriju avvers ghall-konsumatur fil-kontrattazjoni malkummercjant. Huwa ghal din ir-raguni illi l-legislatur haseb bl-Att ghall-Affarijiet tal-Konsumatur ghallprotezzjoni xierqa fejn fil-kuntratt ikunu jezistu espressjonijiet mhux gusti jew, pjuttost, aktar oneruzi ghall-konsumatur. F’kazijiet bhal dawn il-principju surreferit pacta sunt servanda ghandu l-limitazzjoni tieghu. Tant hu hekk illi l-istess legislatur ipprovda li ddeterminazzjoni ta’ kull kwestjoni jew tilwima ghandha tigi evalwata u deciza skond “kull mertu u gustizzja sostantiva tal-kaz, u skond l-ekwita`” [Artikolu 21 (1), Kapitolu 378] jew, fil-kaz tat-Tribunal specjali adit, “principalment skond l-ekwita`” [para. 7 (1), Kapitolu 380]. Mhux ta’ b’xejn illi ssentenza, issa attakkata bl-appell, tirrikollega ruhha sija ghal-ligi tal-konsumatur, sija ghal-ligi li kkrejat it-Tribunal ghal Talbiet Zghar;
Ghall-ahjar illustrazzjoni ta’ dak hawn fuq accennat, b’sentenza tat-2 ta’ Gunju 1998 it-Tribunal ta’ Palermo (Massima tratta da Foro it. 1999, 1,358) iddecieda illi “deve essere inibita l’utilizzazione della clausola, contenuta nelle condizioni generali di un contratto di viaggio, in forza della quale, in caso di recesso del consumatore, l’organizzazione puo` trattenere, a titolo di corrispettivo per l’esercizio di tale facolta`, le somme gia` percepite, laddove non sia previsto che, in caso di recesso dell’organizzatore, quest’ultimo versi il doppio delle somme corrisposte dal consumatore”;
Huwa bil-bosta evidenti minn titwila anke sporadika lit- “Terms and Conditions for Fly-Cruise Vacations” esebit a fol. 10 tal-process illi hawn si tratta ta’ kondizzjonijiet skond modular prefissat mill-kumpanija appellanti u dwar liema l-atturi kienu ghal kollox privi minn poter kontrattwali. Huwa wkoll evidenti illi fil-maggjor parti taghhom, konsiderati fil-kumpless, dawk l-istess kundizzjonijiet, rigwardati in bazi ghal kriterju generali tassussistenza ta’ l-iskwilibriju, ghal liema gja saret referenza, jimponu obbligi oneruzi fuq l-atturi. Ara b’ezempju, fost ohrajn, klawsoli 3, 9 u 17 li jirreferu ghal “non-refundable deposit”, “Cancellation or curtailment of the Cruise” u l-“liability” tal-kumpanija. Ilkoll kondizzjonijiet abuzivi u vessatorji li certament ma jsibu ebda respons favorevoli fid-dritt komunitarju u dik ta’ l-evoluzzjoni gurisprudenzjali tal-Qorti Ewropeja f’materja kontroversa insorgenti minn kuntratti mal-konsumatur. Ara ghal dak li jiswa s-sentenza recensjuri ta’ din il-Qorti fl-ismijiet “Renato Vidal -vs- U.C.I.M. Co. Ltd”, 11 ta’ Gunju, 2010 u dik l-ohra qabilha tad-9 ta’ Jannar, 2009 fl-ismijiet “F. Advertising Ltd -vs- Anthony Tabone et”;
F’din il-prospettiva kien ghal kollox f’loku l-assoggettar da parti tat-Tribunal ghas-sindakar bl-istrument ekwitattiv talkwestjoni principali li kellu quddiemu. Ibda biex is-socjeta` appellanti kellha l-obbligu li tavverti espressament lill-atturi fil-mument tal-prenotazzjoni bil-kontenut ta’ dawk ilkondizzjonijiet standard, u, jekk dan ma ghamlitux, kif in effetti ma jirrizultax li hekk sar mill-materjal probatorju, li, bl-operat tal-bwona fede oggettiva, u tal-korrettezza, li almenu tavverti lill-atturi bil-htiega li l-kancellazzjoni, komunikata verbalment, kellha ssegwi b’komunikazzjoni bil-miktub. Fiz-zgur, mhux accettabbli lanqas ghal din il- Qorti, ghas-sens tal-gustizzja sostanzjali u tad-dritt ekwitattiv, li l-atturi jigu pregudikati b’mod irreparabbli milli jikkonsegwu d-dritt taghhom ghar-rimbors tal-bilanc tassomma minnhom erogata. F’din l-ottika s-sentenza appellata hi gustifikata, u l-aggravju minnha insostenibbli.
Ghal motivi kollha predetti u dawk l-ohra tat-Tribunal, din il-Qorti qeghda tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez ta’ din l-istanza kontra l-kumpanija appellanti.
Sentenza Finali