Il-Qorti,
Rat is-sentenza ippronunzjata mit-Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumatur imoghtija fid-29 ta’ Jannar 2014 fejn gie deciz:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni tal-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentati fid-19 ta’ Settembru, 2013 fejn ir-rikorrent talab rifuzjoni ta’ elf tmien mija u erbghin Ewro (€1840.00), rapprezentanti l-prezz li huwa hallas lis-socjeta’ ntimata ghal biebien interni, liema xoghol ma sarx kif suppost.
Is-socjeta’ ntimata pprezentat risposta tardiva bil-miktub ghal din it-talba, u attendiet ghas-seduta.
Illi wara li sema’ x-xhieda guramentata tar-rikorrent li huwa l-istess rikorrent, u wara li sema’ x-xhieda guramentata tas-soejeta’ ntimata, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi koliha tal-kaz;
Ikkonsidra s-segwenti:
Ir-rikorrent issottometta bil-miktub illi:
Huwa qieghed jitlob li l-bibien, koxox, xambrelli u lostru jkunu kif titlob is-sengha, kif huwa rahom fis-showroom. Ir-rikorrent talab illi jekk is-socjeta’ ntimata m’hijiex kapaci taghmilhom hekk fi zmien gimgha, taghtih il-flus lura. Ir-rikorrent kien hallas ghal dawn il-bibien bhala rigal ghall-genituri tieghu.
Ir-rikorrent ezebixxa dokumentazzjoni relattiv.
Is-socjeta’ ntimata ssottomettiet bil-miktub illi:
It-talba tar-rikorrent hija nfondata fil-fatt u fid-dritt stante:
Illi in linea preliminari l-konvenut ma ghandux relazzjoni guridika mar-rikorrent u dan stante li dejjem kien jagixxi f’isem is-socjeta’ ‘Quality Line Ltd’;
Illi wkoll in linea preliminari, ir-rikorrent qatt ma ordna xi materjal minghand il-konvenut;
Illi fil-mertu u minghajr preudizzju ghas-suespost, ix-xoghol sar skond is-sengha u l-arti.
Salv eccezzjonijiet ulterjuri.
Bl-ispejjez.
It-Tribunal jinnota illi:
Wara li sema’ l-partijiet, it-Tribunal jikkonsidra illi fix-xhieda guramentata tar-rikorrent, huwa rega’ kkonferma l-verzjoni tieghu bil-miktub, fejn zied jistqarr illi huwa kien ghamel tmien xhur minghajr bibien. Il-bibien twalhhlu fl-2012 u sar il-hias. Meta ra x-xoghol, is-socjeta’ ntimata informatu li kellu jhallas mitt Ewro (€100.00) tal-hgieg. Huwa mill-ewwel induna bid-difetti. Qieghed jitlob flusu lura ghaliex ghaddew tmien xhur u l-bibien kienu ghadhom ghand is-socjeta’ ntimata. Is-socjeta’ ntimata halliet ix-xambrelli mwahhlin ghand ir-rikorrent.
Ir-rikorrent ezebixxa dokumenti li gew immarkati bhala Dok.WC1 sa Dok.WC5.
In kontro-ezami, ir-rikorrent xehed illi ma kienx ma’ ommu meta ordnat il-bibien u ma kienx mar is-showroom, pero’ huwa kien ta l-flus lill-onimu u kienet hi li haliset lis-socjeta’ ntimata. Meta r-rikorrent gie pprezentat bi stampa tal-bieb in kwistjoni, huwa kkonferma li dak kien il-bieb li kienu ordnaw.
Xehdet Doris Casingena, prodotta mir-rikorrent, fejn fix-xhieda guramentata taghha, hija kkonfermat dak li kien xehed ir-rikorrent u ziedet tistqarr illi kienu cemplu lis-socjeta’ ntimata kemm-il darba, pero’ s-socjeta’ ntimata kienet baqghet ma marritx meta talbuha.
In kontro-ezami, l-istess xhud xehdet illi kienet hi u r-ragel taghha li kienu ordnaw il-bibien in kwistjoni, pero’ t-tifel, u cioe’ r-rikorrent, kien hallas ghalihom.
It-Tribunal jikkonsidra wkoll illi s-socjeta’ ntimata fix-xhieda guramentata taghha regghat ikkonfermat il-verzjoni taghha bil-miktub, u ziedet tammetti illi kien hemm xi problemi fil-bidu u li kienet regghat hadet il-bibien maghha a spejjez taghha. Stqarret illi l-hitan m’humiex indaqs. Kellhom jiltaqghu ghand l-isprayer f’Settembru, pero’ minhabba li s-socjeta’ ntimata kellha xi problemi personali ma setghatx tattendi. Wara dan, ir-rikorrent ma riedx iktar komunikazzjoni maghha. Ikkonfermat illi hija qatt ma itaqat mar-rikorrent u li l-bibien ghadhom ghand l-isprayer.
Is-socjeta’ ntimata ezebiet dokument, li gie mmarkat bhala Dok.CG1, b’referenza specjali ghall-pagna 27 ta’ l-istess dokument.
In kontro-ezami, s-socjeta’ ntimata kkonfermat illi ma kienitx prezenti waqt l-installazzjoni. Qablet illi kien hemm xi brix u titjir tal-ispray. Qablet ukoll illi fit-12 ta’ Awissu 2012, hija kienet hadet il-bibien lura ghaliex kien hemm problema.
It-Tribunal jirrileva illi fi stadju tardiv tal-proceduri s-socjeta’ ntimata ssollevat l-pregudizzjali li ma kienitx ircieviet n-notifika bil-miktub fi zmien xahrejn ai termini tal-Artikolu 79(1) tal-Kap. 378. Ghalkemm jirrizulta li fil-fatt tali notifika ma saritx, jirrizulta li fit-terminu ta’ xahrejn il-konsumatur kien avvicina lis-socjeta’ ntimata sabiex javzaha bid-difett minnha riskontrat u fil-fatt l-istess socjeta’ ntimata kienet, fl-istess terminu, anki hadet passi sabiex taghmel xi xoghol rimedjali. Ghalhekk is-soejeta’ ntimata ma tistax jghid illi hi ma kienitx giet informata tempestivament dwar il-problema riskontrat mir-rikorrent. It-Tribunal jithem illi l-Artikolu 79(1) qieghed hemm sabiex ma jesponix lin-negozjant espost ghal perijodu inordinate ta’ zmien u anki sabiex jekk ikun hemm xi rimedji li jkunu jistghu isiru dawn isiru tempestivament: jekk hemm hsara forsi jkun iktar facli li tissewwa llum milli ghada. Il-prova tan-notifika bil-miktub hija intiza sabiex tizgura li x-xahrejn gew rispettati. F’dan il-kaz jirrizulta li s-socjeta’ ntimata giet avzata tempestivament u ma sofriet l-ebda pregudizzju bil-fatt li ma gietx notifikata bil-miktub. Zgur illi l-Artikolu 79(1) mhux qieghed hemm sabiex jaghti skuza facli lin-negozjant li jehies mill-obbligi tieghu taht il-ligi. La darba irrizulta li s-socjeta’ ntimata giet nformata fit-terminu ta’ xaharejn u anki ipprovat taghmel xogholijiet rimedjali fi-istess terminu, u la darba din il-pregudizzjali tqajmet daqshekk tant tard fil-proceduri,it-Tribunal iqis li n-nuqqas ta’ notifika bil-miktub m’ghandux iwassal sabiex it-talba tar-rikorrenti tigi michuda. Ghalhekk, it-Tribunal sejjer jichad il-pregudizzjali sollevata mis-socjeta’ ntimata.
It-Tribunal jinnota illi fl-udjenza tas-26 ta’ Gunju 2013, il-partijiet kienu qablu u ftehmu illi galadarba s-socjeta’ ntimata tiesti s-sample, u cioe’ bieba, u r-rikorrent ikun sodisfatt bl-istess, is-soejeta’ ntimata kellha taghmel ix-xogholijiet ta’ tiswija fuq il-bibien kollha in kwistjoni, inkluzi x-xambrelli a spejjez taghha sal-4 ta’ Settembru 2013.
Fl-udjenza ta’ l-4 ta’ Settembru 2013, it-Tribunal kien innota illi minhabba ragunijiet validi, ix-xogholijiet illi l-partijiet ftehmu illi kienu se jsiru, kienu ghadhom ma sarux. Illi bi fiehim gdid, il-partijiet qablu illi x-xogholijiet kellhom jitlestew ghas-sodisfazzjon tar-rikorrent sal-ahhar ta’ Novembru 2013, wara liema terminu, jekk ix-xogholijiet baqghu ma tlestewx, it-Tribunal kellu jghaddi ghas-sentenza.
It-Tribunal jinnota illi sal-udjenza tal-4 ta’ Dicembru 2013, ix-xoghol imwieghed u li kien hemm diversi ftehim dwaru, kien baqa’ ma sarx.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal, wara li kkonsidra dak kollu hawn fuq premess, flimkien mal-fatt illi l-partijiet kienu lahqu ftehim, liema ftehim baqa’ ma giex onorat da parte tas-socjeta’ ntimata, qed jilqa’ t-talba tar-rikorrent, u jordna lis-socjeta’ ntimata thallas l-ammont ta’ elf tmien mija u erbghin Ewro (€1,840.00) lir-rikorrent, bl-ispejjez tal-kawza kontra s-socjeta’ ntimata.”
Aggravata b’dina id-decizjoni s-socjeta appellanti ressqet appell minn l-istess
abbazi tas-segwenti aggravji:
1. Illi l-appellat William Casingena ma ghandu l-ebda relazzjoni guridika mas-socjeta appellanti peress illi huwa qatt ma ordna xi xoghol minn ghand l-istess socjeta. Illi x-xoghol gie ordnat minn missier l-appellat Joe Casingena u l-appellat ma ressaqx provi illi huwa kien qieghed jagixxi ghan-nom tal-genituri tieghu permezz ta’ xi prokura. Illi dina l-eccezzjoni sollevata qatt ma gietx indirizzata it-Tribunal fid-decizjoni impunjata.
2. Illi l-appellat naqas milli jikkonforma ruhu ma’ dak previst fl-artikolu 79 tal-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta meta ma avzax lis-socjeta appellanti bil-mitkub bl-ilment tieghu u dana fi zmien xahrejn mid-data meta huwa induna bin-nuqqas ta’ konformita’.
Illi l-ewwel gravam sottopost ghal gudizzju ta’ din il-Qorti hija diretta lejn in-nuqqas tat-Tribunal milli jindirizza l-eccezzjoni sollevata mis-socjeta appellanti dwar in-nuqqas ta’ rapport guridika bejn il-kontendenti. Tishaq illi kemm mill-provi dokumentali kif ukoll mix-xhieda mismugha ghandu jirrizulta l-inezistenza tar-rapport guridiku processwali.
Minn ezami anke superficjali tas-sentenza appellata huwa kjarament evidenti illi t-Tribunal adit naqas li jippronunzja ruhu minn din l-eccezzjoni dwar l-irregolarita` opposta tal-kontradittorju. Illi madanakollu, kif jiddisponi l-artikolu 790 tal-Kapitolu 12 tal-ligijiet ta’ Malta n-nullita tad-decizjoni ma tistax tigi imqajjma fi stadju ta’ appell jekk jinsab illi s-sentenza hija wahda gusta fis-sustanza taghha, ghajr ghal dawk ic-cirkostanzi elenkati fl-istess disposizzjoni tal-ligi.
Ipprecizat dan, il-Qorti, allura trid tinvesti jekk in-nuqqas tat-Tribunal milli jinvesti din il-kwistjoni procedurali setatx twassal ghan-nullita ta’l-istess decizjoni u dan biss jekk jirrizulta illi tali decizjoni hija ingusta fis-sostanza taghha. Allura sew biex tara jekk is-sentenza hijiex gusta fis-sustanza taghha, sew ukoll ghaliex hi stess moghtija l-fakolta li tistharreg dina l-eccezzjoni skond il-previzjoni tal-ligi bl-Artikolu 22(4) tal-Kapitolu 378 sejra tghaddi biex tezamina l-kwestjoni lilha sottomessa bl-aggravju interpost.
Illi minn ezami ta’l-atti probatorji jirrizulta bhala fatt mhux ikkontestat illi il-bibien mertu tal-proceduri gew ordnati mill-genituri tar-rikorrenti appellat, Doris u Joe Casingena. Dan jirrizulta kemm mix-xhieda tar-rikorrenti u ta’ ommu, kif ukoll mid-dokumenti esebieti u senjatament mill-invoices u ricevuta tal-hlas. Huwa fatt ukoll mhux ikkontestat illi l-hlas gie effetwat mir-rikorrenti appellat li iddikjara illi huwa hallas ghal dawn il-bibien bhala rigal ghal ommu u missieru. Jidher madanakollu illi t-trattativi in konnesjoni ma’ dan in-negozju kif ukoll wara li saret il-konsenja tal-bibien u gie imqajjem in-nuqqas ta’ konformita mal-ftehim pattitwit, dejjem sar mar-rikorrenti tant illi anke fil-mori tal-kawza is-socjeta appellanti kienet qed tistharreg risoluzzjoni ghal dina il-vertenza mal-appellat u fl-ebda hin ma ressqet l-oggezzjoni taghha sabiex tinnegozja mieghu minhabba illi n-negozju guridiku kien gie milqugh mal-genituri tieghu. Fil-fatt l-istess socjeta appellanti sahansitra ipprezentat rikors fl-24 ta’ Jannar 2014 fejn tallbet lit-Tribunal jissospendi il-prolazzjoni tas-sentenza u dan ghaliex kien intlahaq ftehim mal-appellat sabiex jigi rimedjat n-nuqqas minn naha taghha fil-bibien mertu tal-vertenza. Mhux biss izda jirrizulta anke minn verbali precedenti illi kellu isir ix-xogol rettifikattorju mis-socjeta appellanti u dan bi ftehim mal-appellat, liema xoghol izda baqa’ ma gie ezegwiet.
Issa f’dan il-kaz ghat-Tribunal, ghalkemm ma ghaddiex biex esprima ruhu fuq it-tieni eccezzjoni sollevata mis-socjeta appellanti, iddetermina anke jekk mhux b’mod dirett illi r-rapport sostanzjali kien bejn il-kollitigandi u li kien minn dan l-istess rapport li kienu johorgu l-effetti guridici li, fuq il-bazi ta’ l-apprezzament tal-provi, wassluh ghal dik il-konkluzjoni tieghu. Jishaq fir-ratio decidendi illi kien hemm ammissjoni minn naha tas-socjeta appellanti dwar id-difett fil-bibien u li kien hemm anke qbil bejn il-kontendenti illi s-socjeta appellanti kellha taghmel ix-xogholijiet rimedjali, haga li baqghet ma saritx u li kien minhabba il-fatt illi s-socjeta appellanti baqghet tkaxkar saqajha milli taghmel dak li wieghdet u cioe’ illi fuq ammissjoni taghha stess tirranga id-difetti riskontrati fix-xoghol taghha, illi t-Tribunal kellu ighaddi ghad-decizjoni tieghu. Illi stabbillit dawn ir-rizultanzi processwali, allura, ma jistax ikun dubitat illi id-decizjoni moghtija mit-Tribunal kienet wahda gusta fis-sustanza taghha gjaldarba is-socjeta appellanti accettat fil-mori tal-kawza l-ilment imressaq mir-rikorrenti u lahhqet anke ftehim mieghu. Illi l-ghan ewlieni tal-ligi tal-konsumatur hija li tibieghed mir-rigur procedurali sabiex toffri tutela misthoqqa lix-xerrej. Fuq kollox gjaldarba is-socjeta appellanti ghazlet illi tiftah trattativi mar-rikorrenti sabiex tirrimedja ghan-nuqqasijiet taghha hija giet li qed tirrinunzja ghall-eccezzjoni minnha sollevata u irrikonoxxiet lill-appellat bhala ko-litigandi f’dawn il-proceduri.
Illi dawn il-konsiderazzjonijiet iwasslu lil din il-Qorti ghar-risoluzzjoni tat-tieni aggravvju sollevat u cioe’ illi l-appellat ma’ ottemperax ruhu ma’ dak dispost fl-artikolu 79 ta’l-Att billi naqas milli jaghti avviz bil-miktub lis-socjeta appellanti dwar in-nuqqas ta’ konformita fi zmien xahrejn minn meta huwa induna bid-difetti fl-oggett ikkonsenjat. Illi fil-kaz in dizamna kif sewwa osserva it-Tribunal f’dan il-perijodu ta’ xahrejn kienu ghaddejjin trattativi bejn il-partijiet sabiex is-socjeta appellanti tirrimedja ghad-diffetti fil-bibien mibjugha u ikkonsenjati. Illi ghalhekk din il-Qorti ma thossx li hu sewwa illi fic-cirkostanzi maghrufa s-socjeta` appellanti twieghed li taghmel bosta affarijiet biex tirrimedja ghall-inadempjenzi taghha stess, thalli z-zmien ghaddej inutilment bla ma taghmel xejn, ma taghmelx lanqas ix-xoghlijiet rettifikatorji biex, imbaghad, meta tigi azzjonata, tirrinfaccja lill-appellat bin-nuqqas ta’ osservanza tal-procedura indikata fl-artikolu 79. Ma hemmx dubbju illi l-ligi stabbilita fil-Kapitolu 378 kellha bhala l-ghan taghha t-tutela tal-konsumatur, li ghandu jippretendi illi l-venditur juri il-bwona fede mehtiega f’kull relazzjoni kontrattwali u mhux jinqeda bir-regoli procedurali sabiex jikseb vantagg mill-posizzjoni dghajfa tal-konsumatur billi joqghod ikaxkar saqajh fil-perijodu inizjali tat-trattativi ghar-risoluzzjoni tal-vertenza biex imbaghad jipprova jahrab mill-obbligi kontrattwali minnu assunti. Kien b’dan il-hsieb illi l-legislatur in linja mad-direttivi u regolamenti tal-Unjoni Ewropeja dwar il-harsien tal-jeddijiet tal-konsumatur fassal l-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Illi allura maghmula dawn il-konsiderazzjonijiet u billi din il-Qorti hija tal-fehma illi d-decizjoni impunjata hija wahda gusta fis-sustanza taghha, qieghda tichad l-aggravvji ta’ natura procedurali sollevati mis-socjeta appellanti.
Ghal dawn il-motivi l-appell qed jigi michud u d-decizjoni appellata ikkonfermata, bl-ispejjez ikunu ghak-karigu tas-socjeta appellanti.